Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Għajnuna finanzjarja għall-Irlanda

Għajnuna finanzjarja għall-Irlanda

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/77/UE — għajnuna finanzjarja tal-UE lill-Irlanda

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Hija approvat il-programm ta’ aġġustament ekonomiku għall-Irlanda. Dan kien jinkludi pakkett finanzjarju ta’ self sa EUR 85 biljun għall-perjodu 2010-2013 mingħand għadd ta’ donaturi, inkluż l-Unjoni Ewropea (UE).

PUNTI EWLENIN

  • F’Diċembru tal-2010, l-UE qablet li l-Irlanda kienet teħtieġ EUR 85 biljun f’għajnuna finanzjarja bejn l-2010 u l-2013. Il-finanzjament kien ipprovdut:
  • Il-ftehim finanzjarju stabbilit fil-programm ta’ aġġustament ekonomiku għall-Irlanda kien jirrikjedi li l-gvern tal-pajjiż:
    • isaħħaħ u jirriforma s-settur bankarju;
    • jerġa’ jikseb is-sostenibbiltà fiskali u jnaqqas id-defiċit tal-pajjiż għal inqas minn 3 % tal-prodott domestiku gross (PDG) sal-2015;
    • jimplimenta riformi tas-suq tax-xogħol biex jerġa’ lura għal tkabbir robust u sostenibbli.
  • F’Diċembru tal-2013, il-programm ta’ assistenza ntemm.
  • L-Irlanda issa hija suġġetta għas-sorveljanza ta’ wara l-programm tal-UE (PPS). F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea, b’koordinament mal-Bank Ċentrali Ewropew:
    • twettaq żjarat regolari fil-pajjiż biex tevalwa s-saħħa ekonomika, fiskali u finanzjarja tiegħu;
    • tħejji rapporti ta’ kull sitt xhur biex twettaq monitoraġġ tal-progress u tiddetermina jekk humiex meħtieġa aktar miżuri.
  • Is-sorveljanza se tkompli għaddejja sakemm l-Irlanda tkun ħallset lura mill-inqas 75 % tas-self li rċeviet. Apparti għal xi ħlasijiet lura kmieni, dak ir-rekwiżit ser jiġi ssodisfat sal-2031.

META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Daħlet fis-seħħ fl-10 ta’ Diċembru 2010.

SFOND

ATTI EWLENIN

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/77/UE tas-7 ta’ Diċembru 2010 dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Irlanda (ĠU L 30, 4.2.2011, pp. 34-39)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2011/77/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

ATTI RELATATI

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, pp. 1–4)

Ara l-verżjoni konsolidata

l-aħħar aġġornament 22.01.2017

Top