EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/132/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6862 – Vinci/Aeroportos de Portugal) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 132, 9.5.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6862 – Vinci/Aeroportos de Portugal)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 132/10

1.

Fit-2 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Vinci, Franza, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, takkwista l-kontroll sħiħ tal-impriża Aeroportos de Portugal (“ANA”), il-Portugall, permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal impriża Vinci: konċessjonijiet u infrastrutturi (primarjament awtostradi u parkeġġi; u ajruporti fi Franza u fil-Kambodja), inġinerija elettrika, inġinerija klimatika u inġinerija mekkanika; xogħol ta' bini u inġinerija ċivili; xogħlijiet fit-toroq,

għal impriża ANA: il-ġestjoni u l-operat tal-infrastrutturi ta' ajruport fil-Portugall.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6862 – Vinci/Aeroportos de Portugal, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top