This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2022C0331(03)
State aid – Decision to raise no objections 2022/C 143/07
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni 2022/C 143/07
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni 2022/C 143/07
ĠU C 143, 31.3.2022, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/10 |
Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni
(2022/C 143/07)
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:
Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni |
l-14 ta’ Diċembru 2021 |
Każ Nru |
87845 |
Deċiżjoni Nru |
290/21/COL |
Stat tal-EFTA |
In-Norveġja |
Titlu (u/jew isem il-benefiċjarju) |
COVID-19 - Estensjoni u emendi għall-iskema umbrella Norveġiża għall-appoġġ ta’ likwidità għall-impriżi fil-muniċipalitajiet milquta mill-pandemija tal-COVID-19 |
Bażi ġuridika |
Il-proposta tal-baġit tal-Gvern, Prop. 79 S (2020–2021) approvati fit-23 ta’ Frar 2021 It-termini u l-kundizzjonijiet għall-miżura huma deskritti fl-ittri ta’ assenjazzjoni lill-muniċipalitajiet, maħruġa mill-Ministeru tal-Gvern Lokali u l-Modernizzazzjoni. Il-Kapitolu 6 tar-Regolament dwar il-ġestjoni ekonomika għall-awtoritajiet nazzjonali sanzjonati b’digriet Irjali mit-12 ta’ Diċembru 2003 huwa rilevanti |
Tip ta’ miżura |
Skema |
Objettiv |
Li jiġi żgurat aċċess għal-likwidità għall-impriżi li jiffaċċjaw nuqqas/indisponibbiltà f’daqqa ta’ likwidità minħabba l-impatt fuq l-ekonomija tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri lokali jew nazzjonali ta’ kontroll tal-infezzjonijiet li jirriżultaw |
Forma tal-għajnuna |
Għotjiet diretti |
Baġit |
Il-baġit massimu stmat huwa ta’ NOK 4.55 biljun |
Intensità |
Il-miżura tipprovdi lill-muniċipalitajiet/kontej reġjonali kollha b’qafas li fih jistgħu jgħinu impriżi lokali li jesperjenzaw kostijiet jew telf akbar. Il-ħtieġa għall-fondi tista’ għalhekk tvarja |
Tul ta’ żmien |
Sat-30 ta’ Ġunju 2022 |
Setturi ekonomiċi |
Is-setturi jew l-impriżi jistgħu jvarjaw taħt l-iskemi muniċipali/tal-kontea differenti. Il-miżura ma tapplikax għal impriżi li huma kompletament iffinanzjati minn awtoritajiet pubbliċi u madankollu mhijiex miftuħa għas-settur finanzjarju |
Isem u indirizz tal-awtorità awtorizzanti |
Il-Ministeru tal-Gvern Lokali u l-Modernizzazzjoni huwa l-awtorità responsabbli għall-miżura u għad-definizzjoni tal-qafas li fih il-muniċipalitajiet u l-kontej reġjonali jistgħu jadattaw u jagħtu prijorità lill-iskemi lokali |
Informazzjoni oħra |
|
It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/