EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Regoli ta’ Proċedura għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Regoli ta’ proċedura tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data' for an updated information about the subject.

Regoli ta’ Proċedura għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Sa mill-2004, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kiber minn korp żgħir li jikkonsisti f’żewġ Membri u Segretarjat għal wieħed li jimpjega aktar minn 50 ruħ. Organizzat mill-ġdid fl-2010, it-tkabbir tal-istituzzjoni seħħ mal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura fl-2012.

ATT

Deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data 2013/504/UE dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura.

SOMMARJU

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) huwa awtorità superviżorja independenti li tiżgura li d-dejta personali u l-privatezza jiġu rrispettati mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea Il-poteri tiegħu huma stipulati mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni Ewropea (UE) u dwar il-moviment ħieles ta’ tali dejta. Ir-rwol tiegħu jaqa’ taħt tliet intestaturi:

  • Superviżjoni: żgurar li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE jipproċessaw dejta personali tal-persunal tal-UE u ta’ oħrajn b’mod legali. Il-kontrolluri tad-dejta huma meħtieġa li jirrispettaw l-obbligi, bħall-ipproċessar biss tad-dejta personali għar-raġuni speċifika u leġittima imsemmija meta d-dejta tkun miġbura. Is-suġġett tad-dejta (il-persuna li d-dejta tagħha tkun qed tiġi proċessata) għandha drittijiet infurzabbli, bħad-dritt li tkun infurmata dwar il-proċessar u d-dritt li tikkoreġi d-dejta. L-istituzzjonijiet/korpi kollha tal-UE għandu jkollhom Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta intern. Il-KEPD jinvestiga wkoll ilmenti li jiddaħħlu minn individwi li jikkunsidraw li d-drittijiet relatati mad-dejta personali tagħhom inkisru minn istituzzjoni jew korp tal-UE.
  • Konsultazzjoni: il-KEPD jagħti pariri lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta ta’ abbozzi ta’ liġijiet ġodda u kwistjonijiet oħrajn relatati mal-privatezza taċ-ċittadini. Il-KEPD qiegħed jimmonitorja mill-qrib ir-reviżjoni tal-qafas legali tal-protezzjoni tad-dejta.
  • Kooperazzjoni: il-KEPD jikkoopera mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta l-oħrajn sabiex jinkoraġġixxi li jittieħed approċċ konsistenti għall-kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta madwar l-Ewropa. Il-pjattaforma ċentrali tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali huwa l-Artikolu 29 tal-Parti ta’ Ħidma.

Il-KEPD adotta Regoli ta’ Proċedura fl-2012. Filwaqt li jtennu ħafna mill-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001, jistipulaw regoli dettaljati dwar proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, ir-rwoli tas-Superviżuri u tal-Bord Amministrattiv, l-organizzazzjoni u t-tħaddim tas-Segretarjat, l-ippjanar, l-amministrazzjoni interna u l-ftuħ u trasparenza tal-istituzzjoni.

Sfond

Sa minn mindu ġie stabbilit il-KEPD fl-2004, seħħew bidliet maġġuri fil-kuntest legali, ekonomiku u teknoloġiku. It-Trattat ta’ Lisbona kkonferma l-protezzjoni tad-dejta bħala prinċipju ġenerali tal-liġi tal-UE, u għadd ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea enfasizzaw l-importanza tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-dejta bħala parti integrali tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni 2013/504/UE

18.12.2012

-

ĠU L 273 tal-15.10.2013

ATTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data [Ġurnal Uffiċjali L 8 tat-12.1.2001].

L-aħħar aġġornament: 27.06.2014

Top