Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Li l-professjoni tas-sajd fil-baħar tkun magħmula aktar sigura

Li l-professjoni tas-sajd fil-baħar tkun magħmula aktar sigura

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni (UE) 2015/799 li tawtorizza lill-pajjiżi tal-UE biex isiru parti, għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd

SOMMARJU

X'TAGĦMEL ID-DEĊIŻJONI?

Tawtorizza lill-pajjiżi tal-UE biex isiru parti għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd tal-1995 (STCW-F), li daħlet fis-seħħ fl-2012.

PUNTI EWLENIN

Il-Konvenzjoni Internazzjonali STCW-F tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) tistabbilixxi standards minimi għat-taħriġ, ċertifikazzjoni u għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd.

Pajjiżi tal-UE eleġibbli li attwalment mhumiex parti mill-Konvenzjoni għandhom jissieħbu magħha “fi żmien raġonevoli”, jekk possibbli qabel it-23 ta' Mejju 2017.

  • Dawk il-pajjiżi tal-UE biss li għandhom bastimenti tas-sajd (ġeneralment aktar minn 24 metru tul), portijiet użati minnhom, jew istituzzjonijiet tat-taħriġ għall-baħħara huma marbutin b'dan ir-rekwiżit.
  • Il-Konvenzjoni tagħti setgħat lill-OMI biex tiċċekkja fuq azzjonijiet governattivi, u pajjiżi tal-UE għandhom jissottomettu informazzjoni dwar il-konformità, b'mod partikolari fir-rigward tar-rikonoxximent ta' ċertifikati ta' kompetenza għall-baħħara.
  • Il-Kummissjoni Ewropea sejra tippreżenta rapport lill-Kunsill li jirrevedi l-progress tal-pajjiżi tal-UE li qed jagħmlu lejn l-adeżjonisat-23 ta' Mejju 2018.
  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jiżguraw kompatibbilità bejn il-Konvenzjoni u l-liġi tal-UE.
  • Pajjiżi mhux tal-UE għandhom jiġu mħeġġa biex jissieħbu fil-Konvenzjoni.

META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Daħlet fis-seħħ fis-26 ta' Mejju 2015.

SFOND

Is-sajd fil-baħar huwa wieħed mill-aktar professjonijiet perikolużi, u għalhekk taħriġ u kwalifikazzjonijiet xierqa huma meqjusin essenzjali biex jitnaqqas in-numru ta' inċidenti.

Il-Konvenzjoni STCW-F kienet l-ewwel waħda li stabbilixxiet rekwiżiti bażiċi dwar taħriġ, ċertifikazzjoni u għassa għall-persunal tal-bastimenti tas-sajd fuq livell internazzjonali. Preċedentement, ġew stabbiliti standards minn gvernijiet individwali, ħafna drabi mingħajr referenza għal prattiki f'pajjiżi oħrajn. Bħala riżultat, l-istandards u l-proċeduri varjaw ħafna.

Il-Konvenzjoni STCW-F bħalissa qed tiġi riveduta bl-għan li timmodernizza r-regolament tagħha, tirrifletti s-sitwazzjoni attwali fl-industrija tas-sajd u tippromwovi l-adeżjoni ta' aktar pajjiżi. Ir-reviżjoni tallinja wkoll l-istruttura tal-Konvenzjoni għal dik tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara (STCW) diġà eżistenti.

ATT

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/799 tat-18 ta' Mejju 2015 li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (ĠU L 127, 22.5.2015, pp. 20-21)

l-aħħar aġġornament 07.01.2016

Top