Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/411/07

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7819 — Freudenberg/Toray/JVC) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 411, 11.12.2015, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 411/10


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7819 — Freudenberg/Toray/JVC)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2015/C 411/07)

    1.

    Fl-4 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Freudenberg & Co. KG (“Freudenberg”, il-Ġermanja) u Toray Industries, Inc. (“Toray”, il-Ġappun) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Japan Vilene Company Ltd (“JVC”, il-Ġappun) permezz ta’ offerta pubblika u xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Freudenberg hija attiva madwar id-dinja kollha fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ washers, komponenti ta’ teknoloġija ta’ kontroll tal-vibrazzjoni, filters, prodotti mhux minsuġa, release agents, lubrikanti ta’ speċjalità kif ukoll prodotti tal-mekatronika.

    Toray hija l-kumpanija prinċipali ta’ Toray Group, li tipproduċi u tbigħ fibri u tessuti, plastiks u kimiċi, prodotti relatati mal-IT, materjali kompożiti tal-fibra tal-karbonju u prodotti u servizzi li jappartjenu għall-qasam tax-xjenzi tal-ħajja, l-ambjent u l-inġinerija.

    JVC tipproduċi u tbigħ materjali mhux minsuġa għal applikazzjonijiet differenti, bħall-ilbies, matejrali tal-mediċina u tal-konsumatur, materjali industrijali, materjali elettriċi, materjali tal-filtru u tal-karozzi.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 (2) tal-Kunsill, ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7819 — Freudenberg/Toray/JVC fl-indirizz li ġej:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussels

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top