This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document E2017P0007
Action brought on 21 September 2017 by the EFTA Surveillance Authority against Iceland (Case E-7/17)
Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Settembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (il-Kawża E-7/17)
Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Settembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda (il-Kawża E-7/17)
ĠU C 386, 16.11.2017, p. 10–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 386/10 |
Azzjoni mressqa fil-21 ta’ Settembru 2017 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Iżlanda
(il-Kawża E-7/17)
(2017/C 386/08)
Fil-21 ta’ Settembru 2017 tressaq każ quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Iżlanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Carsten Zatschler, Catherine Howdle, u Ingibjörg Ólöf Vilhjálmsdóttir, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, 1040 Brussell, il-Belġju.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:
1. |
Tiddikjara li l-Iżlanda naqset milli tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tagħmel l-Att imsemmi fil-punt 6f tal-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE (id-Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibbiltà fis-suq ta’ reċipjenti sempliċi taħt pressjoni), kif adottat permezz tal-Protokoll 1 tal-Ftehim taż-ŻEE, parti mill-ordni legali interna tiegħu, u, f’kull każ, naqset milli tinnotifika lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bil-miżuri li adottat sabiex timplimenta l-Att, kif meħtieġ mill-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
2. |
Tordna lill-Iżlanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti. |
Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet miġjuba bħala sostenn:
— |
L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Iżlanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mit-8 ta’ Frar 2017, ma’ opinjoni motivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-8 ta’ Diċembru 2016 dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu d-Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni, kif imsemmija fil-punt 6f tal-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattata għal dan il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tagħha (“l-Att”). |
— |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tissottometti li l-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt. |