EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/105/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7853 — CMA CGM/Bolloré/Kribi JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 105, 19.3.2016, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 105/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7853 — CMA CGM/Bolloré/Kribi JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 105/09)

1.

Fl-14 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha CMA CGM S.A. (Franza) u Bolloré S.A. (Franza), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ terminal tal-kontejners fil-Port ta’ Kribi, il-Kamerun, permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (joint venture ta' Kribi, “Kribi JV”).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CMA CGM: CMA CGM hija attiva fit-tbaħħir bil-kontejners u l-ġestjoni ta' terminals tal-port. CMA CGM hija t-tielet l-akbar kumpanija tat-trasport tal-kontejners u toffri firxa sħiħa ta’ attivitajiet, inklużi attivitajiet ta’ tbaħħir, trasport refriġerati (jiġifieri t-trasport ta’ prodotti mkessħin), faċilitajiet ta’ maniġġar fil-portijiet, kif ukoll trasport u loġistika tal-merkanzija fuq l-art,

—   għal Bolloré: Bolloré huwa grupp ta’ investiment u azzjonarju attiv fis-servizzi tat-trasport u tal-loġistika, fil-manifattura ta’ pellikoli tal-plastik, terminals tal-magni għall-biljetti, batteriji u vetturi li jaħdmu l-elettriku, distribuzzjoni tal-karburant, komunikazzjoni u midja, inkluż ir-reklamar u l-pjantaġġuni,

—   għal Kribi JV: Kribi JV se tkun attiva fl-iżvilupp u l-operazzjoni ta’ terminal ġdid tal-kontejners fil-port fond ta' Kribi (il-Kamerun).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għal trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jkun innotat li dan il-każ li jiġi kkunsidrat għal proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7853 — CMA CGM/Bolloré/Kribi JV, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top