EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/392/03

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7375 — UTC/CIAT) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 392, 7.11.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 392/3


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7375 — UTC/CIAT)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 392/03

1.

Fil-31 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u skont referenza għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża United Technologies Corporation (“UTC”, l-Istati Uniti) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża CIAT (Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal UTC: il-provvista ta' soluzzjonijiet ta' teknoloġija avvanzata għas-sistemi tal-kostuzzjoni u tal-industriji aereospazjali madwar id-dinja. L-unità operattiva ta' UTC, Carrier, timmanifattura u tiddistribwixxi sistemi ta' tisħin, ventilazzjoni u tal-arja kkundizzjonata (“HVAC”),

—   għal CIAT: il-manifattura u l-provvista ta' sistemi ta' HVAC.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.7375 — UTC/CIAT fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top