Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Politika ta' Dividendi tal-Bank – rakkomandazzjoni tal-BĊE

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Politika ta' Dividendi tal-Bank – rakkomandazzjoni tal-BĊE

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-politiki għad-distribuzzjoni ta' dividendi (BĊE/2015/49)

X'INHU L-GĦAN TA' DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI?

Din hija rakkomandazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar il-politika ta' dividendi tal-bank. Hija għandha l-għan li tiżgura li l-banek huma kapaċi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kapital wara li jkunu ħallsu d-dividendi.

PUNTI EWLENIN

Il-banek għandhom jadottaw politika ta' dividendi konservattiva u prudenti. Dan għandu jiżgura li huma jkunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kapital applikabbli wara li jkunu ħallsu d-dividendi.

Ir-rekwiżiti tal-kapital huma:

  • Rekwiżiti tal-Pilastru 1 (rekwiżiti minimi): Proporzjon tal-kapital ta' Livell 1 ta' Ekwità Komuni ta' 4.5 %, proporzjon tal-kapital ta' Livell 1 ta' 6 % u proporzjon tal-kapital totali ta' 8 %.
  • rekwiżiti tal-kapital imponuti taħt il-Proċess Superviżorju ta' Reviżjoni u Evalwazzjoni tal-BĊE, li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi ta' Pilastru 1
  • bafers ta' kapital kontroċikliku u sistemiċi
  • ir-rekwiżiti ta' Pilastru 1 “mgħobbija totalment”* u l-bafers tal-kapital kontroċikliku u sistemiċi mid-data sħiħa phase-in.

Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu sodisfatti kemm fuq livell ta' grupp konsolidat kif ukoll fuq bażi individwali, sakemm ir-rekwiżiti għal dan tal-aħħar ikunu ġew eżentati.

  • Il-BĊE ħareġ 3 rakkomandazzjonijiet għad-dividendi li tħallsu fl-2016 għas-sena fiskali 2015:
    • 1.

      Il-banek li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kapital u li sal-31 ta' Diċembru 2015 ikunu laħqu l-proporzjonijiet “mgħobbija totalment” tagħhom għandhom iqassmu d-dividendi b'mod konservattiv sabiex ikunu jistgħu jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha anke jekk il-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji jiddeterjoraw.

    • 2.

      Il-banek li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kapital, iżda li sal-31 ta' Diċembru 2015 ma jkunux laħqu l-proporzjonijiet “mgħobbija totalment” tagħhom għandhom iqassmu wkoll id-dividendi b'mod konservattiv sabiex ikunu jistgħu jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha anke jekk il-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji jiddeterjoraw, iżda b'żieda biss sal-limitu li jiġi żgurat progress lineari lejn il-proporzjonijiet “mgħobbija totalment” tagħhom fi żmien 4 snin.

    • 3.

      Il-banek li ma jirnexxilhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti ma għandhom iqassmu l-ebda dividend.

SFOND

Il-banek jeħtieġu jissodisfaw ċerti rekwiżiti u bafers kapitali. L-ambjent makroekonomiku u finanzjarju li joffri sfida jitfa' pressjoni fuq il-profittabilità tal-banek u l-kapaċità tagħhom biex jibnu l-bażijiet tal-kapital tagħhom.

Il-BĊE jirrakkomanda li l-banek jadottaw politiki li jippermettulhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kapital wara li jkunu ħallsu d-dividendi tagħhom.

* TERMINI EWLENIN

mgħobbija totalment: il-proporzjonijiet u l-bafers applikabbli kif jiġu kkalkolati mid-data sħiħa phase-in relevanti wara l-iskadenza tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali (stabbiliti fit-Titolu XI tad-Direttiva 2013/36/UE u l-Parti Għaxra tar-Regolament (UE) Nru 575/2013).

DOKUMENT EWLIENI

Rakkomandazzjoni BĊE/2015/49 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar politiki għad-distribuzzjoni tad-dividendi (ĠU C 438, 30.12.2015, pp. 1-3)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, pp. 1-337)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u awtoritajiet kompetenti nazzjonali u ma' awtoritajiet maħtura nazzjonali (Regolament Qafas tal-MSU)(BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1-50)

Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, pp. 338-436)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 29.08.2016

Top