Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/220/06

    Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7630 — FedEx / TNT Express) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU C 220, 4.7.2015, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 220/15


    Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.7630 — FedEx / TNT Express)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2015/C 220/06)

    1.

    Fis-26 ta' Ġunju 2015 il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża FedEx Corporation (“FedEx”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriża TNT Express NV kollha kemm hi (“TNT”, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta' offerta pubblika mħabbra fis-7 ta' April 2015.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    —   għal FedEx: servizzi ta' konsenja internazzjonali ta' pakketti żgħar, tat-trasport tal-merkanzija kif ukoll servizzi ta' transport tal-merkanzija permezz tan-netwerk globali integrat tagħha;

    —   għal TNT: servizzi ta' konsenja internazzjonali ta' pakketti żgħar u tat-trasport tal-merkanzija.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7645 — FedEx / TNT Express, fl-indirizz li ġej:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top