This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Addressing wildlife trafficking - EU action
L-indirizzar tat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi - azzjoni tal-UE
L-indirizzar tat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi - azzjoni tal-UE
This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.
L-indirizzar tat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi - azzjoni tal-UE
It-traffikar tal-fawna u tal-flora selvaġġi qed jiżdied b’rata mgħaġġla u l-Unjoni Ewropea (UE) hija suq ewlieni għal dawn il-prodotti. Fl-2014, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet dokument li jixħet l-attenzjoni fuq il-ħtieġa li l-kwistjoni tiġi indirizzata b’mod aktar effettiv.
ATT
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-Approċċ tal-UE kontra t-traffikar ta’ Organiżmi Salvaġġi (COM(2014) 64 final tas-7.2.2014).
SOMMARJU
It-traffikar tal-fawna u tal-flora selvaġġi qed jiżdied b’rata mgħaġġla u l-Unjoni Ewropea (UE) hija suq ewlieni għal dawn il-prodotti. Fl-2014, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet dokument li jixħet l-attenzjoni fuq il-ħtieġa li l-kwistjoni tiġi indirizzata b’mod aktar effettiv.
X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?
Tivvaluta s-sitwazzjoni attwali u tivvaluta l-miżuri tal-UE fil-ġlieda kontra t-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi kemm fuq livell globali kif ukoll fuq livell tal-UE. Isservi wkoll biex jitnieda dibattitu dwar l-approċċ futur tal-UE lejn it-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi.
PUNTI EWLENIN
Kemm fil-livell globali kif ukoll fil-livell tal-UE jeżisti korp wiesgħa ta’ regoli biex jiġi regolat il-kummerċ ta’ organiżmi selvaġġi.
L-UE tat l-appoġġ tagħha għal firxa ta’ inizjattivi kontra t-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi bħall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Infurzar tal-Liġi, it-Tmexxija u l-Kummerċ fis-Settur Forestali tagħha u r-Regolament dwar l-Injam (biex tiġi żgurata l-oriġini legali u t-traċċabbiltà ta’ prodotti tal-injam) u l-ġlieda kontra sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat.
Madankollu, dawn ir-regoli ma waqqfux iż-żieda reċenti fit-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi motivata minn domanda dejjem tiżdied u mill-faqar u governanza dgħajfa fil-pajjiżi ta’ oriġini.
Il-kwistjonijiet identifikati jinkludu:
Għalhekk jeħtieġ li jittieħed approċċ koordinat u komprensiv biex jiġi indirizzat kemm il-lat tad-domanda u tal-provvista tal-ekwazzjoni tat-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi. Dan għandu jinvolvi atturi f’varjetà ta’ oqsma ta’ politika.
Id-dokument stieden lill-partijiet interessati biex jagħtu l-fehmiet tagħhom, sal-10 ta’ April 2014, dwar aspetti bħal:
IL-PASSI LI JMISS
It-tweġibiet għall-mistoqsijiet preċedenti servew biex jgħinu lill-Kummissjoni Ewropea fir-reviżjoni tagħha tal-politika u tal-miżuri attwali tal-UE bil-ħsieb li tiġi mgħammra biex titratta s-sitwazzjoni b’mod aktar effettiv. Dawn huma miġbura fil-qosor f’Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni bdiet ħidma fuq Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-traffikar ta’ organiżmi selvaġġi.
Għal aktar informazzjoni, ara s-sit tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-Traffikar ta’ Organiżmi Selvaġġi.
ATTI RELATATI
Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Sommarju tat-Tweġibiet għall-Konsultazzjoni tal-Partijiet Interessati dwar l-Approċċ tal-UE kontra t-traffikar ta’ Organiżmi Salvaġġi (SWD(2014) 347 final tas-26.11.2014).
l-aħħar aġġornament 20.05.2015