This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Faster, more efficient cross-border criminal investigations in the EU
Investigazzjonijiet kriminali transkonfinali aktar rapidi u aktar effiċjenti fl-UE
Investigazzjonijiet kriminali transkonfinali aktar rapidi u aktar effiċjenti fl-UE
Investigazzjonijiet kriminali transkonfinali aktar rapidi u aktar effiċjenti fl-UE
Id-Direttiva dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew (EIO) tistabbilixxi sistema ġdida komprensiva li tippermetti lill-pajjiżi tal-UE jiksbu evidenza f’pajjiżi oħrajn tal-UE għal każijiet kriminali li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed.
ATT
Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali
SOMMARJU
Din id-direttiva għandha l-għan li tissimplifika u tħaffef l-investigazzjonijiet kriminali transkonfinali fl-UE. Din tintroduċi Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea, li tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji f’pajjiż wieħed tal-UE (“l-Istat emittenti”) jitolbu li l-evidenza tinġabar f’pajjiż ieħor tal-UE u tiġi ttrasferita minnu (“l-Istat ta’ eżekuzzjoni”).
Peress li l-EIO hija bbażata fuq il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, fil-prinċipju kull pajjiż tal-UE huwa obbligat jirrikonoxxi u jesegwixxi talba bħal din. Dan għandu jsir ukoll malajr u mingħajr kwalunkwe formalità ulterjuri.
L-EIO tagħmilha aktar faċli li jiġu indirizzati reati kriminali inklużi reati bħall-korruzzjoni, it-traffikar tad-drogi u l-kriminalità organizzata. Pereżempju, il-pulizija Griega tista’ titlob lill-kontroparti tagħha fir-Renju Unit (1) biex twettaq tfittxijiet fid-djar jew biex tinterroga xhieda f’isimha.
L-EIO ittejjeb il-liġijiet eżistenti tal-UE li jkopru dan il-qasam billi tistabbilixxi skadenzi stretti għall-ġbir tal-evidenza mitluba u billi tillimita r-raġunijiet biex talbiet bħal dawn jiġu miċħuda. Tnaqqas ukoll il-burokrazija billi tintroduċi formola standard unika għall-awtoritajiet biex jitolbu l-għajnuna meta jfittxu l-evidenza.
Aspetti ewlenin tal-EIO
90 ġurnata għal azzjoni
Wara li jirċievi EIO, l-istat ta’ eżekuzzjoni jrid jaġixxi malajr fir-rigward tat-talba. Jista’ jirrifjuta wkoll li jagħmel hekk taħt ċerti ċirkostanzi, eż. jekk it-talba tkun kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi tal-istat jew tkun ta’ ħsara għall-interessi ta’ sigurtà nazzjonali tiegħu. L-ispejjeż kollha tal-azzjoni li ssir fuq talba jridu jitħallsu mill-istat ta’ eżekuzzjoni.
Il-korp li jeżegwixxi t-talba jista’ jagħżel miżura investigattiva alternattiva għall-EIO, jekk jemmen li din ser twassal għal riżultati simili.
L-EIO tippermetti:
Din id-direttiva tapplika għall-Istati Membri tal-UE minbarra għad-Danimarka u għall-Irlanda, li għażlu li jibqgħu barra. Din tissostitwixxi l-iskemi ta’ assistenza legali reċiproka eżistenti tal-UE, b’mod partikolari l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Assistenza Legali Reċiproka tal-2000 u d-Deċiżjoni Qafas 2008/978/ĠAI dwar il-Mandat Ewropew għall-Provi.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Direttiva 2014/41/UE |
21.5.2014 |
22.5.2017 |
|
- |
- |
l-aħħar aġġornament 10.09.2015
(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.