Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/143/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6844 – GE/Avio) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 143, 23.5.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6844 – GE/Avio)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 143/05

1.

Fit-13 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Aviation Business of Avio SpA (“Avio”, l-Italja) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal GE: kumpanija globali, b'manifattura, teknoloġija u servizzi diversifikati bi tmien unitajiet ta' negozju primarji (GE Energy Management, GE Power & Water, GE Oil & Gas, GE Healthcare, GE Aviation, GE Transportation, GE Capital, and GE Home & Business Solutions). GE Aviation, l-unità ta' negozju GE relevanti involuta fil-konċentrazzjoni proposta, timmanifattura magni ġett u komponenti għal skopijiet kummerċjali u militari, skrejjen turbo u turbo shafts, kif ukoll sistemi ta' avjoniċi u mekkaniċi għall-inġenji tal-ajru,

għal Avio: manifattur ajrospazjali globali u fornitur ta' servizzi attiva fl-oqsma ta' negozju li ġejjin: Moduli ta' magni ġett; Tiswija u Spezzjoni (Maintenance Repair and Overhaul – “MRO”); Sistemi ta' Kontroll u Awtomatizzazzjoni u Sistemi Elettriċi. L-operati u l-assi ta' Avio relatati man-Negozju tal-Ispazju mhumiex parti mit-tranżazzjoni proposta.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6844 – GE/Avio, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top