Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document COM:2005:158:FIN

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    /* KUMM/2005/0158 finali - CNS 2005/0060 */

    52005PC0158(01)

    Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru /* KUMM/2005/0158 finali - CNS 2005/0060 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 22.4.2005

    KUMM(2005) 158 finali

    2005/0060 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    (preżentati mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    Ir-elazzjonijiet ta’ l-avjazzjoni internazzjonali bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kienu tradizzjonalment iggvernati minn ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru bejn Stati Membri u pajjiżi terzi, l-Annessi tagħhom u arranġamenti oħra bilaterali jew multilaterali relatati.

    Wara d-Deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-każijiet C-466/98, C-467/98, C-468/98, C-471/98, C-472/98, C-475/98 u C-476/98, il-Komunità għandha kompetenza esklussiva fil-konfront ta’ aspetti varji ta’ avjazzjoni esterna. Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat ukoll id-dritt tal-kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità biex jibbenefikaw mid-dritt li jistabbilixxu ruħhom fil-Komunità, inkluż id-dritt għall-aċċess mhux diskriminatorju għas-suq.

    Klawżoli tradizzjonali ta’ deżinjazzjoni fi ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru ta’ l-Istati Membri jiksru l-liġi Komunitarja. Jagħtu l-lok lil pajjiż terz li jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta’ kumpanija ta’ l-ajru li kienet iddeżinjata minn Stat Membru iżda li mhijiex proprjetà sostanzjali tiegħu u mhijiex ikkontrollata effettivament minnu jew miċ-ċittadini tiegħu. Dan instab li jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra l-kumpaniji ta’ l-ajru stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru iżda huma proprjetà ta’, u kkontrollati minn, ċittadini ta’ Stat Membru ieħor. Dan imur kontra l-Artikolu 43 tat-Trattat li jiggarantixxi liċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri li eżerċitaw id-dritt tagħhom li jistabbilixxu ruħhom fejn iridu, l-istess trattament fl-Istat Membru li jilqagħhom bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru.

    Wara d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni f’Ġunju ta’ l-2003 biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju[1].

    Fi qbil mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mar-Repubblika tal-Bulgarija li jieħu post ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta' l-ajru eżistenti bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Bulgarija. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jieħu post il-klawżoli tradizzjonali ta’ deżinjazzjoni bi klawżola ta’ deżinjazzjoni Komunitarja, li tippermetti lill-kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità li jibbenefikaw mid-dritt ta’ stabbiliment. L-Artikoli 4 u 5 tal-Ftehim jindirizzaw żewġ tipi ta’ klawżoli li jikkonċernaw kwistjonijiet tal-kompetenza tal-Komunità. L-Artikolu 4 għandu x’jaqsam mat-tassazzjoni tal-fjuwil għall-avjazzjoni, materja li kienet armonizzata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirristruttura l-qafas tal-Komunità għat-tassazzjoni ta’ prodotti ta’ l-enerġija u elettriku, partikolarment il-paragrafu 2 ta’ l-Artikolu 14 tagħha. L-Artikolu 5 (Tariffi) jirrisolvi konflitti bejn ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru eżistenti u r-Regolament tal-Kunsill Nru 2409/92 dwar tariffi u rati għas-servizzi ta’ l-ajru li ma jħallux kumpaniji ta’ l-ajru ta’ pajjiżi terzi milli jkollhom pożizzjoni dominanti fuq is-servizzi ta’ l-ajru għall-ġarr magħmul kollu kemm hu fil-Komunità.

    Il-Kunsill huwa mitlub li japprova d-deċiżjonijiet dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja u fuq il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru u biex jaħtar il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem il-Komunità.

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2],

    Billi:

    (1) Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta’Ġunju ta’ l-2003 biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

    (2) Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità ftehim mar-Repubblika tal-Bulgarija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru fi qbil mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

    (3) Il-ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat, fid-dawl tal-konklużjoni possibli tiegħu aktar tard, u jiġi applikat proviżorjament.

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    1. Suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni bil-setgħa li jiffirmaw f’isem il-Komunità l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru.

    2. Sakemm jidħol fis-seħħ, il-ftehim ser ikun applikat b’mod provviżorju mill-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-data li fiha l-partijiet innotifikaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jagħmel in-notifikazzjoni prevista fl-Artikolu 8.2 tal-ftehim.

    3. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-deċiżjoni.

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    2005/0060 (CNS)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 300(3) ,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[4],

    Billi:

    (1) Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta’Ġunju ta’ l-2003 biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

    (2) Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità ftehim mar-Repubblika tal-Bulgarija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru fi qbil mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju;

    (3) Dan il-ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fi [...] suġġett għall-possibiltà tal-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, konformi mad-deċiżjoni .../.../KE tal-Kunsill fi [...][5]

    (4) Dan il-ftehim għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1. Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa approvat f’isem il-Komunità.

    2. It-test tal-ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna li għandha s-setgħa li tagħmel in-notifikazzjoni provduta fl-Artikolu 8.1 tal-Ftehim.

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Kunsill

    Il-President

    ANNESS

    FTEHIM bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA

    minn naħa waħda, u

    R-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

    (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Bulgarija’)

    min-naħa l-oħra

    (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Partijiet’)

    INNUTAW li ftehimiet bilaterali ta’ servizzi ta’ l-ajru ġew konklużi bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Bulgarija li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja,

    INNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali ta’ servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

    INNUTAW li taħt il-liġi Komunitarja Ewropea kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għal rotot ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,

    WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibilità għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu sehem f’kumpaniji ta’ l-ajru liċenzjati skond il-liġi Komunitarja Ewropea,

    GĦARFU li d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-Bulgarija, li huma kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, iridu jinġiebu f’konformità sħiħa ma’ dawn sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Bulgarija u biex tiġi ppreservata t-tkomplija ta’ dawn is-servizzi ta’ l-ajru,

    INNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali tat-traffiku ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Bulgarija, jew li jiġi affettwat il-bilanċ bejn kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità u kumpaniji ta’ l-ajru tal-Bulgarija, jew li jiġu nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bilaterali eżistenti tas-servizzi ta’ l-ajru dwar drittijiet tat-traffiku.

    FTEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1Dispożizzjonijiet Ġenerali

    1. Għall-għanjiet ta’ dan il-Ftehim, ‘Stati Membri’ ser tfisser Stati Membri tal-Komunità Ewropea.

    2. Referenzi mniżżla f’kull ftehim fl-Anness 1 għaċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru li hu parti tal-ftehim għandhom jinfehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.

    3. Referenzi f’kull ftehim fl-Anness 1 għal-kumpaniji ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru ta’ l-Istat Membru li hu parti tal-ftehim ser jinfehmu bħala referenzi għall-kumpaniji ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru magħżula minn dak l-Istat Membru.

    Artikolu 2 Ħatra

    1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ser jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli mniżżla fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħatra ta’ kumpanija ta’ l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat l-awtorizzazzjonijiet tiegħu u l-permessi mogħtija mir-Repubblika tal-Bulgarija, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpanija ta’ l-ajru, rispettivament. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli mniżżla fl-Anness 2 (a) u (b) rispettivament, b’relazzjoni mal-ħatra ta’ kumpanija ta’ l-ajru mill-Bulgarija, l-awtorizazzjonijiet u l-permessi tagħha mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpanija ta' l-ajru, rispettivament.

    2. Meta tirċievi l-ħatra mingħand Stat Membru, il-Bulgarija ser tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, dejjem sakemm:

    i. il-kumpanija ta’ l-ajru hija stabbilita fit-territorju ta’ l-Istat Membru li ħatarha taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li għandha Liċenzja Operattiva valida fi qbil mal-liġi Komunitarja Ewropea;

    ii. huwa eżerċitat u miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta’ l-Ajru tagħha u l-awtorità aeronawtika relevanti hija identifikata b’mod ċar fil-ħatra; u

    iii. il-kumpanija ta’ l-ajru hija proprjetà u ser tkompli tkun proprjetà, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, ta’ Stati Membri u/jew ta’ ċittadini ta’ Stati Membri, u/jew ta’ stati oħra mniżżla fl-Anness 3 u/jew iċ-ċittadini ta’ tali stati oħra, u ser tkun il-ħin kollu effettivament ikkontrollata minn dawn l-istati u/jew dawn iċ-ċittadini.

    3. Il-Bulgarija tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ kumpanija ta’ l-ajru minn Stat Membru fejn:

    i. il-kumpanija ta’ l-ajru mhijiex stabbilita fit-territorju ta’ l-Istat Membru li ħatarha taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew m’għandhiex Liċenzja Operattiva valida fi qbil mal-liġi Komunitarja Ewropea; jew

    ii. m'huwiex eżerċitat jew m'huwiex miżmum kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattivi ta’ l-Ajru tagħha, jew l-awtorità aeronawtika relevanti mhijiex identifikata b’mod ċar fil-ħatra; jew

    iii. il-kumpanija ta’ l-ajru mhijiex proprjetà ta’, u mhijiex effettivament ikkontrollata minn, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, Stati Membri u/jew iċ-ċittadini ta’ Stati Membri, u/jew minn stati oħra mniżżla f’lista fl-Anness 3 u/jew iċ-ċittadini ta’ tali stati oħra.

    Waqt li tħaddem id-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, il-Bulgarija m’għandiex tiddiskrimina bejn kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità fuq il-bażi ta’ nazzjonalità;

    4. Meta jirċievi l-ħatra mingħand il-Bulgarija, Stat Membru, għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas b’dewmien proċedurali,. sakemm:

    i il-kumpanija ta’ l-ajru għandha Liċenzja Operattiva valida maħruġa skond il-liġi tal-Bulgarija;

    ii il-Bulgarija li hija responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operaturi ta’ l-ajru tagħha tagħmel u żżomm kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru ; u

    iii il-kumpanija ta’ l-ajru hija proprjetà u ser tkompli tkun proprjetà diretta jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju mill-Bulgarija u/jew mill-persuna naturali jew l-entità legali tagħha, u ser tkun il-ħin kollu effettivament ikkontrollata mill-Bulgarija u/jew mill-persuna naturali jew l-entità legali tagħha.

    5. Stat Membru jista’ jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ kumpanija ta’ l-ajru maħtura mill-Bulgarija fejn:

    i il-kumpanija ta’ l-ajru m’għandiex Liċenzja Operattiva valida maħruġa skond il-liġi tal-Bulgarija;

    ii Il-Bulgarija li hija responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tagħha ma tagħmilx u ma żżomx kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru; u

    iii il-kumpanija ta’ l-ajru mhijiex proprjetà u mhux ser tkompli tkun proprjetà diretta jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju mill-Bulgarija u/jew mill-persuna naturali jew l-entità legali tagħha, u mhux ser tkun il-ħin kollu effettivament ikkontrollata mill-Bulgarija u/jew mill-persuna naturali jew l-entità legali tagħha.

    Artikolu 3 Drittijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontroll regolatorju

    1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ser jikkomplimentaw l-artikoli inniżżla f’lista fl-Anness 2(c).

    2. Fejn Stat Membru ħatar kumpanija ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju tagħha huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tal-Bulgarija taħt id-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ħatar il-kumpanija ta’ l-ajru u r-Repubblika ta’ l-Azerbajġan ser japplikaw b’mod ugwali fir-rigward ta’ l-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma ta’ l-istandards ta’ sigurtà mill-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dik il-kumpanija ta’ l-ajru.

    Artikolu 4Tassazzjoni ta l-fjuwil għall-avjazzjoni

    1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ser jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli mniżżla f’lista fl-Anness 2(d)

    2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’kull ftehim imniżżel fl-Anness 2(d) mhu ser iżomm Stat Membru milli jimponi fuq bażi mhux diskriminatorja taxxi, imposti, dazji, miżati jew tariffi fuq il-fjuwil fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’inġenji ta’ l-ajru ta’ kumpanija ta’ l-ajru maħtura mill-Bulgarija li topera bejn punt fit-territorju ta’ Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

    Artikolu 5 Tariffi għall-ġarr fil-Komunità Ewropea

    1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ser jikkomplimentaw l-artikoli mniżżla fl-Anness 2(e)

    2. It-tariffi li ser jiġu ddebitati mill-kumpanija(i) ta’ l-ajru maħtura mir-Repubblika tal-Bulgarija permezz ta’ ftehim imniżżel fl-Anness 1 li fih dispożizzjoni mniżżla fl-Anness 2(e) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea, ser jiġu suġġetti għal-liġi Komunitarja Ewropea

    Artikolu 6

    L-Annessi ma’ dan il-Ftehim ser jifformaw parti integrali minnu.

    Artikolu 7 Reviżjoni jew emendi Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.

    Artikolu 8 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja

    1. Dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu tlestew.

    2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu biex japplikaw b’mod provviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet avżaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

    3. Ftehimiet u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u l-Bulgarija li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, ma kinux għadhom daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament huma mniżżla fl-Anness 1(b). Dan il-Ftehim ser japplika għal kull tali Ftehim u arranġament mad-dħul fis-seħħ jew ma’ l-applikazzjoni provviżorja tiegħu.

    Artikolu 9 Tmiem

    1. Fil-każ li ftehim imniżżel fl-Anness 1 jintemm, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim mniżżel fl-Anness 1 ikkonċernat ser jintemmu fl-istess ħin.

    2. Fil-każ li l-ftehimiet kollha mniżżla fl-Anness 1 jintemmu, dan il-Ftehim ser jintemm fl-istess ħin.

    B'XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji t’hawn taħt, bl-awtorizzazzjoni meħtieġa, iffirmaw dan il-Ftehim.

    Magħmul fi Brussell b’żewġ kopji, f’din il-ġurnata ta’ l-24 ta’ Jannar 2005 fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u l-lingwi Bulgari. F’każ ta’ diverġenzi t-test Ingliż ser jipprevali fuq it-testi bil-lingwi l-oħra.

    GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA: GĦAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA:

    Anness 1

    Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim

    (a) Ftehimiet tas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Bulgarija u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament

    - Ftehim tat-Trasport ta’ l-ajru bejn il-Gvern Federali ta’ l-Awstrija u l-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija iffirmat f’Sofia, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Bulgarija-Awstrija” f’Anness 2;

    Jiġi moqri flimkien mal-Memorandum ta' Ftehim magħmul fi Vjenna fit-28 ta' Ġunju 1996.

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġu u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija relatat mat-Trasport ta’ l-Ajru iffirmat f’Sofia fl-14 ta’ Mejju 1957, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Bulgarija-Belġju” f’Anness 2

    - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija , fuq Servizzi ta’ l-Ajru Skedati kummerċjali iffirmat f’ Nicosia fit-8 ta’ Mejju 1965, minn hawn ‘il quddiem il- “Ftehim Bulgarija–Ċipru” f’Anness 2;

    - Ftehim tat-Trasport ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekożlovakkja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija, iffirmat f’Sofia fil-25 ta’ Settembru 1967, li minħabba fih ir-Repubblika Ċeka ddikjarat li tikkunsidra lilha nnifisha marbuta bid-dispożizzjonijiet tiegħu, minn hawn ‘il-quddiem “Ftehim Bulgarija –Repubblika Ċeka’ f’Anness 2;

    - -Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija relatat mat-Trasport ta’ l-Ajru Ċivili iffirmat f’Sofia fl-24 ta’ Mejju 1958, minn hawn ‘il-quddiem “Ftehim Bulgarija-Danimarka ” f'Anness 2;

    Miżjud l-aħħar bil-Bdil ta’ Ittri fl-24 ta' Mejju 1958.

    - Ftehim tas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f'Helsinki fid-19 ta' Marzu 1970, minn hawn ‘il quddiem “Ftehim Bulgarija – Finlandja” f’Anness 2 .

    - Ftehim tat-Trasport ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija iffirmat f’Pariġi fl-4 ta’ Awissu 1965, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Bulgarija – Franza” f’Anness 2

    Miżjud l-aħħar bi Bdil ta’ Ittri fl-4 ta’ Awissu 1965;

    Immodifikat bi Bdil ta’ Ittri fit-12 ta’ Ġunju u l-10 ta’ Lulju 1969;

    Immodifikat l-aħħar bil-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Sofia fis-26 ta’ Jannar 2000.

    - Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija , bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f’Sofia fil-11 ta’ Ġunju 1993, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Bulgarija-Ġermanja” f’Anness 2;

    Miżjud bil-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Sofia fl-1 ta’ Ottubru 2001;

    Jinqara flimkien mal-Bdil ta’ Noti tal-15 ta’ Awissu 2002 u l-20 ta’ April 2004.

    - Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Griega u l-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f’Ateni fl-1 ta’ Novembru 2002, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Bulgarija – Ġreċja” f’Anness 2;

    Biex jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Ateni fit-23 ta’ Frar 2000.

    - Ftehim tat-Trasport ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu Ungeriż u l-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija iffirmat f’Sofia fid-29 ta’ Awissu 1969, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Bulgarija – Ungerija” f’Anness 2 .

    - Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern ta’ l-Irlanda u l-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija iffirmat f'Dublin fis-27 ta' Lulju 1995, minn hawn ‘il quddiem “Ftehim Bulgarija – Irlanda” f’Anness 2 ;

    - Ftehim tat-Trasport ta’ l-Ajru Ċivili bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija iffirmat f’Sofia fis-27 ta’ Mejju 1974, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Bulgarija – Italja” f’Anness 2 ;

    Biex jinqara flimkien mar- Record Miftiehem magħmul f’Ruma fl-4 ta’ April 1974;

    Immodifikat l-aħħar bil-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Ruma fil-25 ta’ Lulju 1997.

    - Ftehim tas-Servizzi ta' l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija, bejn u lil hinn mit-territroji rispettivi tagħhom iffirmat f’Varsarja fid-19 ta’ Mejju 1999, minn hawn ‘il-quddiem “Ftehim Bulgarija –Repubblika Latvja’ f’Anness 2;

    - Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija iffirmat f’Sofia fit-8 ta’ Mejju 1965, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Bulgarija – Lussemburgu” f’Anness 2

    - Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f’Varna fit-23 ta’ Lulju 1982, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Bulgarija-Malta” f’Anness 2;

    Biex jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Malta fit-12 ta’ April 1982.

    - Ftehim tat-Trasport ta’ l-Ajru bejn ir-Renju ta’ l-Olanda u r-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija iffirmat fis-7 ta’ Frar 1958, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Bulgarija – Olanda” f’Anness 2;

    Miżjud l-aħħar bil-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’The Hague fis-6 ta’ Awissu 2002

    - Ftehim tat-Trasport ta' l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija iffirmat f’Varsavja fis-16 ta’ Mejju 1949, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Bulgarija – Polonja” f’Anness 2.

    - Ftehim tat-Trasport ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tal-Portugall u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija iffirmat f’Lisbona fit-22 ta’ Ottubru 1975, minn hawn ‘il quddiem ‘íl-Ftehim Bulgarija –Portugall’ f'Anness 2.

    - Ftehim tat-Trasport ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Slovakka u l-Gvern tar-Repubblika tal-Bulgarija , iffirmat f’Sofia fit-8 ta’ Diċembru 1995, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Bulgarija-Slovakja” f'Anness 2

    - Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern ta’ Spanja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija , iffirmat f’Sofia fis-6 ta’ Novembru 1971, minn hawn ‘il quddiem “ïl-Ftehim Bulgarija-Spanja” f’Anness 2;

    Immodifikat l-aħħar bil-Minuti Miftiehma magħmula f’Sofia fil-21 ta’ Ottubru 1978.

    - Ftehim tat-Trasport ta’ l-Ajru Ċivili bejn il-Gvern tar-Renju ta’ l-Iżvezja u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija , iffirmat f’Sofia fis-17 ta’ April 1957, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Bulgarija-Żvezja’ f’Anness 2.

    - Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija, bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f’Londra fit-28 ta’ Mejju 1970, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim Bulgarija-Renju Unit” f’Anness 2;

    Emendat minn Bdil ta’ Ittri tat-23 ta’ Awwissu 1973

    Jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Londra fil-15 ta’ Jannar 1998.

    (b) Ftehim tas-servizzi ta’ l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Bulgarija u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma’ daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament

    [imħollija vojta intenzjonament]

    Anness 2

    Lista ta’ artikoli fil-ftehimiet imniżżla fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim

    (a) Ħatra minn Stat Membru:

    - Artikolu 3 tal-Ftehim Bulgarija-Awstrija;

    - Artikolu 2, tal-Ftehim Bulgarija-Belġju;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Ċipru;

    - Artikolu 2, tal-Ftehim Bulgarija-Repubblika Ċeka;

    - Artikolu 2, tal-Ftehim Bulgarija-Danimarka;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Finlandja;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Franza;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Ġermanja;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Ġreċja;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Ungerija;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Irlanda;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Italja;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Latvja;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Lussemburgu;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Malta;

    - Artikolu 2, tal-Ftehim Bulgarija-Olanda;

    - Artikolu 2, tal-Ftehim Bulgarija-Polonja;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Portugall;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Slovakja;

    - Artikolu 4, tal-Ftehim Bulgarija-Spanja;

    - Artikolu 2, tal-Ftehim Bulgarija-Żvezja;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Renju Unit.

    (b) Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta’ l-Awtorizzazzjonijiet jew Permessi:

    - Artikolu 4, tal-Ftehim Bulgarija-Awstrija;

    - Artikolu 2, tal-Ftehim Bulgarija-Belġju;

    - Artikolu 4, tal-Ftehim Bulgarija-Ċipru;

    - Artikolu 2, tal-Ftehim Bulgarija-Danimarka;

    - Artikolu 3.4, tal-Ftehim Bulgarija-Finlandja;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Franza;

    - Artikolu 4, tal-Ftehim Bulgarija-Ġermanja;

    - Artikolu 4, tal-Ftehim Bulgarija-Greċja;

    - Artikolu 4, tal-Ftehim Bulgarija-Ungerija;

    - Artikolu 3, tal-Ftehim Bulgarija-Irlanda;

    - Artikolu 4, tal-Ftehim Bulgarija-Italja;

    - Artikolu 4, tal-Ftehim Bulgarija-Latvja;

    - Artikolu 4, tal-Ftehim Bulgarija-Lussemburgu;

    - Artikolu 4, tal-Ftehim Bulgarija-Malta;

    - Artikolu 2, tal-Ftehim Bulgarija-Olanda

    - Artikolu 6, tal-Ftehim Bulgarija-Polonja;

    - Artikolu 5, tal-Ftehim Bulgarija-Portugall;

    - Artikolu 4, tal-Ftehim Bulgarija-Slovakja;

    - Artikolu 4, tal-Ftehim Bulgarija-Spanja;

    - Artikolu 2, tal-Ftehim Bulgarija-Żvezja;

    - Artikolu 4, tal-Ftehim Bulgarija-Renju Unit.

    (c) Kontroll regolatorju:

    - Artikolu 7 tal-Ftehim Bulgarija-Greċja;

    - Artikolu 11a tal-Ftehim Bulgarija-Ġermanja;

    - Artikolu 12 bis tal-Ftehim Bulgarija-Franza;

    - Artikolu 9 ter tal-Ftehim Bulgarija-Italja.

    (d) Tassazzjoni tal-Fjuwil għall-Avjazzjoni:

    - Artikolu 7 tal-Ftehim Bulgarija-Awstrija;

    - Artikolu 5 tal-Ftehim Bulgarija-Belġju;

    - Artikolu 8 tal-Ftehim Bulgarija-Ċipru;

    - Artikolu 4 tal-Ftehim Bulgarija-ir-Repubblika Ċeka;

    - Artikolu 5 tal-Ftehim Bulgarija-Danimarka;

    - Artikolu 6 tal-Ftehim Bulgarija-Finlandja;

    - Artikolu 10 tal-Ftehim Bulgarija-Franza;

    - Artikolu 7 tal-Ftehim Bulgarija-Ġermanja;

    - Artikolu 10 tal-Ftehim Bulgarija-Ġreċja;

    - Artikolu 12 tal-Ftehim Bulgarija-Ungerija;

    - Artikolu 11 tal-Ftehim Bulgarija-Irlanda;

    - Artikolu 8 tal-Ftehim Bulgarija-Italja;

    - Artikolu 7 tal-Ftehim Bulgarija-Latvja;

    - Artikolu 7 tal-Ftehim Bulgarija-Lussemburgu;

    - Artikolu 6 tal-Ftehim Bulgarija-Malta;

    - Artikolu 4 tal-Ftehim Bulgarija-Olanda;

    - Artikolu 3 tal-Ftehim Bulgarija-Polonja;

    - Artikolu 7 tal-Ftehim Bulgarija-Portugall;

    - Artikolu 8 tal-Ftehim Bulgarija-Slovakja;

    - Artikolu 11 tal-Ftehim Bulgarija-Spanja;

    - Artikolu 5 tal-Ftehim Bulgarija-Żvezja;

    - Artikolu 5 tal-Ftehim Bulgarija-Renju Unit.

    (e) Tariffi għall-Ġarr fil-Komunità Ewropea:

    - Artikolu 11 tal-Ftehim Bulgarija-Awstrija;

    - Artikolu 4 tal-Ftehim Bulgarija-Belġju;

    - Artikolu 6 tal-Ftehim Bulgarija-Ċipru;

    - Artikolu 10 tal-Ftehim Bulgarija-Repubblika Ċeka;

    - Artikolu 6 tal-Ftehim Bulgarija-Danimarka;

    - Artikolu 8 tal-Ftehim Bulgarija-Finlandja;

    - Artikolu 13 tal-Ftehim Bulgarija-Franza;

    - Artikolu 8 tal-Ftehim Bulgarija-Ġermanja;

    - Artikolu 13 tal-Ftehim Bulgarija-Greċja;

    - Artikolu 6 tal-Ftehim Bulgarija-Ungerija;

    - Artikolu 6 tal-Ftehim Bulgarija-Irlanda;

    - Artikolu 7 tal-Ftehim Bulgarija-Italja;

    - Artikolu 9 tal-Ftehim Bulgarija-Latvja;

    - Artikolu 5 tal-Ftehim Bulgarija-Lussemburgu;

    - Artikolu 9 tal-Ftehim Bulgarija-Malta;

    - Artikolu 3 tal-Ftehim Bulgarija-Olanda;

    - Artikolu 4 ta’ l-Anness tal-Ftehim Bulgarija-Polonja;

    - Artikolu 10 tal-Ftehim Bulgarija-Portugall;

    - Artikolu 10 tal-Ftehim Bulgarija-Slovakja;

    - Artikolu 6 tal-Ftehim Bulgarija-Spanja;

    - Artikolu 6 tal-Ftehim Bulgarija-Żvezja;

    - Artikolu 9 tal-Ftehim Bulgarija-Renju Unit.

    - Anness 3

    Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim

    (a) Ir-Repubblika ta’ l-Islanda (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (b) Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (c) Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

    (d) Il-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport ta’ l-Ajru).

    [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 11323/03 tal-5 ta’ Ġunju 2003 (dokument riżervat)

    [2] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [3] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [4] ĠU C [...], [...], p. [...].

    [5] ĠU C [...], [...], p. [...].

    Top