Id-diġitalizzazzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali tal-Ewropa onlajn għal aċċess universali
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Konklużjonijiet dwar id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibilità online ta' materjal kulturali u l-preservazzjoni diġitali
X'INHU L-GĦAN TAL-KONKLUŻJONIJIET?
-
Il-Kunsill jieħu nota tal-importanza tad-diġitalizzazzjoni u tal-aċċessibbiltà onlajn ta’ materjal kulturali u l-preservazzjoni diġitali.
-
Dan il-proċess jagħmilha faċli għal kulħadd biex jikseb aċċess għall-kultura u l-għarfien fl-era diġitali, filwaqt li jippromwovi r-rikkezza u d-diversità tal-wirt kulturali Ewropew.
PUNTI EWLENIN
-
Il-materjal kulturali diġitalizzat huwa riżorsa importanti għall-industriji kreattivi u kulturali Ewropej, billi jagħti spinta lill-ekonomija u l-impjiegi. Huwa jmexxi ’l quddiem ukoll is-Suq Uniku Diġitali, billi joffri prodotti u servizzi onlajn ġodda u innovattivi.
-
Madankollu, il-Kunsill iżid li l-UE għandha tikkoordina l-azzjoni tagħha, toħloq sinerġiji bejn l-isforzi nazzjonali u tiżgura li l-aċċessibbiltà onlajn tal-wirt kulturali tal-Ewropa tilħaq 'massa kritika'.
-
Il-Kunsill jenfasizza wkoll kif il-kuntest għall-isforzi tad-diġitalizzazzjoni u għall-kollaborazzjoni fil-livell Ewropew inbidel sa mill-2006. L-aktar żvilupp notevoli huwa Europeana – il-punt ta’ aċċess multilingwi komuni għall-wirt kulturali tal-Ewropa fuq l-internet. Wara t-tnedija tal-librerija, il-mużew u l-arkivju diġitali fl-2008, ġew stabbiliti pjanijiet għall-iżvilupp tagħhom fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2010 fuq Europeana: il-passi li jmiss.
-
Il-Kunsill jilqa’ r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Ottubru 2011 dwar id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà onlajn ta’ materjal kulturali u l-preservazzjoni diġitali (2011/711/UE) bħala parti mill-aġenda Diġitali għall-EwropaDin ir-rakkomandazzjoni tinkludi sett ta' miżuri aġġornati ta' miżuri biex jiżdiedu l-isforzi tad-diġitalizazzjoni li jinkludi:
-
Il-ġbir tal-isforzi u l-finanzjament tad-diġitalizzazzjoni .
-
sħubijiet pubbliċi–privati biex jisstimulaw l-użi innovattivi tal-materjal,
-
kundizzjonijiet imtejba għad-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibilità online ta' materjal kopert bit-drittijiet tal-awtur, u
-
miri kwantitattivi ta' oġġetti diġitizzati aċċessibbli permezz ta' Europeana.
Rakkomandazzjonijiet
Wara li rrikonoxxa l-progress li sar f’dan il-qasam mill-pajjiżi tal-UE u l-ħidma siewja mwettqa minn Europeana, il-Kunsill jenfasizza l-ħtieġa li:
-
tinkiseb ir-rikkezza tal-wirt kulturali tal-Ewropa onlajn u li tingħata promozzjoni lill-ħolqien ta’ kontenut u servizzi onlajn ġodda;
-
tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul ta’ Europeana, inkluż titjib fil-kwalità u l-varjetà tal-materjal kulturali diġitalizzat;
-
tingħata promozzjoni lill-istandards tekniċi u tal-kwalità għall-kontenut ta’ Europeana, permezz tal-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni;
-
titwettaq ħidma ulterjuri fuq l-istandards tekniċi għad-diġitalizzazzjoni u l-metadejta, inkluż permezz ta’ Europeana;
-
jitpoġġa aktar materjal protett mid-dritt tal-awtur disponibbli permezz ta’ Europeana;
-
tingħata promozzjoni lill-ftehimiet volontarji dwar id-diġitalizzazzjoni fuq skala kbira u d-disponibbiltà onlajn ta’ xogħlijiet barra l-kummerċ, b’ċertezza legali f’kuntest nazzjonali u transkonfinali;
-
jittieħed kont tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fid-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà onlajn tal-wirt kulturali tal-Ewropa.
SFOND
Għal aktar informazzjoni ara:
DOKUMENT EWLIENI
Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà onlajn ta’ materjal kulturali u l-preservazzjoni diġitali (ĠU C 169, 15.6.2012, p. 5-8)
ATTI RELATATI
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar id-Diġitalizzazzjoni u l-Aċċessibbiltà Onlajn ta’ Materjal Kulturali u l-Preservazzjoni Diġitali (ĠU C 297, 7.12.2006, p. 1–5)
Konklużjonijiet tal-10 ta’ Mejju 2010 fuq Europeana: il-passi li jmiss (ĠU C 137, 27.5.2010, p. 19-21)
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ottubru 2011 dwar id-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibbiltà onlajn ta’ materjal kulturali u l-preservazzjoni diġitali (2011/711/UE) (ĠU L 283, 29.10.2011, p. 39-45)
l-aħħar aġġornament 03.08.2016