Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2022J0001

    Sentenza tal-Qorti tal-24 ta’ Jannar 2023 fil-Kawża E-1/22 G. Modiano Limited u Standard Wool (UK) Limited vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA (Għajnuna mill-Istat - Skema Norveġiża ta’ Sussidju għas-Suf - Azzjoni għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA - Ċaħda ta’ lment - Deċiżjoni meħuda fi tmiem l-istadju ta’ eżami preliminari - Stqarrija tar-raġunijiet - Nuqqas ta’ tibdil sostanzjali tal-għajnuna eżistenti) 2023/C 158/04

    ĠU C 158, 4.5.2023, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 158/9


    SENTENZA TAL-QORTI

    tal-24 ta’ Jannar 2023

    fil-Kawża E-1/22

    G. Modiano Limited u Standard Wool (UK) Limited vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

    (Għajnuna mill-Istat - Skema Norveġiża ta’ Sussidju għas-Suf - Azzjoni għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA - Ċaħda ta’ lment - Deċiżjoni meħuda fi tmiem l-istadju ta’ eżami preliminari - Stqarrija tar-raġunijiet - Nuqqas ta’ tibdil sostanzjali tal-għajnuna eżistenti)

    (2023/C 158/04)

    Fil-Kawża E-1/22, G. Modiano Limited u Standard Wool (UK) Limited vs l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA - RIKORS li jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fil-Kawża Nru 84045 tad-9 ta’ Novembru 2021, is-Sistema Norveġiża tas-Sussidji tas-Suf, il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President (Imħallef Relatur), Bernd Hammermann u Ola Mestad (ad hoc), Imħallfin, tat sentenza fl-24 ta’ Jannar 2023, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

    Il-Qorti b’dan:

    1.

    Tiċħad l-azzjoni fl-intier tagħha;

    2.

    Tordna li G. Modiano Limited u Standard Wool (UK) Limited għandhom iġorru l-ispejjeż tagħhom u jħallsu in solidum l-ispejjeż imġarrba mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.


    Top