This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2015/223/07
Prior notification of a concentration (Case M.7606 — Grupo Antolín/Magna Interiors) (Text with EEA relevance)
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7606 — Grupo Antolín/Magna Interiors) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7606 — Grupo Antolín/Magna Interiors) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU C 223, 8.7.2015, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 223/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7606 — Grupo Antolín/Magna Interiors)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 223/07)
1. |
Fit-30 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Grupo Antolín-Irausa S.A. (“Grupo Antolín”, Spanja) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdieni fuq negozji identifikati ta’ Magna Interiors (“Magna Interiors”), unità operatorja li Magna International, Inc. hija l-proprjetarja tagħha kollha kemm hi (il-Kanada), permezz tax-xiri ta’ assi u ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Grupo Antolín: il-manifattura u l-forniment globali tal-komponenti ta’ ġewwa tal-karozzi, inklużi sistemi u komponenti tas-saqaf, bibien, seats, dwal u trimjatura. — għal Magna Interiors: il-manifattura u l-forniment globali ta’ komponenti ta’ ġewwa tal-l-karozzi, inklużi sistemi u komponenti tas-saqaf, sistemi ta’ sidewall u trimjatura, sistemi ta’ ġestjoni tal-merkanzija u s-sistemi tal-kabina tal-pilota. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7606 — Grupo Antolín/Magna Interiors, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1, (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).