This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2017/069/08
Prior notification of a concentration (Case M.8398 — OTPP/OGF Group) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8398 — OTPP/OGF Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8398 — OTPP/OGF Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 69, 4.3.2017, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8398 — OTPP/OGF Group)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 69/08)
1. |
Fl-24 ta’ Frar 2017, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-impriża PHM Holco S.à.r.l., kollha kemm hi, ultimament il-kumpanija azzjonarja ta’ OGF u s-sussidjarji tagħha)flimkien l-“OGF Group” jew il-“Mira”, Franza) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal OTPP: tamministra l-benefiċċji tal-pensjoni u tinvesti f’assi tal-pjani tal-pensjonijiet f’isem għalliema attivi u rtirati fil-Provinċja Kanadiża ta’ Ontario; OTPP jikkontrolla wkoll il-Westerleigh Group, żvilippatur u operatur ta’ krematorji u ċimiterji fir-Renju Unit; — għall-OGF Group: attiv fis-settur Franċiż tas-servizzi tal-funerali, li jipprovdi (i) servizzi ta’ bbalzmar, dfin u kremazzjoni, (ii) twiebet, monumenti u oġġetti oħra (bħall-fjuri), (iii) ġestjoni tal-krematorju, (iv) kuntratti ta’ assigurazzjoni qabel il-bżonn u (v) provvista ta’ twiebet permezz taż-żewġ siti tagħha ta’ manifattura tat-twiebet. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8398 — OTPP/OGF Group, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.