Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOC_2015_304_R_0001

    Nota lill-qarrejja

    ĠU C 304, 15.9.2015, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 304/1


    NOTA LILL-QARREJJA

    (2015/C 304/01)

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jagħti lill-Qorti tal-Awdituri r-responsabbiltà li tawditja d-dħul u l-infiq kollu tal-Unjoni, u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 319 tat-Trattat imsemmi dwar l-għoti tal-kwittanza, il-Qorti tal-Awdituri kellha l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tagħha awditjati minn awditur estern kull sena mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987 'il hawn.

    Ir-rapporti li l-awditur estern tal-Qorti tal-Awdituri fassal fir-rigward tal-kontijiet tal-Qorti għas-snin finanzjarji 1987 sa 1991 intbagħtu biss lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.

    Skont deċiżjoni li ttieħdet mill-Membri tal-Qorti tal-Awdituri fil-laqgħa tal-Qorti tat-8 ta’ Lulju 1993, minn dakinhar 'il hawn ir-rapporti tal-awditur estern ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn l-ewwel rapport kien dak dwar is-sena finanzjarja 1992.

    Għall-Qorti tal-Awdituri

    Eduardo RUIZ GARCÍA

    Segretarju Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri


    Top