EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

L-UE u l-Iżlanda: kjarifika ta’ ċerti regoli relatati mal-kummerċ (miżuri ta’ salvagwardja)

L-UE u l-Iżlanda: kjarifika ta’ ċerti regoli relatati mal-kummerċ (miżuri ta’ salvagwardja)

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (UE) 2015/475 fuq il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

  • Dan jikkodifika u jirrevoka r-Regolament preċedenti (KEE) 2843/72 li kien ġie sostanzjalment emendat bosta drabi.
  • Huwa jistabbilixxi regoli ddettaljati li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja* bilaterali stipulati fil-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tat-22 ta’ Lulju 1972 bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Iżldanda.

PUNTI EWLENIN

Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tadotta miżuri ta’ salvagwardja jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet neċessarji.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea tista’ tadotta miżuri ta' salvagwardja u kawtelatorji applikabbli immedjatament f’sitwazzjonijiet urġenti, eż. fil-każ ta’ għajnuniet għall-esportazzjoni b’effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ.

Fejn il-Kummissjoni tintalab tieħu azzjoni minn pajjiż tal-UE, din trid tieħu deċiżjoni dwar dik it-talba fi żmien massimu ta’ ħamest ijiem ta’ xogħol wara li tkun irċevietha.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa japplika mis-16 ta’ April 2015.

SFOND

Ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Iżlanda huma prinċipalment irregolati mill-Ftehim bilaterali ta’ Kummerċ Ħieles tal-1972 mal-KEE u mill-ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea li daħal fis-seħħ f’Jannar 1994.

TERMINU EWLIENI

* Miżuri ta’ salvagwardja: dawn il-miżuri huma introdotti meta investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea tikkonkludi li l-importazzjonijiet tant żdiedu li jikkawżaw (jew jheddu li jikkawżaw) ħsara serja lill-produtturi tal-UE. Dawn huma miżuri temporanji, bħal kwoti, applikati għall-importazzjonijiet sabiex l-industrija tal-UE tingħata żmien biex twettaq il-bidliet meħtieġa.

ATT

Regolament (UE) 2015/475 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 1–5)

l-aħħar aġġornament 31.03.2016

Top