Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/328/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7342 — Alcoa/Firth Rixson) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 328, 20.9.2014, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/27


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7342 — Alcoa/Firth Rixson)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 328/07

1.

Fil-11 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Alcoa Inc. (“Alcoa”, l-Istati Uniti), fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, takkwista l-kontroll sħiħ ta’ Firth Rixson (ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Alcoa: inġinerija u l-manifattura ta’ metalli ħfief, inklużi prodotti tal-aluminju, it-titanju, in-nikel u l-kobalt, għall-użu fl-industrija tal-ajru u l-ispazju, il-vetturi bil-mutur, il-ġenerazzjoni tal-elettriku u applikazzjonijiet oħra;

—   għal Firth Rixson: il-manifattura ta’ prodotti tal-inġinerija, b’mod partikolari metalli ta’ speċjalità, ċrieki bla ġonot irrumblati u wweldjati bil-flash, diski, foroġ ta’ dada magħluqa u miftuħa, kif ukoll foroġ estrużi għall-użu fl-industrija tal-ajru u l-ispazju, il-ġenerazzjoni tal-elettriku, iż-żejt u l-gass u applikazzjonijiet oħra.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7342 — Alcoa/Firth Rixson, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top