EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document E2008J0002

Sentenza tal-Qorti tad- 29 ta' Ottubru 2008 Fil-Kawża E-2/08 L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA vs. L-Iżlanda (Nuqqas minn Parti Kontraenti li twettaq l-obbligi tagħha – Direttiva 2004/26/KE li jirrigwardjaw il-miżuri kontra l-emissjoni [ta'] pollutanti gassużi u partikolati mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom ikunu mmuntati f'makkinarju ambulanti li mhux tat-triq)

ĠU C 99, 30.4.2009, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/9


SENTENZA TAL-QORTI

tad-29 ta' Ottubru 2008

Fil-Kawża E-2/08

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA vs. L-Iżlanda

(Nuqqas minn Parti Kontraenti li twettaq l-obbligi tagħha – Direttiva 2004/26/KE li jirrigwardjaw il-miżuri kontra l-emissjoni [ta'] pollutanti gassużi u partikolati mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom ikunu mmuntati f'makkinarju ambulanti li mhux tat-triq)

2009/C 99/07

Fil-kawża E-2/08, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA vs L-Iżlanda – RIKORS għal – RIKORS għal dikjarazzjoni li, billi naqset li tadotta, jew tinnotifika l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi implimentat l-Att imsemmi fil-punt 1a tal-Kapitlu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri d-Direttiva 2004/26/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li temenda d-Direttiva 97/68/KE, kif adattata għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tagħha, fit-terminu preskritt, ir-Repubblika tal-Iżlanda naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont Artikolu 3 ta' dak l-Att u l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Qorti magħmula minn: Carl Baudenbacher, President, Henrik Bull, Imħallef-Relatur, u Thorgeir Örlygsson, Imħallef, tat sentenza fl-29 ta’ Ottubru 2008, li d-dispożittiv tagħha huwa kif ġej:

(1)

Tiddikjara li, billi naqset li tadotta, fit-terminu preskritt, il-miżuri neċessarji biex jiġi implimentat l-Att imsemmi fil-punt 1a tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim taż-ŻEE, jiġifieri d-Direttiva 2004/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li temenda d-Direttiva 97/68/KE dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet tal-Istati Membri li jirrigwardjaw il-miżuri kontra l-emissjoni [ta'] pollutanti gassużi u partikolati mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom ikunu mmuntati f'makkinarju ambulanti li mhux tat-triq, kif adattata għall-Ftehim taż-ŻEE permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, fit-terminu preskritt, ir-Repubblika tal-Iżlanda naqset li twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3 ta’ dak l-Att u taħt l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Tordna lir-Repubblika tal-Iżlanda tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.


Top