Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Samit Umanitarju Dinji: insaħħu l-azzjoni umanitarja

Samit Umanitarju Dinji: insaħħu l-azzjoni umanitarja

SOMMARJU:

tal-COM(2015) 419 finali. Sħubija globali għal azzjoni umanitarja msejsa fuq il-prinċipji u effettiva

SOMMARJU

X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

  • Tippreżenta l-istrateġija tal-UE u rakkomandazzjonijiet konkreti għall-iffurmar mill-ġdid tal-azzjoni umanitarja bi preparazzjoni għas-Samit Umanitarju Dinji fl-2016.
  • L-għanijiet prinċipali tagħha hija li tibni u tinforza sħubiji madwar id-dinja, sabiex tavvanza l-prinċipji komuni li jsalvaw il-ħajjiet, tipprevjenti / ittaffi t-tbatija u żżomm id-dinjità umana.

PUNTI EWLENIN

L-istrateġija għandha 2 prijoritajiet ġenerali:

  • 1.

    azzjoni umanitarja ta' prinċipju u

  • 2.

    azzjoni umanitarja effettiva.

F’dawn il-prijoritajiet, hemm 7 oqsma ta’7 oqsma ta’ azzjoni.

Oqsma ta' azzjoni fl-ewwel prijorità:

  • L-affermazzjoni mill-ġdid tal-valuri umanitarji :
    • dinjità, integrità u solidarjetà, kif ukoll prinċipji umanitarji;
    • obbligi fil-liġi internazzjonali; u
    • l-impenn biex ix-xogħol umanitarju jinżamm distint mill-aġendi politiċi.
  • L-iżgurar tal-aċċess għall-assistenza: il-gvernijiet u l-atturi umanitarji għandhom jiffaċilitaw it-twassil tal-assistenza umanitarja fiż-żoni ta' kriżi.
  • L-għemil tal-protezzjoni fil-qalba tar-rispons umanitarju: minħabba li l-kriżijiet umanitarji ta' spiss jagħmlu vulnerabbli lill-popolazzjoni affettwata għat-trattament ħażin u l-isfruttament, il-protezzjoni għandha tkun sistematikament integrata f'rispons umanitarju.

Oqsma ta' azzjoni fit-tieni prijorità:

  • Kunsens globali fuq il-bażi tal-effettività umanitarja: il-ħolqien ta' qafas komuni jeħtieġ valutazzjonijiet, kwalità u riżultati u responsabbiltà għall-popolazzjonijiet affettwati.
  • Sussidjarjetà u solidarjetà : il-bini tas-sħubiji bejn atturi lokali, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali jistgħu jgħinu biex irawmu l-interazzjoni u l-interoperabbiltà biex jimminimizzaw lakuni u koinċidenzi.
  • Finanzjament biżżejjed u effiċjenti:
    • jiġi żgurat li kull ewro ta’ għajnuna jintnefaq bl-iktar mod effiċjenti;
    • tiġi mwessa' l-bażi tad-donaturi.
  • Sħubija mal-komunità tal-iżvilupp: l-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni tal-iżvilupp għandhom ikunu iktar interkonnessi biex jantiċipaw aħjar, jippreparaw u jirrispondu għall-kriżijiet umanitarji.

SFOND

Kien hemm żieda bla preċedent fil-kriżijiet umanitarji tul dawn l-aħħar 25 sena. Dawn il-kriżijiet, li jinkludu kunflitti, diżastri naturali u fraġilità soċjali u ekonomika jaffettwaw lil kważi 80 miljun persuna. Sadanittant, il-finanzjament u l-assistenza ma jistgħux ila]ħqu mat-talba għall-bżonnijiet umanitarji.

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti sejjaħ għal Samit Umanitarju Dinji biex jiġu indirizzati dawn ix-xejriet allarmanti. Is-Samit se jkun mit-23 sal-24 ta' Mejju 2016 f'Istanbul. Bħala mexxej dinji fl-isforzi umanitarji globali, l-UE hija mistennija jkollha rwol ewlieni f'dan is-samit.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Lejn is-Summit Umanitarju Dinji: Sħubija globali għal azzjoni umanitarja msejsa fuq il-prinċipji u effettiva (COM(2015) 419 finali tat-2.9.2015)

l-aħħar aġġornament 24.11.2015

Top