This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document COM:2004:829:FIN
Proposal for a Council Decision on the signature and provisional application of the Agreement between the European Community and the Republic of Chile on certain aspects of air services # Proposal for a Council Decision on the conclusion of the Agreement between the European Community and the Republic of Chile on certain aspects of air services
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
/* KUMM/2004/0829 finali - CNS 2004/0289 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru /* KUMM/2004/0829 finali - CNS 2004/0289 */
Brussel 23.12.2004 KUMM(2004)829 finali 2004/0289 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru (preżentati mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Relazzjonijiet internazzjonali ta’ l-avvjazzjoni bejn Stati Membri u pajjiżi terzi kienu tradizzjonalment iggvernati minn ftehim bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru bejn Stati Membri u pajjiżi terzi, l-Annessi tagħhom u arranġementi oħra bilaterali jew multilaterali relatati. . Wara d-Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fil-każijiet C-466/98, C-467/98, C-468/98, C-471/98, C-472/98, C-475/98 u C-476/98, il-Komunità għandha kompetenza esklussiva fil-konfront ta’ varji aspetti ta’ avjazzjoni esterna. Il-Qorti tal-Ġustizzja iċċarat ukoll id-dritt tal-kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità biex jibbenifikaw mid-dritt li jistabbilixxu ruħhom fil-Komunità, inkluż id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju fis-suq. Klawżoli tradizzjonali ta’ ħatra fi ftehim bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru ta’ l-Istati Membri jiksru l-liġi Komunitarja. Jagħtu il-lok lill-pajjiż terz li jirrifjuta, jirtira jew jissosspendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta’ kumpanija ta’ l-ajru li kienet maħtura minn Stat Membru iżda li mhijiex proprjetà sostanzjali u kontrollata effettivament minn Stat Membru jew iċ-ċittadini tagħha. Dan instab li jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra l-kumpaniji ta’ l-ajru stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru iżda proprjetà u kkontrollati minn ċittadini ta’ Stat Membru ieħor. Dan huwa kontrarju għall-Artikolu 43 tat-Trattat li jiggarantixxi liċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri li eżerċitaw id-dritt tagħhom li jistabbilixxu ruħhom fejn iridu l-istess trattament fl-Istat Membru li jilqagħhom bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. Wara d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni f’Ġunju ta’ l-2003 biex jiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju[1] Fi qbil mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li jawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċertu dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mar-Repubblika taċ-Ċilì li jieħu post ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali tas-servizzi ta' l-ajru eżistenti bejn l-Istati Membri u r-Repubblika taċ-Ċilì. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jieħu post il-klawżoli tradizzjonali ta’ ħatra bi klawżola ta’ deżinjazzjoni Komunitarja, li tippermetti lill-kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità li jibbenefikaw mid-dritt ta’ stabbiliment. L-Artikoli 4 u 5 tal-Ftehim jirrisolvu irregolaritajiet legali li joħorġu minn ksur tal-kompetenza Komunitarja. L-Artikolu 4 (Tassazzjoni tal-kombustibbli għall-avjazzjoni) jirrisolvi kunflitti bejn ftehim bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru eżistenti u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirristruttura l-qafas tal-Komunità għat-tassazzjoni ta’ prodotti ta’ l-enerġija u elettriku, partikolarment l-Artikolu 14 tal-paragrafu 2 tagħha. L-Artikolu 5 (Tariffi għall-ġarr) jirrisolvi kunflitti bejn ftehim bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru eżistenti u r-Regolament tal-Kunsill Nru 2409/92 dwar tariffi u rati għas-servizzi ta’ l-ajru li jipprojbixxu kumpaniji ta’ l-ajru ta’ pajjiżi terzi milli jkollhom pożizzjoni dominanti fuq is-servizzi ta’ l-ajru għall-ġarr magħmul kollu kemm hu fil-Komunità. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2], Billi: (1) Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta’Ġunju ta’ l-2003 biex jiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju; (2) Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità ftehim mar-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru fi qbil mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li jawtorizza lill-Kummissjoni li jiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċertu dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju; (3) Il-ftehim negozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat, fid-dawl tal-konklużjoni possibli tiegħu aktar tard, u jiġi applikat proviżorjament. IDDECIDA KIF GEJ: Artikolu Waħdieni 1. Suġġet għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina il-persuna jew il-persuni bil-poter li jiffirmaw f’isem il-Komunità l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċertu aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru. 2. Sakemm tidħol fis-seħħ, il-ftehim ser ikun applikat b’mod provviżorju mill-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-data li fiha l-partijiet innotifikaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jagħmel in-notifikazzjoni provduta fl-Artikolu 9.2 tal-ftehim. 3. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Maghmula fi Brussell, Ghall-Kunsill Il-President 2004/0289 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 300(3) , Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[4], Billi: (1) Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni fil-5 ta’Ġunju ta’ l-2003 biex jiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju; (2) Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità ftehim mar-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru fi qbil mal-mekkanizmi u d-Direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li jawtorizza lill-Kummissjoni li tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju; (3) Dan il-ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fi [...] suġġett għall-possibiltà tal-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, konformi mad-deċiżjoni .../.../KE tal-Kunsill fi [...][5] (4) Dan il-ftehim għandu jiġi approvat, IDDECIDA KIF GEJ: Artikolu 1 1. Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċerti aspetti tas-servizz ta’ l-ajru huwa approvat f’isem il-Komunità. 2. It-test tal-ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna li għandha l-poter li tagħmel in-notifikazzjoni provduta fl-Artikolu 9.1 tal-Ftehim. Maghmula fi Brussell, Ghall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċilì dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru IL-KOMUNITÀ EWROPEA minn naħa ‘, u R-REPUBBLIKA TAĊ-ĊILÌ min-naħa l-oħra (minn hawn ‘il quddiem ‘il-Partijiet’) INNUTAW li ftehim ta’ servizzi bilaterali ta’ l-ajru ġew konklużi bejn għaxar Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, INNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rispett ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim ta’ servizzi bilaterali ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi, INNUTAW li taħt il-liġi Komunitarja Ewropea kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għal rotot ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi, WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibiltà għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom sehem f’kumpaniji ta’ l-ajru lliċenzjati minn Stati Membri tal-Komunità Ewropea, GĦARFU li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim għa-sservizzi bilaterali ta’ l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì, li huma kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, iridu jinġabu f’konformità sħiħa ma’ dawn sabiex tiġi stabbilita bażi legali tajba għas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì u biex tiġi ppreservata t-tkomplija tat-tali servizzi ta’ l-ajru, INNUTAW li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim tas-servizzi bilaterali ta’ l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì, li ma jmorrux kontra l-liġi Komunitarja Ewropea, m’għandhomx bżonn jiġu emendati jew mibdula, INNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali ta’ traffiku ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì, jew li jaffettwa l-bilanċ bejn kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità u kumpaniji ta’ l-ajru tar-Repubblika taċ-Ċilì, jew li tinnegozja emendi għad-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali eżistenti għas-servizzi ta’ l-ajru dwar drittijiet tat-traffiku. FTEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1Dispożizzjonijiet Ġenerali Għall-għanjiet ta’ dan il-Ftehim, ‘Stati Membri’ ser tfisser Stati Membri tal-Komunità Ewropea. ‘Stat Membru CLAC’ ser tfisser Stat Membru tal-Kummissjoni ta’ l-Avvjazzjoni Ċivili Amerikan Latin. Referenzi elenkati f’kull ftehim fl-Anness 1 għaċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru li ħa sehem fil-ftehim ser jiġi mifhuma bħala li qed jirreferu għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. Referenzi elenkati f’kull ftehim fl-Anness 1 lill-kumpaniji ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru ta’ l-Istat Membru li ħa sehem fil-ftehim ser jiġu mifhuma bħala li qed jirreferu għall-kumpaniji ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru magħżula minn dak l-Istat Membru. Artikolu 2 Ħatra, Awtorizzazzjoni u Revoka 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ser jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħatra tal-kumpanija ta’ l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat l-awtorizzazzjonijiet tiegħu u l-permessi mogħtija mir-Repubblika taċ-Ċilì, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tal-kumpanija ta’ l-ajru, rispettivament. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu ser jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f'dak li għandu x’jaqsam mad-deżinjazzjoni ta’kumpanija ta’ l-ajru tar-Repubblika taċ-Ċilì, l-awtorizzazzjonijiet tiegħu u l-permessi mogħtija mill-Istati Membri, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tal-kumpanija ta’ l-ajru, rispettivament. 2. Ma’ l-irċevuta ta’ ħatra mingħand Stat Membru, ir-Repubblika taċ-Ċilì ser tagħti l-awtorizzazzjonijiet xierqa u l-permessi bl-anqas dewmien proċedurali, basta li: i. il-kumpanija ta’ l-ajru hija stabbilita fit-territorju ta’ l-Istat Membru li ħatritha taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li għandu Liċenzja Operattiva valida fi qbil mal-liġi Komunitarja Ewropea; ii. jkun hemm kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru u jkun miżmum mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu u l-awtorità aeronawtika relevanti hija identifikata b’mod ċar fil-ħatra; u iii. il-kumpanija ta’ l-ajru hija proprjetà u ser tkompli tkun proprjetà diretta jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju mill-Istati Membri u/jew ċittadini ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness 3 u/jew ċittadini ta’ stati oħra simili, u ser ikun il-ħin kollu effettivament kontrollat minn tali stati u/jew tali ċittadini. 3. Ir-Repubblika taċ-Ċilì tista’ tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ kumpanija ta’ l-ajru minn Stat Membru fejn: i. il-kumpanija ta’ l-ajru mhijiex stabbilita fit-territorju ta’ l-Istat Membru li ħatarha taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew m’għandux Liċenzja Operattiva valida fi qbil mal-liġi Komunitarja Ewropea; jew ii. ma hemmx kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru jew manutenzjoni mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità aeronawtika relevanti mhijiex identifikata b’mod ċar fil-ħatra; jew iii. il-kumpanija ta’ l-ajru mhijiex proprjetà u kontrollata direttament b’mod effettiv jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju mill-Istati Membri u/jew ċittadini ta’ l-Istati Membri, jew minn stati oħra elenkati f’lista fl-Anness 3 u/jew ċittadini ta’ tali stati oħra; jew iv. il-kumpanija ta’ l-ajru hija diġà awtorizzata biex topera taħt ftehim bilaterali bejn ir-Repubblika taċ-Ċilì u Stat Membru ieħor u r-Repubblika taċ-Ċilì turi li, billi teżerċita d-drittijiet tat-traffiku taħt dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, tkun qed tevita restrizzjonijiet fuq drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor; jew v. il-kumpanija ta’ l-ajru għandha Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru maħruġ minn Stat Membru u m’hemmx ftehim bilaterali tas-servizzi ta’ l-ajru bejn ir-Repubblika taċ-Ċilì u dak l-Istat Membru, u d-drittijiet tat-traffiku lejn dak l-Istat Membru ġew miċħuda lill-kumpanija ta’ l-ajru mir-Repubblika taċ-Ċilì. Waqt li tħaddem id-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu, ir-Repubblika taċ-Ċilì mhux ser tiddiskrimina bejn kumpaniji ta’ l-ajru tal-Komunità fuq il-bażi ta’ nazzjonalità. 4. Ma’ l-irċevuta tal-ħatra mingħand ir-Repubblika taċ-Ċilì, Stat Membru ser jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm: i. il-kumpanija ta’ l-ajru hija stabbilita fir-Repubblika taċ-Ċilì; u ii. ir-Repubblika taċ-Ċilì għandha u żżomm kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru u hija responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru; u iii. il-kumpanija ta’ l-ajru hija proprjetà u kkontrollata direttament b’mod effettiv jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju minn Stati Membri tal-CLAC u/jew ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-CLAC. 5. Stat Membru jista’ jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ kumpanija ta’ l-ajru maħtura mir-Repubblika taċ-Ċilì fejn: i. il-kumpanija ta’ l-ajru hija stabbilita fir-Repubblika taċ-Ċilì; jew ii. il-kontroll regolatorju effettiv tal-kumpanija ta’ l-ajru mhuwiex mħaddem jew mhuwiex miżmum mir-Repubblika taċ-Ċilì jew ir-Repubblika taċ-Ċilì mhijiex responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ l-Operaturi ta’ l-Ajru; jew iii. il-kumpanija ta’ l-ajru mhijiex proprjetà u mhix effettivament kkontrollata direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju minn Stati Membri tal-CLAC u/jew ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-CLAC; jew iv. il-kumpanija ta’ l-ajru hija diġà awtorizzata biex topera taħt ftehim bilaterali bejn l-Istat Membru u Stat Membru ieħor tal-CLAC u l-Istat Membru juri li, billi jħaddem id-drittijiet tat-traffiku taħt dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt fl-Istat Membru tal-CLAC l-ieħor, tkun qed tevita restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim l-ieħor. Artikolu 3Drittijiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontroll regolatorju 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ser jikkomplimentaw l-artikoli elenkati f’lista fl-Anness 2(c). 2. Fejn Stat Membru ħatar kumpanija ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju huwa mħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Repubblika taċ-Ċilì taħt id-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ħatar il-kumpanija ta’ l-ajru u r-Repubblika taċ-Ċilì ser japplika b’mod ugwali fir-rigward ta’ l-adozzjoni, t-tħaddim jew il-manutenzjoni ta’ l-istandards ta’ sigurtà mill-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dik il-kumpanija ta’ l-ajru. Artikolu 4Tassazzjoni ta l-kombustibbli għall-avjazzjoni 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ser jikkomplimentaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati f’lista fl-Anness 2(d). 2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’kull ftehim elenkat fl-Anness 2(d) ser jimpedixxi l-Istati Membri milli jimponu fuq bażi mhux diskriminatorja taxxi, imposta, dazji, miżati jew tariffi fuq il-kombustibbli fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’inġenju ta’ l-ajru ta’ kumpanija ta’ l-ajru maħtura għar-Repubblika taċ-Ċilì li topera bejn punt fit-territorju ta’ Stat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. 3. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’kull ftehim mniżżel fl-Anness 2(d) ser jimpedixxi r-Repubblika taċ-Ċilì milli timponi fuq bażi mhux diskriminatorja taxxi, imposta, dazji, miżati jew tariffi fuq il-kombustibbli fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f’inġenju ta’ l-ajru tal-kumpanija ta’ l-ajru maħtura ta’ Stat Membru li jopera bejn punt fit-territorju tar-Repubblika taċ-Ċilì u punt ieħor fit-territorju tar-Repubblika taċ-Ċilì jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-CLAC. Artikolu 5Tariffi għal l-ġarr 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ser jikkomplimentaw l-artikoli elenkati fl-Anness 2(e). 2. It-tariffi li ser jiġu ddebitati mill-kumpanija(i) ta’ l-ajru maħtura mir-Repubblika taċ-Ċilì permezz ta’ ftehim elenkat fl-Anness 1 li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness 2(e) għall-ġarr għalkollox fi ħdan il-Komunità Ewropea ser jiġi suġġett għal-liġi Komunitarja Ewropea. Il-liġi Komunitarja Ewropea hija applikata fuq bażi mhux diskriminatorja. 3. It-tariffi li ser jiġu ddebitati mill-kumpanija(i) ta’ l-ajru maħtura minn Stat Membru permezz ta’ ftehim elenkat fl-Anness 1 li fih dispożizzjoni mniżżel fl-Anness 2(e) għall-ġarr bejn ir-Repubblika taċ-Ċilì u Stat Membru ieħor tal-CLAC ser jiġi suġġett għal-liġi Ċilena dwar tmexxija tal-prezzijiet u applikat fuq bażi mhux diskriminatorja. Artikolu 6Applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra Id-dispożizzjonijiet tal-ftehim elenkati fl-Anness 1, li mhumiex effetwati mill-Artikoli 1 sa 5 ta' dan il-Ftehim, ser ikomplu jiġu applikati, sakemm mhumiex qegħdin jikkontradixxu dawn l-Artikoli. Artikolu 7Annessi mal-Ftehim L-Annessi ma’ dan il-Ftehim ser jifformaw parti integrali tiegħu. Artikolu 8Reviżjoni jew emendi Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku. Artikolu 9Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja 1. Dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu tlestew. 2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu biex japplikaw b’mod provviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel ġurnata tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet avżaw lil xulxin bit-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. 3. Ftehim u ftehim ieħor bejn l-Istati Membri u r-Repubblika taċ-Ċilì li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, ma kinux għadhom daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness 1(b). Dan il-Ftehim ser japplika għal kull tali Ftehim u arranġamenti mad-dħul fis-seħħ tagħhom jew ma’ l-applikazzjoni provviżorja tagħhom. Artikolu 10 Tmiem 1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1 jintemm, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim mniżżel fl-Anness 1 konċernat ser jintemmu fl-istess ħin. 2. Fil-każ li l-ftehim kollu mniżżel fl-Anness 1 jintemm, dan il-Ftehim ser jintemm fl-istess ħin. B'XIEHDA TA’ DAN, il-firmatarji t’hawn taħt, bl-awtorizzazzjoni meħtieġa, iffirmaw dan il-Ftehim. Magħmul fi [….] b’żewġ kopji, f’din […] ġurnata ta’ […, …] fil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża. F’każ ta’ diverġenzi t-test Ingliż ser jipprevali fuq it-testi bil-lingwi l-oħra. Ladarba l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea ikunu marbuta li jippubblikaw l-atti uffiċjali kollha bil-Malti fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, il-ftehim ikun ukoll miktub b’żewġ kopji bil-Malti. GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA:…………………GĦAR-REPUBBLIKA TAĊ-ĊILÌ: ANNESS 1 Lista tal-ftehim imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim (a) Ftehim tas-servizzi ta’ l-ajru bejn ir-Repubblika taċ-Ċilì u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament - Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċilì u l-Gvern tar-Renju tal-Belġju, iffirmat fi Brussell fit-13 ta’ Settembru 2001, minn hawn ‘il quddiem “Ftehim Ċilì-Belġju”; - Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u il-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċilì, iffirmat fi Kopenħagen fis-27 ta’ Ġunju 2001, minn hawn ‘il quddiem “Ftehim Danimarka-Ċilì”; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċilì u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Franza, dwar servizzi ta’ l-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat f’Pariġi fis-6 ta’ Diċembru 1979, minn hawn ‘il quddiem “Ftehim Ċilì-Franza”; - Ftehim tat-Trasport ta’ l-Ajru bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika taċ-Ċilì , iffirmat f’Santiago taċ-Ċilì fit-30 ta’ Marzu 1964, kif emendat, minn hawn ‘il quddiem “Ftehim Ċilì-Ġermanja”; - Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċilì u l-Gvern tar-Repubblika Taljana, iffirmat f’Ruma fis-27 ta’ Frar 2002, minn hawn ‘il quddiem “Ftehim Ċilì-Italja”; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Gran-Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċilì dwar servizzi ta’ l-ajru bejn it-territorji rispettivi tagħhom, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Frar 2002, minn hawn ‘il quddiem “Ftehim Ċilì-Lussemburgu”; - Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn ir-Renju ta’ l-Olanda u r-Repubblika taċ-Ċilì , iffirmat fi Santiago taċ-Ċilì fit-13 ta’ Lulju 1962, minn hawn ‘il quddiem “Ftehim Ċilì-Olanda”; - Abbozz ta’ Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn ir-Repubblika ta’ Ċilì u r-Renju ta’ l-Olanda għal servizzi ta’ l-ajru bejn it-territorji rispettivi tagħhom, immarkat bl-inizjali u mehmuż bħala Anness B għall-Minuti Miftiehma tal-Laqgħa Konsultattiva Aeronawtika bejn l-Olanda u ċ-Ċilì ffirmat f’Santiago taċ-Ċilì fit-12 ta’ April 2001, minn hawn ‘l quddiem “Abbozz Rivedut tal-Ftehim Ċilì-Olanda”; - Ftehim bejn il-Gvern taċ-Ċilì u l-Gvern ta’ Spanja dwar servizzi tat-trasport ta’ l-ajru kummerċjali, iffirmat f’Santiago taċ-Ċilì fis-17 ta’ Diċembru 1974, minn hawn ‘il quddiem “Ftehim Ċilì-Spanja”; - Ftehim tas-Servizzi ta’ l-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċilì u l-Gvern tar-Renju ta’ l-Isvezja, iffirmat f’Kopenħagen fis-27 ta’ Ġunju 2001, minn hawn ‘il quddiem “Ftehim Ċilì-Svezja”; - Ftehim bejn ir-Repubblika taċ-Ċilì u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar servizzi ta’ l-ajru, iffirmat f’Santiago taċ-Ċilì fis-16 ta’ Settembru 1947, minn hawn ‘il quddiem “Ftehim Ċilì-UK”; - Abbozz ta’ Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċilì dwar servizzi ta’ l-ajru, immarkat bl-inizjali u mehmuż bħala Anness B mal-Memorandum ta’ Qbil bejn l-awtoritajiet ta’ aeronawtika tar-Renju Unit u ċ-Ċilì ffirmat f’Santiago taċ-Ċilì fil-31 ta’ Mejju 2000, minn hawn ‘l quddiem “Abbozz Rivedut tal-Ftehim Ċilì-UK” (b) Ftehim tas-servizzi ta’ l-ajru u arranġamenti oħra immarkati bl-inizjali jew iffirmati bejn ir-Repubblika taċ-Ċilì u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data tal-firma ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma’ daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament [ANNESS 1b tħalla vojt intenzjonalment .] ANNESS 2 Lista ta’ l-artikoli fil-ftehim elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim (a) Ħatra minn Stat Membru: - Artikolu 3 tal-Ftehim Ċilì-Belġju; - Artikolu 3 tal-Ftehim Ċilì-Danimarka; - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċilì-Franza; - Artikolu 3 tal-Ftehim Ċilì-Ġermanja; - Artikolu 3 tal-Ftehim Ċilì-Italja; - Artikolu 3 tal-Ftehim Ċilì-Lussemburgu; - Artikolu 3 ta’ l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Ċilì-Olanda; - Artikolu 3 tal-Ftehim Ċilì-Spanja; - Artikolu 3 tal-Ftehim Ċilì-Svezja; - Artikolu 4 ta’ l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Ċilì-UK; (b) Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta’ l-Awtorizzazzjonijiet jew Permessi: - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċilì-Belġju; - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċilì-Danimarka; - Artikolu 5 tal-Ftehim Ċilì-Franza; - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċilì-Ġermanja; - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċilì-Italja; - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċilì-Lussemburgu; - Artikolu V tal-Ftehim Ċilì-Olanda; - Artikolu 4 ta’ l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Ċilì-Olanda; - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċilì-Spanja; - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċilì-Svezja; - Artikolu 4 tal-Ftehim Ċilì-UK; - Artikolu 5 ta’ l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Ċilì-UK (c) Kontroll regolatorju: - Artikolu 6 tal-Ftehim Ċilì-Belġju; - Artikolu 14 tal-Ftehim Ċilì-Danimarka; - Dokument Mehmuż C mal-Protokoll bejn l-awtoritajiet aeronawtiċi tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika taċ-Ċilì, iffirmat f’Berlin fit-2 ta’ April 1998 – kif applikat provviżorjament fil-qafas tal-Ftehim Ġermanja-Ċilì; - Artikolu 6 tal-Ftehim Ċilì-Italja; - Artikolu 6 tal-Ftehim Ċilì-Lussemburgu; - Artikolu 6 ta’ l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Ċilì-Olanda; - Artikolu 14 tal-Ftehim Ċilì-Svezja; - Artikolu 14 ta’ l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Ċilì-UK; (d) Tassazzjoni tal-Kombustibbli għall-Avjazzjoni: - Artikolu 9 tal-Ftehim Ċilì-Belġju; - Artikolu 6 tal-Ftehim Ċilì-Danimarka; - Artikolu 10 tal-Ftehim Ċilì-Franza; - Artikolu 6 tal-Ftehim Ċilì-Ġermanja; - Artikolu 9 tal-Ftehim Ċilì-Italja; - Artikolu 15 tal-Ftehim Ċilì-Lussemburgu; - Artikolu III tal-Ftehim Ċilì-Olanda; - Artikolu 15 ta’ l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Ċilì-Olanda; - Artikolu 5 tal-Ftehim Ċilì-Spanja; - Artikolu 6 tal-Ftehim Ċilì-Svezja; - Artikolu 8 ta’ l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Ċilì-UK (e) Tariffi għall-Ġarr fil-Komunità Ewropea: - Artikolu 12 tal-Ftehim Ċilì-Belġju; - Artikolu 10 tal-Ftehim Ċilì-Danimarka; - Artikolu 9 tal-Ftehim Ċilì-Franza; - Artikolu 8 tal-Ftehim Ċilì-Ġermanja; - Artikolu 12 tal-Ftehim Ċilì-Italja; - Artikolu 14 tal-Ftehim Ċilì-Lussemburgu; - Artikolu 14 ta’ l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Ċilì-Olanda; - Artikolu 8 tal-Ftehim Ċilì-Spanja; - Artikolu 10 tal-Ftehim Ċilì-Svezja; - Artikolu 9 tal-Ftehim Ċilì-UK; - Artikolu 7 ta’ l-Abbozz Rivedut tal-Ftehim Ċilì-UK ANNESS 3 Lista ta’ stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim Ir-Repubblika ta’ l-Islanda (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); Ir-Renju tan-Norveġja (taħt il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea); Il-Konfederazzjoni Svizzera (taħt il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport ta’ l-Ajru). [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 11323/03 tal-5 ta’ Ġunju 2003 (dokument riservat) [2] ĠU C [...], [...], p. [...]. [3] ĠU C [...], [...], p. [...]. [4] ĠU C [...], [...], p. [...]. [5] ĠU C [...], [...], p. [...].