Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2014C0170

    Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 170/14/COL tal- 24 ta' April 2014 dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Islandiża 2014-2020 (L-Islanda)

    ĠU L 201, 10.7.2014, p. 33–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/170/oj

    10.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 201/33


    DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

    Nru 170/14/COL

    tal-24 ta' April 2014

    dwar il-mappa tal-għajnuna reġjonali Islandiża 2014-2020 (L-Islanda)

    L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“L-AWTORITÀ”),

    Wara li kkunsidrat:

    Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), b'mod partikolari għall-Artikoli minn 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

    Il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari għall-Artikolu 24 tiegħu,

    Billi:

    1.   Proċedura

    (1)

    Permezz ta' ittra tal-4 ta' April 2014 l-awtoritajiet Islandiżi nnotifikaw il-mappa tal-għajnuna reġjonali tagħhom applikabbli mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 (“il-mappa tal-għajnuna reġjonali”) b'segwitu għall-paragrafu 156 tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (“RAG”) (1). Dawn il-linji gwida jeħtieġu li l-Istati tal-EFTA li għandhom l-intenzjoni li jagħtu għajnuna reġjonali jinnotifikaw il-mapep tal-għajnuna reġjonali.

    (2)

    Din id-deċiżjoni tirrappreżenta l-valutazzjoni tal-Awtorità tal-kompatibbiltà tal-mappa notifikata mal-RAG skont il-paragrafu 157 ta' dawn il-linji gwida. Il-mappa nnifisha ma tinvolvi l-ebda għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE. L-approvazzjoni tal-mappa mill-Awtorità ma tikkostitwixxix awtorizzazzjoni biex tingħata ebda għajnuna. L-awtorizzazzjoni tal-mappa tistabbilixxi, flimkien mal-RAG, il-qafas għall-għoti ta' għajnuna għall-investiment reġjonali. F'dan ir-rigward il-mappa tikkostitwixxi parti integrali tal-RAG (2).

    2.   Reġjuni eliġibbli skont it-test tad-densità tal-popolazzjoni

    2.1.   Il-kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali u reġjuni Statistiċi fl-Islanda

    (3)

    Kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali ta' reġjuni megħjuna fl-Istati tal-EFTA ġiet stabbilita fl-RAG. Il-kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali għall-Islanda għall-2014-2020 hija 36,5 % (3).

    (4)

    L-Islanda hija maqsuma f'żewġ reġjuni Statistiċi (4) fil-livell 3:

    ir-Reġjun kapitali (Höfuðborgarsvæðið), u

    l-Islanda 'l barra mir-reġjun Kapitali (Landsbyggð).

    2.2.   Il-mappa notifikata

    (5)

    Minħabba l-PDG per capita relattivament għoli, l-ebda reġjun Islandiż ma jikkwalifika għad-deroga skont l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim taż-ŻEE (5).

    (6)

    L-awtoritajiet Islandiżi nnotifikaw l-Islanda 'l barra mir-reġjun Kapitali li tikkwalifika għad-deroga skont l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE, ibbażata fuq densità baxxa tal-popolazzjoni (6).

    (7)

    L-awtoritajiet Islandiżi ssottomettew mappa li tistabbilixxi ż-żoni magħżula (stabbiliti bħala Anness I għal din id-Deċiżjoni). Iż-żona magħżula, l-Islanda 'l barra mir-reġjun Kapitali, tkopri erja ta' art ta' 99 258 km2.

    (8)

    L-Islanda 'l barra mir-reġjun Kapitali hija reġjun Statistiku fil-livell 3 b'inqas minn 12,5 abitant għal kull km2. Għalhekk, iż-żona magħżula tikkwalifika bħala żona skarsament popolata (7).

    (9)

    Il-popolazzjoni totali tal-Islanda fl-1 ta' Jannar 2014 ammontat għal 325 671 abitant u l-popolazzjoni totali taż-żona koperta mill-mappa tal-għajnuna reġjonali notifikata hija, skont l-iktar dejta riċenti ppubblikata mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, 116 919 abitant. (8) Konsegwentement, il-popolazzjoni koperta mill-mappa tal-għajnuna reġjonali notifikata hija 35,9 % tal-popolazzjoni Islandiża. Din hija inqas mill-kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali stabbilita għall-Islanda fil-RAG (36,5 %) (9).

    2.3.   Ħarsa ġenerali ta' muniċipalitajiet koperti mill-mappa ta' għajnuna reġjonali kif notifikat

    (10)

    In-numru ta' muniċipalitajiet koperti mill-mappa tal-għajnuna reġjonali notifikata huwa 67.

    Muniċipalitajiet

    Kodiċi muniċipali

    Reykjanesbær

    2000

    Grindavíkurbær

    2300

    Sandgerðisbær

    2503

    Sveitarfélagið Garður

    2504

    Sveitarfélagið Vogar

    2506

    Akraneskaupstaður

    3000

    Skorradalshreppur

    3506

    Hvalfjarðarsveit

    3511

    Borgarbyggð

    3609

    Grundarfjarðarbær

    3709

    Helgafellssveit

    3710

    Stykkishólmsbær

    3711

    Eyja- og Miklaholtshreppur

    3713

    Snæfellsbær

    3714

    Dalabyggð

    3811

    Bolungarvíkurkaupstaður

    4100

    Ísafjarðarbær

    4200

    Reykhólahreppur

    4502

    Tálknafjarðarhreppur

    4604

    Vesturbyggð

    4607

    Súðavíkurhreppur

    4803

    Árneshreppur

    4901

    Kaldrananeshreppur

    4902

    Strandabyggð

    4911

    Sveitarfélagið Skagafjörður

    5200

    Húnaþing vestra

    5508

    Blönduósbær

    5604

    Sveitarfélagið Skagaströnd

    5609

    Skagabyggð

    5611

    Húnavatnshreppur

    5612

    Akrahreppur

    5706

    Akureyrarkaupstaður

    6000

    Norðurþing

    6100

    Fjallabyggð

    6250

    Dalvíkurbyggð

    6400

    Eyjafjarðarsveit

    6513

    Hörgársveit

    6515

    Svalbarðsstrandarhreppur

    6601

    Grýtubakkahreppur

    6602

    Skútustaðahreppur

    6607

    Tjörneshreppur

    6611

    Þingeyjarsveit

    6612

    Svalbarðshreppur

    6706

    Langanesbyggð

    6709

    Seyðisfjarðarkaupstaður

    7000

    Fjarðabyggð

    7300

    Vopnafjarðarhreppur

    7502

    Fljótsdalshreppur

    7505

    Borgarfjarðarhreppur

    7509

    Breiðdalshreppur

    7613

    Djúpavogshreppur

    7617

    Fljótsdalshérað

    7620

    Sveitarfélagið Hornafjörður

    7708

    Vestmannaeyjabær

    8000

    Sveitarfélagið Árborg

    8200

    Mýrdalshreppur

    8508

    Skaftárhreppur

    8509

    Ásahreppur

    8610

    Rangárþing eystra

    8613

    Rangárþing ytra

    8614

    Hrunamannahreppur

    8710

    Hveragerðisbær

    8716

    Sveitarfélagið Ölfus

    8717

    Grímsnes- og Grafningshreppur

    8719

    Skeiða- og Gnúpverjahreppur

    8720

    Bláskógabyggð

    8721

    Flóahreppur

    8722

    (11)

    It-tabella ta' hawn taħt tipprovdi ħarsa ġenerali tal-muniċipalitajiet kollha, flimkien ma' kodiċijiet muniċipali (10), inklużi fil-mappa tal-għajnuna reġjonali.

    3.   Intensitajiet tal-għajnuna

    (12)

    Iż-żona eliġibbli jkollha livell massimu ta' għajnuna ġenerali ta' 15 % ekwivalenti tal-għotja gross (EGħG). Dan jiġi ssupplimentat b'żieda ta' 20 % għal intrapriżi żgħar jew 10 % għal intrapriżi ta' daqs medju. Dawn l-intensitajiet tal-għajnuna jikkonformaw mal-limiti stipulati fil-paragrafi 154 u 155 tal-RAG.

    4.   Tul ta' żmien u rieżami

    (13)

    F'konformità mal-paragrafu 156 tal-RAG, il-mappa notifikata se tkun fis-seħħ mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020. Jekk meħtieġ, kif stipulat fil-paragrafu 161 tal-RAG, il-mappa notifikata tista' tkun soġġetta għal rieżami ta' nofs it-term f'Ġunju 2016 biex jiġu identifikati żoni possibbli li jistgħu jkunu eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim taż-ŻEE u l-livell tal-intensità tal-għajnuna li jikkorrispondi mal-PDG tagħhom per capita.

    (14)

    Barra minn hekk, din id-deċiżjoni ma tillimitax is-setgħat tal-Awtorità biex tirrieżamina l-mappa skont l-Artikolu 1(1) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, jekk ikun neċessarju, qabel it-tmiem tal-perjodu msemmi hawn fuq.

    5.   Konklużjoni — il-mappa tal-għajnuna reġjonali hija kompatibbli mal-RAG

    (15)

    Abbażi tal-evalwazzjoni ta' hawn fuq, l-Awtorità tqis li l-mappa tal-għajnuna reġjonali Islandiża għall-2014-2020 hija kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fil-RAG peress li ż-żona koperta ma taqbiżx il-kopertura tal-popolazzjoni eliġibbli kif stabbilit fil-paragrafu 142 tal-RAG.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-mappa tal-għajnuna reġjonali Islandiża 2014-2020 hija kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fil-RAG. Il-mappa, stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni, b'dan tikkostitwixxi parti integrali tal-RAG.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Islanda.

    Artikolu 3

    L-unika verżjoni awtentika ta' din id-Deċiżjoni hija dik bil-lingwa Ingliża.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2014.

    Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

    Oda Helen SLETNES

    Il-President

    Frank BÜCHEL

    Membru tal-Kulleġġ


    (1)  Adottata mid-Deċiżjoni Nru 407/13/COL tat-23 ta' Ottubru 2013.

    (2)  Il-paragrafu 157 tal-RAG.

    (3)  Il-paragrafu 142 tal-RAG. Skont il-paragrafu 140 tal-RAG, il-popolazzjoni taż-żona megħjuna hija inqas minn dik ta' żoni mhux megħjuna.

    (4)  Il-paragrafu 142 tal-RAG.

    (5)  Il-paragrafu 142(a) u 143-144 tal-RAG.

    (6)  Il-paragrafi 148 u 149 tal-RAG.

    (7)  Il-paragrafu 149 tal-RAG.

    (8)  Informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Islandiżi, tinsab fuq http://www.hagstofa.is/?PageID=2593&src=https://rannsokn.hagstofa.is/pxis/Dialog/varval.asp?ma=MAN02005%26ti=Mannfj%F6ldi+eftir+kyni%2C+aldri+og+sveitarf%E9l%F6gum+1998%2D2013+%2D+Sveitarf%E9lagaskipan+1%2E+jan%FAar+2014%26path=../Database/mannfjoldi/sveitarfelog/%26lang=3%26units=Fjöldi

    (9)  Il-paragrafu 142 tal-RAG.

    (10)  Ara l-mappa fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.


    ANNESS

    Image

    Top