EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/049/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6834 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Brookgate) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 49, 20.2.2013, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6834 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Brookgate)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/13

1.

Fit-13 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti) u TPG Lundy Co L.P. (“TPG Lundy”, il-Gżejjer Cayman) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt indirett ta' Brookgate Limited (“Brookgate”, ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Goldman Sachs: kumpanija globali ta' investiment li tipprovdi firxa wiesgħa ta' servizzi madwar id-dinja lil bażi diversifikata ta' klijenti li tinkludi korporazzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, gvernijiet u individwi b'livell għoli ta' assi netti,

għal TPG Lundy: hija membru ta' TPG Group, kumpanija globali ta' investiment privat li tmexxi familja ta' fondi, li jinvestu f’firxa ta' kumpaniji permezz ta' akkwisti u ristrutturar korporattiv,

għal Brookgate: żvilupp u investiment fil-proprjetà fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6834 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Brookgate, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top