Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2016J0012

    Sentenza tal-Qorti tas-27 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża E-12/16 — Marine Harvest ASA appoġġata mill-Federazzjoni tal-Industriji Norveġjani (Norsk Industri) v l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA appoġġata mir-Renju tan-Norveġja (Azzjoni għal annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA — Għajnuna mill-Istat — Ħut u prodotti marittimi oħrajn — Ambitu materjali tal-Ftehim ŻEE — Protokoll 9 — Kompetenza ta’ Sorveljanza)

    ĠU C 119, 5.4.2018, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 119/9


    SENTENZA TAL-QORTI

    tas-27 ta’ Novembru 2017

    fil-Kawża E-12/16

    Marine Harvest ASA appoġġata mill-Federazzjoni tal-Industriji Norveġjani (Norsk Industri) v l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA appoġġata mir-Renju tan-Norveġja

    (Azzjoni għal annullament ta’ deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA — Għajnuna mill-Istat — Ħut u prodotti marittimi oħrajn — Ambitu materjali tal-Ftehim ŻEE — Protokoll 9 — Kompetenza ta’ Sorveljanza)

    (2018/C 119/10)

    Fil-Kawża E-12/16, Marine Harvest ASA appoġġjata mill-Federazzjoni ta’ Industriji Norveġjani (Norsk Industri) v l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA appoġġjata mir-Renju tan-Norveġja — RIKORS għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tas-27 ta’ Lulju 2016 fil-Kawża tal-ASE Nru 79116, u għal dikjarazzjoni li l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA għandha l-kompetenza u l-obbligu li titwettaq sorveljanza tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tas-sajd, il-Qorti, magħmula minn Carl Baudenbacher, il-President, Per Christiansen (ir-Relatur tal-Imħallef), u Páll Hreinsson, Mħallfin, qatgħu sentenza fis-27 ta’ Novembru 2017, li l-parti operattiva tagħha hija:

    Il-Qorti b’dan:

    1.

    Tiċħad ir-rikors bħala infondat.

    2.

    Tordna lil Marine Harvest ASA biex iġġarrab l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż imġarrbin mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.

    3.

    Tordna lill-intervjenenti biex iġarrbu l-ispejjeż tagħhom.


    Top