This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2013/353/06
Public call for applications for the appointment of judges to the European Civil Service Tribunal
Sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet għall-ħatra ta' mħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea
Sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet għall-ħatra ta' mħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea
ĠU C 353, 3.12.2013, p. 11–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 353/11 |
Sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet għall-ħatra ta' mħallfin fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea
2013/C 353/06
1. |
Il-Kunsill iddeċieda, permezz tad-Deċiżjoni 2004/752/KE, Euratom (1), li jistabbilixxi t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea. It-Tribunal, li jifforma parti mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, u li għandu s-sede tiegħu fil-Qorti Ġenerali, għandu ġurisdizzjoni ta’ Prim'Istanza f’tilwim bejn l-Unjoni u l-aġenti tagħha skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, inkluż tilwim bejn il-korpi jew l-aġenziji kollha u l-persunal tagħhom li fir-rigward tagħhom il-ġurisdizzjoni hija mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
2. |
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku huwa magħmul minn seba’ mħallfin, li minnhom jintgħażel il-president. Il-mandat tagħhom hu għal perijodu ta’ sitt snin li jista’ jiġġedded. L-imħallfin jinħatru mill-Kunsill li jaġixxi b'mod unanimu, wara konsultazzjoni ma' kumitat ta’ seba’ persuni magħżula minn fost ex-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u avukati ta’ kompetenza rikonoxxuta. Il-kumitat jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex iwettqu d-dmirijiet ta’ mħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Huwa jehmeż ma' din in-nota lista ta’ kandidati li għandhom l-esperjenza ta’ livell għoli l-aktar adattata. Il-lista tinkludi numru ta' persuni li huwa mill-inqas id-doppju ta’ kemm għandhom jinħatru mħallfin. |
3. |
L-Istatut u l-kondizzjonijiet ġenerali għat-twettiq tad-dmirijiet ta’ mħallef huma stabbiliti bl-Artikolu 5 tal-Anness I tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Ir-remunerazzjonijiet, il-pensjonijiet u l-allowances tagħhom huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 202/2005 tat-18 ta' Jannar 2005 li jemenda r-Regolament Nru 422/67/KEE, Nru 5/67/Euratom li jistabbilixxi l-emolumenti tal-President u l-Membri tal-Kummissjoni, tal-President, tal-Imħallfin, tal-Avukati Ġenerali u tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll tal-President, tal-Membri u tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim'Istanza (2). |
4. |
Billi ntemm il-mandat ta' żewġ imħallfin fit-30 ta' Settembru 2014, tnediet sejħa għall-applikazzjonijiet bil-ħsieb li jinħatru żewġ imħallfin ġodda għal perijodu ta' sitt snin mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Settembru 2020. |
5. |
Jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 257 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod konġunt mal-Artikolu 3 tal-Anness I tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li l-kandidati għall-ħatra ta’ mħallef jeħtieġ jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
Tinġibed l-attenzjoni tal-kandidati għall-fatt li minbarra dawk il-kondizzjonijiet minimi, il-kumitat imsemmi hawn fuq għandu jikkunsidra b’mod partikolari l-kapaċità tal-kandidati li jaħdmu fi ħdan struttura kolleġjali f’ambjent multinazzjonali u multilingwistiku, kif ukoll in-natura, l-importanza u t-tul ta’ żmien tal-esperjenza tagħhom adatta għall-qadi tad-dmirijiet li għandhom jitwettqu. |
6. |
L-applikazzjonijiet għandhom ikollhom mehmuża magħhom curriculum vitae u ittra ta' motivazzjoni, kif ukoll kopji tad-dokumenti ta’ appoġġ. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu esklussivament b’ittra reġistrata, sa mhux aktar tard mis-17 ta' Jannar 2014 (bit-timbru tal-posta kkunsidrat bħala prova). Sabiex ikun faċilitat l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, l-applikanti huma mitlubin jibagħtu l-curriculum vitae u l-ittra ta' motivazzjoni tagħhom bil-posta elettronika, preferibbilment fil-format Word (mingħajr ma jintuża l-format PDF) fl-indirizz li ġej: cdstfp@consilium.europa.eu Il-fatt li d-dokumenti jintbagħtu bil-posta elettronika ma jissostitwixxix l-ittra reġistrata u lanqas m'għandu impatt fuq l-ammissibbiltà tal-applikazzjonijiet. |
7. |
Protezzjoni tad-data personali – Informazzjoni għall-persuni kkonċernati – ipproċessar tal-proċeduri għall-ħatra tal-membri tat-Tribunal tas-servizz pubbliku. Tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati lejn l-informazzjoni li ġejja, mogħtija skont l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001:
|
(1) ĠU L 333, 9.11.2004, p. 7.