EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/214/06

Sejħa għal proposti skont il-programm ta’ ħidma pluriennali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea fi ħdan il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020 (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 1363)

ĠU C 214, 30.6.2015, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/10


Sejħa għal proposti skont il-programm ta’ ħidma pluriennali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea fi ħdan il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020

(Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 1363)

(2015/C 214/06)

Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija, qiegħda b’dan tniedi sejħa għal proposti sabiex jingħataw għotjiet f’konformità mal-prijoritajiet u l-għanijiet iddefiniti fil-programm ta’ ħidma pluriennali fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea fi ħdan il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020.

Qed jintlaqgħu proposti għal din is-sejħa:

CEF-Energy-2015-2

L-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula skont din is-sejħa għal proposti huwa ta’ EUR 550 miljun.

L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-proposti hija 30 ta’ Settembru 2015.

It-test komplut tas-sejħa għal proposti huwa disponibbli fuq:

https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-energy/apply-funding/cef-energy-second-call-proposals-2015


Top