Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Tnaqqis ta’ tniġġis ikkawżat minn skart mill-industrija tad-diossidu tat-titanju

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Tnaqqis ta’ tniġġis ikkawżat minn skart mill-industrija tad-diossidu tat-titanju

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tniġġis ikkawżat minn skart mill-industrija tad-diossidu tat-titanju issa hija rregolata mid-Direttiva 2010/75(UE) dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis).

ATT

Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis).

SOMMARJU

L-iskart tad-disossidu tat-titanju jista’ jwassal għal tniġġis serju tal-arja u l-ilma. Għal din ir-raġuni, id-Direttiva 2010/75/UE tiddedika kapitolu speċifiku għall-iskart tad-diossidu tat-titanju u tistabbilixxi valuri limitu stretti għall-emissjonijiet.

Projbizzjoni tar-rimi ta’ skart

Il-forom ta’ skart segwenti m’għandhomx jintremew fl-ilma, baħar jew oċean:

  • skart solidu;
  • il-likuri omm li jirriżultaw mill-fażi ta’ filtrazzjoni wara l-idroliżi tas-soluzzjoni tas-sulfat tat-titanil minn installazzjonijiet li japplikaw il-proċess tas-sulfat (li kumplessivament ikollu aktar minn 0.5 % aċidu sulfiriku ħieles);
  • skart minn installazzjonijiet li japplikaw il-proċess tal-klorur (li jkun fih aktar minn 0.5 % aċidu idrokloriku ħieles u diversi metalli tqal);
  • melħ tal-filtrazzjoni, ħama u skart likwidu li jirriżulta mit-trattament tal-iskart li japplika ż-żewġ proċessi msemmija hawn fuq u li jkun fih diversi metalli tqal, iżda ma jindkludix skart newtralizzat u ffiltrat jew imferra’ li jkun fih biss traċċi ta’ metall tqil u li, qabel kull taħlit, ikollu valur ta’ pH ta’ aktar minn 5.5.

Kontroll tal-emissjonijiet fl-ilma

Valuri limitu huma stabbiliti għall-emissjonijiet fl-ilma (Anness VII, Parti 1).

Prevenzjoni u kontroll ta’ emissjonijiet fl-arja

L-emissjoni ta’ qtar aċiduż mill-installazzjonijiet għandha tiġi evitata.

Valuri limitu huma stabbiliti għall-emissjonijiet fl-arja (Anness VIII, Parti 2).

Monitoraġġ ta’ emissjonijiet

L-Istati Membri tal-UE għandhom jiżguraw li jitwettaq monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-ilma u fl-arja u li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-permess għall-operat tal-installazzjoni jiġu ssodisfati bis-sħiħ (pereżempju jittieħdu miżuri preventivi kontra t-tniġġis; l-aqwa tekniki disponibbli (BATs) jiġu applikati, l-iskart jitnaqqas, jiġi rriċiklat jew mormi bl-inqas mod li jniġġes; l-effiċjenza enerġetika tiġi massimizzata, eċċ.)

Il-monitoraġġ għandu jitwettaq skont l-istandards CEN (jew standards oħra rikonoxxuti li jiżguraw il-forniment ta’ dejta ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti). Speċifikazzjonijiet dwar il-proċess ta’ monitoraġġ huma inklużi fl-Anness VII, Parti 3.

REFERENZI

Att li jemenda

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2010/75/UE

6.1.2011

7.1.2013

ĠU L 334 tas-17.12.2010

L-aħħar aġġornament: 11.08.2014

Top