Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2024P0003

    Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Héraðsdómur Reykjavíkur bid-data tad-19 ta’ Frar 2024 fil-każ ta’ Margrét Rósa Kristjánsdóttir vs l-Istat tal-Islanda (Kawża E-3/24)

    ĠU C, C/2024/3939, 20.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3939/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3939/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje C


    C/2024/3939

    20.6.2024

    Talba għal Opinjoni Konsultattiva mill-Qorti tal-EFTA minn Héraðsdómur Reykjavíkur bid-data tad-19 ta’ Frar 2024 fil-każ ta’ Margrét Rósa Kristjánsdóttir vs l-Istat tal-Islanda

    (Kawża E-3/24)

    (C/2024/3939)

    Saret talba lill-Qorti tal-EFTA, datata d-19 ta’ Frar 2024, minn Héraðsdómur Reykjavíkur (il-Qorti Distrettwali ta’ Reykjavik), li waslet fir-Reġistru tal-Qorti fl-20 ta’ Frar 2024, għal Opinjoni Konsultattiva fil-kawża Margrét Rósa Kristjánsdóttir vs l-Istat tal-Iżlanda, dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:

    1.   

    Il-membri tal-bord ta’ entità ġuridika li topera fl-interess pubbliku jistgħu jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “ħaddiem” fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, sabiex jiġi ddeterminat in-numru ta’ ħaddiema meqjusa bħala impjegati minn tali entità ġuridika, għall-finijiet tal-kalkolu tal-minimu għat-tkeċċija kollettiva (10 % jew 30 ħaddiem), kif indikat fil-punt (i)(a) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva?

    2.   

    L-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/59/KE, rigward li l-Istati taż-ŻEE għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tal-ħaddiema u/jew tal-ħaddiema nfushom jista’ jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom proċeduri amministrattivi u/jew ġudizzjarji sabiex jiżguraw li l-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva jiġu ssodisfati, jinvolvi rekwiżiti oħra jew aktar minn dawk li l-Istati taż-ŻEE jippreskrivu b’mod ġenerali għar-responsabbiltà għad-danni li jirriżultaw minn ksur tar-regoli inerenti fid-Direttiva?


    ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3939/oj

    ISSN 1977-0987 (electronic edition)


    Top