Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/151/11

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6692 – Circulo/Telefónica/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 151, 30.5.2013, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 151/21


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6692 – Circulo/Telefónica/JV)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2013/C 151/11

    1.

    Fit-22 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifikazzjoni ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artiklu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Telefónica Móviles España SAU (“TME”, Spanja), ikkontrollata minn Telefónica SA (“Telefónica”, Spanja), u Círculo de Lectores SA (Círculo, Spanja), ikkontrollata minn Bertelsmann SE & Co. KGaA (“Bertelsmann”, il-Ġermanja) u Planeta Corporation SRL (“Planeta”, Spanja), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Yadicán Plus SLU (“Yadicán”, Spanja) peremezz tax-xiri ta' ishma. Yadicán hi bħalissa kkontrollata kollha kemm hi minn Círculo.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    TME hija attiva fil-forniment ta’ servizzi informatiċi,

    Telefónica hija operatur integrat fis-settur tat-telekomunikazzjoni li jipprovdi soluzzjonijiet ta' komunikazzjoni, informazzjoni u divertiment fl-Ewropa u fl-Amerika Latina,

    Círculo hija impriża konġunta ta’ funzjonalità sħiħa 50/50 bejn Bertelsmann u Planeta li l-attività ewlenija tan-negozju tagħha tikkonsisti mill-operazzjoni ta’ klabb tal-kotba tal-lingwa Spanjola li jbigħ kotba u kotba elettroniċi, u, f'livell anqas, prodotti multimedjali oħra (bħal CDs, logħob u DVDs) lill-membri tiegħu,

    Bertelsmann hija kumpanija internazzjonali tal-midja attiva fi programmi għat-TV, pubblikazzjoni ta’ kotba, rivisti, ġestjoni ta’ drittijiet tal-mużika, u s-servizzi tal-midja f’iktar minn 50 pajjiż,

    Planeta hija attiva fis-setturi tal-midja, il-pubblikazzjoni u l-internet,

    Yadicán hija attiva fil-kummerċjalizzazzjoni ta' kotba elettroniċi bl-Ispanjol permezz tal-internet fi Spanja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6692 – Circulo/Telefónica/JV, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top