This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document d5a28cfc-a6a1-11ef-85f0-01aa75ed71a1
Decision (EU) 2016/948 of the European Central Bank of 1 June 2016 on the implementation of the corporate sector purchase programme (ECB/2016/16)
Consolidated text: Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16)
Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16)
02016D0016 — MT — 05.11.2024 — 006.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI (UE) 2016/948 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16) (ĠU L 157 15.6.2016, p. 28) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI (UE) 2017/103 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-11 ta' Jannar 2017 |
L 16 |
57 |
20.1.2017 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2017/1359 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-18 ta' Mejju 2017 |
L 190 |
20 |
21.7.2017 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2020/441 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-24 ta’ Marzu 2020 |
L 91 |
5 |
25.3.2020 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2022/1613 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tad-9 ta’ Settembru 2022 |
L 241 |
13 |
19.9.2022 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2024/190 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-15 ta’ Diċembru 2023 |
L 190 |
1 |
5.1.2024 |
|
DEĊIŻJONI (UE) 2024/2818 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-24 ta’ Ottubru 2024 |
L 2818 |
1 |
31.10.2024 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/948 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-1 ta' Ġunju 2016
dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16)
Artikolu 1
Stabbiliment u kamp ta' applikazzjoni tax-xiri b'mod definittiv ta' bonds korporattivi
Is-CSPP qiegħed jiġi stabbilit bil-preżenti. Taħt is-CSPP, banek ċentrali speċifikati tal-Eurosistema jistgħu jixtru bonds korporattivi eliġibbli mingħand kontropartijiet eliġibbli fis-swieq primarji u sekondarji, waqt li bonds korporattivi tas-settur pubbliku, kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1), jistgħu jinxtraw biss fis-swieq sekondarji, taħt kundizzjonijiet speċifiċi.
Artikolu 2
Kriterji ta' eliġibbiltà għal bonds korporattivi
Sabiex ikunu eliġibbli għal xiri taħt is-CSPP, it-titoli ta' dejn negozjabbli għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà għal assi negozjabbli għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema skont il-Parti 4 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) ( 1 ) u r-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin.
L-emittent tal-istrument ta' dejn negozjabbli:
huwa inkorporat fi Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;
mhuwiex istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinita fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);
m'għandux impriża parent kif iddefinita fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) li hija wkoll istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinita fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);
m'għandux impriża parent li hija soġġetta għal superviżjoni bankarja barra miż-żona tal-euro;
mhuwiex entità taħt superviżjoni kif iddefinita fil-punt (20) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) ( 3 ) jew membru ta' grupp taħt superviżjoni kif iddefinit fis-subpunt (b) tal-punt (21) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17), f'kull każ, kif jinsab fil-lista ppubblikata mill-BĊE fuq il-websajt tiegħu skont l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17), u mhuwiex kumpanija sussidjarja, kif iddefinita fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ta' kwalunkwe waħda minn dawk l-entitajiet taħt superviżjoni jew gruppi taħt superviżjoni;
mhuwiex ditta ta' investiment kif iddefinita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
ma jkunx ħareġ titolu ggarantit b'assi skont it-tifsira tal-punt (3) tal-Artikolu 2 tal-linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);
ma jkunx ħareġ multi cédula fi ħdan it-tifsira tal-punt (62) tal-Artikolu 2 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);
ma jkunx ħareġ bond kopert strutturat fi ħdan it-tifsira tal-punt (88) tal-Artikolu 2 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);
mhijiex entità, kemm jekk tkun proprjetà pubblika jew privata, li: (i) ikollha bħala l-iskop ewlieni tagħha l-iżvestiment gradwali tal-assi tagħha u l-waqfien tan-negozju tagħha; jew (ii) tkun entità għall-ġestjoni jew l-iżvestiment ta' assi stabbilita biex tappoġġa ristrutturar u/jew riżoluzzjoni tas-settur finanzjarju ( 5 ), inklużi vetturi tal-ġestjoni tal-assi li jirriżultaw minn azzjoni ta' riżoluzzjoni fil-forma tal-applikazzjoni ta' għodda għas-separazzjoni tal-assi skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) jew leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ); u
▼M2 —————
mhuwiex emittent eliġibbli għall-PSPP.
Jekk strument ta' dejn negozjabbli għandu maturità inizjali ta' 365/366 jum jew inqas, il-maturità rimanenti minima għandha tkun ta’ 28 jum fiż-żmien meta jinxtara mill-bank ċentrali relevanti tal-Eurosistema;
Jekk strument ta' dejn negozjabbli għandu maturità inizjali ta’ 367 jum jew iktar, il-maturità rimanenti minima għandha tkun ta' 30 sena u 364 jum fiż-żmien meta jinxtara mill-“bank” ċentrali relevanti tal-Eurosistema.
B'devjazzjoni mill-Artikolu 59(5) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-istrument ta' dejn negozjabbli, għandha titqies biss informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-kreditu li tkun ipprovduta minn istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu li tkun aċċettata fi ħdan il-qafas ta' valutazzjoni tal-kreditu tal-Eurosistema.
L-istrument ta' dejn negozjabbli huwa ddenominat f'euro.
Huma permessi xirjiet ta' bonds korporattivi nominali b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) ugwali għal jew 'il fuq mir-rata tal-faċilità ta' depożitu. Huma permessi sal-grad meħtieġ xirjiet ta' bonds korporattivi nominali b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) taħt ir-rata tal-faċilità ta' depożitu.
Artikolu 3
Limitazzjonijiet fuq l-eżekuzzjoni ta' xiri ta' bonds korporattivi tas-settur pubbliku
Artikolu 4
Limiti tax-xiri
Limitu aktar baxx tal-ħruġ ta' ishma jista' japplika f'każijiet speċifiċi, inkluż għal bonds korporattivi tas-settur pubbliku jew għal raġunijiet tal-ġestjoni tar-riskju. Bonds korporattivi tas-settur pubbliku għandhom jiġu indirizzati b'mod konsistenti mat-trattament tagħhom taħt il-PSPP.
Artikolu 4a
Inkorporazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima fl-allokazzjoni tal-parametru referenzjarju
Artikolu 5
Banek ċentrali tal- Eurosistema li jixtru
Il-banek ċentrali tal-Eurosistema li jixtru bonds korporattivi taħt is-CSPP għandhom ikunu speċifikati f'lista ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE. L-Eurosistema għandha tapplika skema ta' speċjalizzazzjoni għall-allokazzjoni ta' bonds korporattivi li għandhom jinxtraw taħt is-CSPP li tkun ibbażata fuq il-pajjiż ta' inkorporazzjoni tal-emittent. Il-Kunsill Governattiv għandu jippermetti devjazzjonijiet ad hoc mill-iskema ta' speċjalizzazzjoni jekk ikun hemm konsiderazzjonijiet oġġettivi li jostakolaw l-implimentazzjoni tal-iskema jew jekk dawk id-devjazzjonijiet ikunu rakkomandazzjoni sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika monetarja ġenerali tas-CSPP. B'mod partikolari, kull bank ċentrali speċifikat tal-Eurosistema għandu jixtri biss bonds korporattivi eliġibbli maħruġa minn emittenti inkorporati fi Stati Membri speċifikati fi ħdan iż-żona tal-euro. L-allokazzjoni ġeografika tal-pajjiżi ta' inkorporazzjoni tal-emittenti ta' bonds korporattivi eliġibbli b'rabta mal-banek ċentrali speċifikati tal-Eurosistema għandha tiġi stipulata f'lista ppubblikata fuq il-websajt tal-BĊE.
Artikolu 6
Kontropartijiet eliġibbli
Dawn li ġejjin għandhom ikunu kontrpartijiet eliġibbli għas-CSPP, kemm għal tranżazzjonijiet definittivi kif ukoll għal tranportaazzjonijiet ta’ self ta’ titoli li jinvolvu bonds iggarantiti miżmuma fil-portafolli CSPP tal-Eurosistema:
entitajiet li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà biex jipparteċipaw f’operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema skont l-Artikolu 55 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);
kwalunkwe kontropartijiet oħra li jintużaw mill-banek ċentrali tal-Eurosistema għall-investiment tal-portafolli ta’ investiment tagħhom iddenominati f’euro; u
l-emittenti ta’ bonds korporattivi miżmumin fil-portafolli tas-CSPP tal-Eurosistema, iżda biss fil-każ ta’:
riakkwist tal-bond korporattiv rilevanti minn dak l-emittent skont xiri lura, jew
l-eżerċizzju minn bank ċentrali tal-Eurosistema ta’ opzjoni put taħt il-bond korporattiv rilevanti li huwa strutturat bħala tranżazzjoni ta’ bejgħ u riakkwist.
Artikolu 7
Tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli
Il-banek ċentrali tal-Eurosistema li jixtru bonds korporattivi taħt is-CSPP għandhom jagħmlu disponibbli għas-self titoli li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu għal titoli mixtrijin taħt is-CSPP, inklużi repos, sabiex tiġi żgurata l-effettività tas-CSPP.
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet finali
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Ġunju 2016.
ANNESS
METODOLOĠIJA TA’ PUNTEĠĠ KLIMATIKU U APPROĊĊ TA’ XAQLIB
1. METODOLOĠIJA TA’ PUNTEĠĠ KLIMATIKU
Għal kull emittent, jiġi kkomputat punteġġ biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni klimatika tiegħu (il-“punteġġ klimatiku”) abbażi ta’ tliet metriċi: il-metrika tad-divulgazzjoni, il-metrika li tħares lura u l-metrika li tħares ’il quddiem, f’konformità ma’ formula ddeterminata mill-Kunsill Governattiv. Il-punteġġ klimatiku jvarja minn minimu ta’ żero għal massimu ta’ ħamsa u jiffoka fuq ir-riskji finanzjarji relatati mal-klima stmati abbażi ta’ (a) il-kwalità tad-divulgazzjonijiet tal-emittent, (b) l-intensitajiet ( 9 ) tal-emissjonijiet reċenti tal-emittenti u (c) il-miri tal-emittent relatati mal-klima. Aktar ma jkun għoli l-punteġġ, aktar tkun tajba l-prestazzjoni klimatika vvalutata.
1.1. Il-metrika tad-divulgazzjoni
Il-metrika tad-divulgazzjoni tivvaluta l-kwalità tad-divulgazzjonijiet mill-emittenti fir-rigward tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-kamp ta’ applikazzjoni 1 u tal-kamp ta’ applikazzjoni 2 tagħhom kif imsemmi fil-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra ( 10 ), skont formula ddeterminata mill-Kunsill Governattiv. Il-metrika tad-divulgazzjoni tippremja lill-emittenti b’divulgazzjonijiet ta’ kwalità għolja. L-emittenti jirċievu punteġġ aħjar taħt din il-metrika meta d-divulgazzjonijiet tagħhom ikunu ġew soġġetti għal verifika minn parti terza. L-emittenti jirċievu l-ifqar punteġġ jekk ma jkollhom l-ebda data dwar l-emissjonijiet awtorapportata.
1.2. Il-metrika li tħares lura
Il-metrika li tħares lura tivvaluta l-livell tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-passat tal-emittenti kemm f’termini tal-livell ta’ intensità tal-emissjonijiet kif ukoll tar-rata ta’ dekarbonizzazzjoni. Din il-metrika tqis l-intensitajiet tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-kamp ta’ applikazzjoni 1 u tal-kamp ta’ applikazzjoni 2 tal-emittenti u l-medji tas-setturi tal-intensitajiet tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-kamp ta’ applikazzjoni 3. Dan jikkombina l-aħjar klassi ma’ approċċ tal-aħjar fl-univers, f’konformità ma’ metodoloġija ddeterminata mill-Kunsill Governattiv. L-approċċ tal-aħjar klassi jqabbel il-kumpaniji mal-pari tagħhom f’setturi speċifiċi tal-industrija. L-aħjar approċċ univers iqabbel il-kumpaniji fl-univers korporattiv kollu kemm fir-rigward tal-intensitajiet tal-emissjonijiet fil-punt fiż-żmien tagħhom, kif ukoll fir-rigward tar-rata ta’ dekarbonizzazzjoni.
1.3. Il-metrika li tħares ’il quddiem
Il-metrika li tħares ’il quddiem tivvaluta l-evoluzzjoni mistennija tal-intensitajiet tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-emittenti. Il-fatturi li jwasslu għal punteġġ ogħla taħt din il-metrika jinkludu l-livell ta’ ambizzjoni u l-kredibbiltà tal-miri ddikjarati tal-emittenti għat-tnaqqis tal-intensità tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (b’mod partikolari jekk il-mira tkun ibbażata fuq ix-xjenza u tkun ġiet ivvalidata minn parti terza), u aderenza osservata għall-miri ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet tal-gass serra tagħħhom stess, kif ivvalutati skont metodoloġija ddeterminata mill-Kunsill Governattiv.
2. APPROĊĊ TA’ XAQLIB
Ix-xiri ta’ bonds korporattivi huwa mxaqleb lejn emittenti b’punteġġi klimatiċi ogħla f’konformità ma’ formula ddeterminata mill-Kunsill Governattiv. Xaqlib ifisser li s-sehem ponderat tal-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-assi fil-parametru referenzjarju li jiggwida x-xiri tas-settur korporattiv tal-Eurosistema se jiżdied għall-emittenti b’punteġġ klimatiku aħjar meta mqabbel ma’ dawk l-emittenti b’punteġġi klimatiċi aktar foqra. Il-parametru referenzjarju mxaqleb huwa inkorporat f’limiti tal-grupp ta’ emittenti biex jiġi żgurat li x-xiri jkun iggwidat mill-parametru referenzjarju mxaqleb.
( 1 ) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( 3 ) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Regolament dwar il-Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
( 4 ) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
( 5 ) Lista ta' ġestjoni tal-assi u entitajiet ta' żvestiment relevanti għas-CSPP hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu
( 6 ) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).
( 7 ) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).
( 8 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet previsti fl-Artikoli 104 u 104 B(1) tat-Trattat (ĠU L 332, 31.12.1993, p. 1).
( 9 ) L-intensità tal-emissjonijiet għal emittent hija ddefinita bħala l-emissjonijiet GHG tal-emittent (f’tCO2) diviż bid-dħul tal-emittent (f’miljuni ta’ EUR).
( 10 ) Il-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra jiddistingwi bejn l-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra ta’ kumpaniji minn sorsi proprjetà jew ikkontrollati (kamp ta’ applikazzjoni 1); l-emissjonijiet indiretti minn elettriku, fwar, tisħin jew tkessiħ mixtrija jew akkwistati (kamp ta’ applikazzjoni 2) u l-emissjonijiet indiretti l-oħra kollha, inkluż b’mod partikolari dawk li jseħħu tul il-katina tal-valur korporattiva, jew upstream jew downstream (kamp ta’ applikazzjoni 3); ara s-sit web tal-Protokoll dwar il-Gassijiet Serra fuq ghgprotocol.org.