This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2014/316/03
Prior notification of a concentration (Case M.7370 — INEOS / Styrolution) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7370 — INEOS / Styrolution) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7370 — INEOS / Styrolution) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU C 316, 16.9.2014, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 316/3 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7370 — INEOS / Styrolution)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 316/03
1. |
Fid-9 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża INEOS AG (“Ineos”, l-Isvizzera) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Styrolution Holding GmbH kollha kemm hi (“Styrolution”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta’ ishma. Styrolution bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn Ineos u BASF. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Ineos: il-manifattura ta’ petrokimiċi, kimiċi speċjalizzati u prodotti miż-żejt; — għal Styrolution: il-produzzjoni ta' monomer ta’ stiren, polistrein u akrilonitril-butadijen-stiren, flimkien ma' ċerti prodotti minuri relatati. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden partijiet terzi interessati biex jippreżentaw lilha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza Każ M.7370 — INEOS / Styrolution, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.