Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2022/484/12

    Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni 2022/C 484/12

    PUB/2022/1412

    ĠU C 484, 20.12.2022, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 484/30


    Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

    (2022/C 484/12)

    Image 1

    Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall

    Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-żewġ euro, iżda n-naħa nazzjonali tagħhom fiha disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f’termini nazzjonali jew Ewropej.

    Il-pajjiż emittenti: Il-Portugall

    Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-mitt anniversarju tal-qsim tal-Oċean Atlantiku tan-Nofsinhar bl-ajru, li sar fl-1922 minn Gago Coutinho u Sacadura Cabral

    Id-deskrizzjoni tad-disinn: Dan il-qsim inkiseb bl-użu ta’ mezzi interni ta’ navigazzjoni biss: sestant modifikat u korrettur tar-rotta. Id-disinn juri x-xbiha ta’ wieħed mit-tliet Fairey IIIs b’żewġt iġwienaħ li ntużaw biex issir it-titjira bejn Lisbona u Rio de Janeiro. L-iskrizzjoni fit-tarf taqra “TRAVESSIA DO ATLÂNTICO SUL” (bil-Malta - IL-QSIM TAL-OĊEAN ATLANTIKU TAN-NOFSINHAR). Taħt l-ajurplan, l-iskrizzjoni “PORTUGAL 1922-2022”. Il-Marka taz-Zekka hija “CASA DA MOEDA”, l-isem Portugiż taz-Zekka.

    Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

    L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 1 000 000

    Id-data tal-ħruġ: F’Marzu 2022


    (1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

    (2)  Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


    Top