Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/194/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.8526 — CPPIB/BTPS/Milton Park) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 194, 17.6.2017, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/51


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8526 — CPPIB/BTPS/Milton Park)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 194/12)

1.

Fit-12 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-Canada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada) u l-British Telecom Pension Scheme (“BTPS”, ir-Renju Unit) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-business park ta’ Milton Park (“Milton Park”, ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CPPIB: investiment tal-fondi tal-Canada Pension Plan u li huwa bbażat f’Toronto. CPPIB prinċipalment jinvestu fil-proprjetà immobbli, l-ekwitajiet pubbliċi, l-ekwitajiet privati, l-infrastruttura u fi strumenti b’introjtu fiss;

BTPS: skema tal-pensjonijiet tax-xogħol stabbilita għall-benefiċċju tal-impjegati tal-BT Group plc. L-attivitajiet ta’ BTPS jinkludu investiment fil-proprjetà immobbli u l-grupp usa tagħha huwa attiv fl-investiment tal-bonds u l-ekwità, kemm fir-Renju Unit u kemm barra l-pajjiż;

Milton Park, li tinsab f’Didcot, Oxfordshire, tikkonsisti f’żona ta’ proprjetà immobbli li testendi sa 302 acres. Hemm 92 binja b’250 okkupant, li jimpjegaw aktar minn 9 000 persuna. Milton Park bħalissa hija proprjetà tal-BTPS.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8526 — CPPIB/BTPS/Milton Park, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top