This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2015/397/06
Prior notification of a concentration (Case M.7872 — Novartis/GSK (Ofatumumab Autoimmune Indications)) (Text with EEA relevance)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7872 — Novartis/GSK (Ofatumumab Autoimmune Indications)) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7872 — Novartis/GSK (Ofatumumab Autoimmune Indications)) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 397, 28.11.2015, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 397/20 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7872 — Novartis/GSK (Ofatumumab Autoimmune Indications))
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 397/06)
1. |
Fit-18 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Novartis AG (“Novartis”, l-Isvizzera) takkwista minn GlaxoSmithKline plc (“GSK”, ir-Renju Unit), skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklussiv tad-drittijiet fuq l-indikazzjonijiet awtoimmuni fir-rigward tal-farmaċewtiku Ofatumumab, permezz ta’ xiri ta’ assi. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7872 — Novartis/GSK (Ofatumumab Autoimmune Indications), fl-indirizz li jmiss:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).