Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2010J0018

    Sentenza tal-Qorti tat- 28 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża E-18/10 – L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v ir-Renju tan-Norveġja (Nuqqas ta' konformità ma' sentenza tal-Qorti li tiddikjara nuqqas ta' rispett ta' obbligi – l-Artikolu 33 SCA – Il-miżuri meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' sentenza tal-Qorti)

    ĠU C 336, 17.11.2011, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 336/19


    SENTENZA TAL-QORTI

    tat-28 ta’ Ġunju 2011

    fil-Kawża E-18/10

    L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v ir-Renju tan-Norveġja

    (Nuqqas ta' konformità ma' sentenza tal-Qorti li tiddikjara nuqqas ta' rispett ta' obbligi – l-Artikolu 33 SCA – Il-miżuri meħtieġa biex ikun hemm konformità ma' sentenza tal-Qorti)

    2011/C 336/13

    Fil-kawża E-18/10 l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA v ir-Renju tan-Norveġja – APPLIKAZZJONI għal dikjarazzjoni li billi naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-EFTA fil-Kawża E-2/07 L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA v ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jirrispetta l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 33 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti magħmula minn Carl Baudenbacher, President, Thorgeir Örlygsson u Per Christiansen (Imħallef għal opinjoni), kollha mħallfin, tat sentenza fit-28 ta' Ġunju 2011 u l-parti dispożittiva tagħha tgħid hekk:

    Il-Qorti b’dan:

    (1)

    Tiddikjara li billi naqas milli jieħu l-miżuri neċessarji biex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-EFTA fil-Kawża E-2/07 l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA v ir-Renju tan-Norveġja, ir-Renju tan-Norveġja naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 33 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja.

    (2)

    Tordna lir-Renju tan-Norveġja biex iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.


    Top