Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Assistenza finanzjarja lill-Portugall

Assistenza finanzjarja lill-Portugall

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE — assistenza finanzjarja tal-UE lill-Portugall

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Hija approvat il-programm ta’ aġġustament ekonomiku għall-Portugall. Dan kien jinkludi pakkett finanzjarju fuq tliet snin ta’ self sa EUR 78 biljun mingħand portafoll ta’ donaturi, inkluż l-Unjoni Ewropea (UE).

PUNTI EWLENIN

  • Fis-17 ta’ Mejju 2011, l-UE qablet li l-Portugall kien jeħtieġ EUR 78 bħala assistenza finanzjarja bejn l-2011 u nofs l-2014. Il-finanzjament kellu jingħata f’massimu ta’ 14-il pagament sa:
  • Matul il-programm, il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja pprovda EUR 24.3 biljun, il-Faċilità ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja EUR 26 biljun u l-FMI EUR 26.5 biljun.
  • Il-ftehim finanzjarju stabbilit fil-programm ta’ aġġustament ekonomiku għall-Portugall kien jeħtieġ li l-gvern jimplimenta:
    • riformi strutturali li jsaħħu t-tkabbir potenzjali, joħolqu l-impjiegi u jtejbu l-kompetittività;
    • strateġija ta’ konsolidazzjoni fiskali kredibbli u bbiljanċjata b’kontroll aħjar fuq is-sħubijiet pubbliċi-privati u impriżi tal-Istat biex id-defiċit tal-pajjiż jitnaqqas għal 3 % tal-prodott domestiku gross sal-2013;
    • strateġija għas-settur finanzjarju bbażata fuq ir-rikapitalizzazzjoni* u d-diżingranaġġ*.
  • F’Ġunju tal-2014, il-programm ta’ assistenza ntemm.
  • Il-Portugall issa huwa suġġett għas-sorveljanza ta’ wara l-programm tal-UE. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea, b’koordinament mal-Bank Ċentrali Ewropew:
    • twettaq żjarat regolari fil-pajjiż biex tevalwa s-saħħa ekonomika, fiskali u finanzjarja tiegħu;
    • tħejji rapporti ta’ kull sitt xhur biex twettaq monitoraġġ tal-progress u tiddetermina jekk humiex meħtieġa aktar miżuri.
  • Is-sorveljanza se tkompli għaddejja sakemm il-Portugall ikun ħallas lura mill-inqas 75 % tas-self li rċieva. Is-sorveljanza ta’ wara l-programm se jdum sal-2026.

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika mill-24 ta’ Mejju 2011.

SFOND

  • Fil-11 ta’ Mejju 2010, l-UE qablet li toħloq mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja - il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà Finanzjarja (Regolament (UE) Nru 407/2010). Dan jippermetti lill-Kummissjoni tissellef fis-swieq finanzjarji u ssellef il-fondi li jirriżultaw lil pajjiż benefiċjarju li jkun jeħtieġ appoġġ finanzjarju.
  • Il-Portugall, wara li ġie deklassifikat mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni ta’ kreditu u ma setax isib finanzjament b’rati sostenibbli, talab għall-għajnuna mingħand l-UE u l-FMI fis-7 ta’ April 2011.
  • Il-mekkaniżmu ntuża wkoll biex jgħin lill-Irlanda u lill-Greċja.
  • Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Rikapitalizzazzjoni. Ir-ristrutturar tad-dejn u l-ekwità ta’ kumpanija bl-għan li l-istruttura kapitali tagħha ssir aktar stabbli.
Diżingranaġġ. It-tnaqqis tal-livell ta’ dejn permezz tal-bejgħ tal-assi.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/344/UE tat-30 ta’ Mejju 2011 dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-Portugall (ĠU L 159, 17.6.2011, pp. 88-92).

L-emendi suċċessivi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/344/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejj 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, pp. 1-4).

Ara l-verżjoni konsolidata

l-aħħar aġġornament 02.06.2022

Top