Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2017J0004

    Sentenza tal-Qorti tal-21 ta’ Marzu 2018 fil-Kawża E-4/17 — L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs. Ir-Renju tan-Norveġja (Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — id-Direttiva 2004/18/KE — Akkwist pubbliku — Kuntratt pubbliku — Konċessjoni ta’ xogħlijiet pubbliċi)

    ĠU C 264, 26.7.2018, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 264/16


    SENTENZA TAL-QORTI

    tal-21 ta’ Marzu 2018

    fil-Kawża E-4/17

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs. Ir-Renju tan-Norveġja

    (Nuqqas minn Stat tal-EFTA li jissodisfa l-obbligi tiegħu — id-Direttiva 2004/18/KE — Akkwist pubbliku — Kuntratt pubbliku — Konċessjoni ta’ xogħlijiet pubbliċi)

    (2018/C 264/10)

    Fil-Kawża E-4/17, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA vs Ir-Renju tan-Norveġja — RIKORS għal dikjarazzjoni li billi kklassifika ħażin kuntratt pubbliku, li għandu bħala suġġett il-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta’ parkeġġ taħt l-art taħt Torvet f’Kristiansand, bħala “konċessjoni ta’ servizz” u mhux bħala “konċessjoni ta’ xogħlijiet”, u billi wettaq proċedura ta’ akkwist li mhijiex f’konformità mar-rekwiżiti tar-regoli taż-ŻEE dwar l-akkwist pubbliku, ir-Renju tan-Norveġja kiser id-dispożizzjonijiet ta l-Att imsemmi fil-punt 2 tal-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi) flimkien mal-Att imsemmi fil-punt 6a tal-Anness XVI tal-Ftehim (ir-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV)), il-Qorti, magħmula minn Páll Hreinsson, President u Imħallef-Rapporteur, Per Christiansen u Nicole Kaiser (ad hoc), Imħallfin, tat is-sentenza fit-21 ta’ Marzu 2018, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

    Il-Qorti b’dan:

    1.

    Tiddikjara li r-Renju tan-Norveġja, fir-rigward ta’ proċedura ta’ akkwist imwettqa mill-Muniċipalità ta’ Kristiansand fl-2015 għall-bini u t-tħaddim ta’ parkeġġ taħt l-art taħt Torvet f’Kristiansand, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, imsemmija fil-punt 2 tal-Anness XVI tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, billi naqas milli:

    (i)

    jippubblika avviż ta’ kuntratt madwar iż-ŻEE kollha f’konformità mar-rekwiżiti legali stipulati fl-Artikolu 58(3) tad-Direttiva;

    (ii)

    jużu ġabra sħiħa u biżżejjed preċiża tal-kodiċijiet CPV, bi ksur tal-Artikolu 58(2) tad-Direttiva, flimkien mal-Artikolu 1(14) tad-Direttiva u tar-Regolament (KE) Nru 2195/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV), kif imsemmi fil-punt 6a tal-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE; kif ukoll

    (iii)

    milli jirrispetta l-limitu ta’ żmien minimu għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet fi proċedura ta’ għotja, kif preskritt mill-Artikolu 59 tad-Direttiva.

    2.

    Tordna lir-Renju tan-Norveġja li jħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


    Top