This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2012/327/01
Consolidated version of the Treaty establishing the European Atomic Energy Community
Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika
Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika
ĠU C 327, 26.10.2012, p. 1–107
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 327/1 |
VERŻJONI KONSOLIDATA TAT-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA
2012/C 327/01
WERREJ
Preambolu
TITOLU I |
Kompiti tal-Komunità |
TITOLU II |
Dispożizzjonijiet maħsuba biex jinkuraġġixxu l-progress fil-qasam ta' l-energija nukleari |
KAPITOLU 1 |
ŻVILUPP TAR-RIĊERKA |
KAPITOLU 2 |
DISSEMINAZZJONI TA’ L-INFORMAZZJONI |
Sezzjoni 1 |
L-Informazzjoni għad-disposizzjoni tal-Komunità |
Sezzjoni 2 |
Informazzjoni oħra |
Sezzjoni 3 |
Disposizzjonijiet li jirrigwardjaw is-sigurtà |
Sezzjoni 4 |
Disposizzjonijiet speċjali |
KAPITOLU 3 |
PROTEZZJONI TAS-SAĦĦA |
KAPITOLU 4 |
INVESTIMENT |
KAPITOLU 5 |
INTRAPRIŻI KONĠUNTI |
KAPITOLU 6 |
FORNITURI |
Sezzjoni 1 |
L-Aġenzija |
Sezzjoni 2 |
Il-Minerali, il-Materji Primi u l-Materjali Speċjali Fissili li jkunu ġejjin minn ġewwa l-Komunità |
Sezzjoni 3 |
Il-Minerali, il-Materji Primi u l-Materjali Speċjali Fissili li jkunu ġejjin minn barra l-Komunità |
Sezzjoni 4 |
Il-Prezzijiet |
Sezzjoni 5 |
Disposizzjonijiet dwar il-Politika tal-Forniment |
Sezzjoni 6 |
Disposizzjonijiet speċjali |
KAPITOLU 7 |
KONTROLL TAS-SIGURTÀ |
KAPITOLU 8 |
IL-PROPRJETÀ |
KAPITOLU 9 |
IS-SUQ KOMUNI NUKLEARI |
KAPITOLU 10 |
RELAZZJONIJIET BARRANIN |
TITOLU III |
Disposizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji |
KAPITOLU 1 |
APPLIKAZZJONIJIET TA’ ĊERTI DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA U TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TA’ L-UNJONI EWROPEA |
KAPITOLU 2 |
L-ISTITUZZJONIJIET TAL-KOMUNITÀ |
Sezzjoni 1 |
Il-Parlament Ewropew |
Sezzjoni 2 |
Il-Kunsill |
Sezzjoni 3 |
Il-Kummissjoni |
Sezzjoni 4 |
Il-qorti tal-ġustizzja ta’ l-unjoni ewropea |
Sezzjoni 5 |
Il-Qorti ta’ l-Awdituri |
KAPITOLU 3 |
DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI GĦAL DIVERSI ISTITUZZJONIJIET |
KAPITOLU 4 |
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI |
TITOLU IV |
Disposizzjonijiet finanzjarji partikolari |
TITOLU V |
Disposizzjonijiet ġenerali |
TITOLU VI |
Dispożizzjonijiet relattivi għall-perijodu inizjali (Mħassar) |
Disposizzjonijiet finali
ANNESSI
ANNESS I |
L-OQSMA TAR-RIĊERKA TA’ L-ENERĠIJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4 TAT-TRATTAT |
ANNESS II |
L-OQSMA TA’ L-INDUSTRIJA LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 41 TAT-TRATTAT |
ANNESS III |
IL-VANTAĠĠI LI JISTGĦU JINGĦATAW LILL-INRAPRIŻI KONĠUNTI SKOND L-ARTIKOLU 48 TAT-TRATTAT |
ANNESS IV |
IL-LISTI TA’ L-OĠĠETTI U PRODOTTI LI JIDĦLU FID-DISPOSIZZJONIJIET TAL-KAPITOLU 9 LI JIRRIGWARDAW IS-SUQ NUKLEARI KOMUNI |
ANNESS V |
IL-PROGRAMM TA’ RIĊERKA INIZJALI U TA' TAGĦLIM LI HEMM REFERENZA GĦALIH FL-ARTIKOLU 215 TAT-TRATTAT (MĦASSAR) |
PROTOKOLLI
Protokoll dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea
Protokoll dwar l-istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea
Protokoll dwar il-lokalità tas-sede ta' l-istituzzjonijiet u ta’ ċerti organi, korpi u dipartimenti ta' l-Unjoni Ewropea
Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea
Protokoll dwar l-Artikolu 40.3.3 tal-Kostituzzjoni ta' l-Irlanda
Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji
PREAMBOLU
IL-MAESTÀ TIEGĦU IR-RE TAL-BELĠJANI, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI ĠERMANIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA, L-ALTEZZA RJALI TAGĦHA IL-GRAN DUKESSA TAL-LUSSEMBURGU, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA’ L-OLANDA (1),
KONXJI li l-enerġija nukleari tikkostitwixxi riżorsa essenzjali biex tkun assigurata l-espansjoni u t-tisħiħ ta’ produzzjoni u biex jitwettaq ix-xogħol tal-paċi,
KONVINTI li jkun biss sforz komuni w immedjat li jista’ jwassal għal twettiq proporzjonat mal-kapaċitajiet kreattivi tal-pajjiżi tagħhom,
RIŻOLUTI li joħolqu l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp ta’ industrija nukleari b’saħħitha li tkun tista tipprovdi fornimenti estensivi ta’ enerġija, li jwasslu għall-moderni zzazzjoni ta’ proċessi tekniċi u li addizzjonalment ikollhom ħafna applikazzjonijiet oħra li jikkontribwixxu għall-benessri tal-popli tagħhom,
ANZJUŻI li jistabilixxu kundizzjonijiet ta’ sigurtà li jeliminaw il-periklu għall-ħajja u s-saħħa tal-poplu,
MIXTIEQA li jassoċjaw pajjiżi oħra magħhom fl-isforzi tagħhom li jikkooperaw ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali li huma nkarigati bl-iżvilupp paċifiku tal-enerġija atomika,
(il-lista tal-plenipotenzjarji mhix riprodotta)
TITOLU I
KOMPITI TAL-KOMUNITÀ
Artikolu 1
B’dan it-Trattat preżenti, il-PARTIJIET GĦOLJIN KONTRAENTI iwaqqfu bejniethom KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA (EURATOM).
Għandu jkun il-kompitu tal-Komunità li tikkontribwixxi ħalli jogħla il-livell ta’ l-għixien fl-Istati Membri u għall-iżvilupp ta’ l-iskambju kummerċjali ma’ pajjiżi oħra bil-ħolqien ta’ kondizzjonijiet meħtieġa għall-istabbiliment ta’ malajr u t-tkabbir ta’ l-industriji nukleari.
Artikolu 2
Sabiex twettaq il-kompiti tagħha, il-Komunità għandha, bi qbil mad-disposizzjonijiet stabbiliti f’dan it-Trattat:
(a) |
tiżviluppa r-riċerka u tassigura it-tixrid tat-tagħrif tekniku; |
(b) |
tistabbilixxi, u tassigura l-applikazzjoni ta’ normi uniformi ta’ sigurtà biex tħares is-saħħa tal-ħaddiem u l-pubbliku in ġenerali; |
(c) |
tiffaċilta l-investiment u tassigura, partikolarment billi tinkoraġixxi l-impriża kummerċjali, il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet bażiċi meħtieġa għall-iżvilupp ta’ l-enerġija nukleari fil-Komunità; |
(d) |
tassigura d-distribuzzjoni regolari u ġusta ta’ karburanti nukleari lill-utenti kollha fil-Komunità; |
(e) |
tiggarantixxi, b’miżuri xierqa ta’ kontroll, li l-materjali nukleari ma jkunux żvijati għall-iskopijiet diversi minn dawk li għalihom ikunu intenzjonati; |
(f) |
teżerċita d-drittijiet ta’ proprjetà mogħtija lilha f’dak li għandu x’jaqsam ma’ materjali fissili; |
(g) |
tassigura swieq estensivi u aċċess għall-aħjar mezzi tekniċi bil-ħolqien ta’ suq komuni għal materjali u apparati speċjaliżżati, bil-moviment liberu ta’ kapital għall-investiment nukleari, u għall- libertà ta’ l-impjieg għal speċjalisti fil-Komunità; |
(h) |
tistabilixxi ma’ pajjiżi oħra u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kull kuntatt li aktarx li jinkoraġġixxi l-progress fl-użu paċifiku ta’ l enerġija nukleari. |
Artikolu 3
(Mħassar)
TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET MAĦSUBA BIEX JINKURAĠĠIXXU L-PROGRESS FIL-QASAM TA' L-ENERGIJA NUKLEARI
KAPITOLU 1
Żvilupp tar-riċerka
Artikolu 4
1. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-inkoraġġiment u l-faċilitazzjoni tar-riċerka nukleari fl-Istati Membri u għall-integrazzjoni ta’ dan billi twettaq il-programm ta’ riċerka u tagħlim tal-Komunità.
2. Il-Kummissjoni għandha, għall-iskopijiet t’hawn fuq, taġixxi fil-qasam definit bil-lista stabbilita fl-Anness I ta’ dan it-Trattat.
Din il-lista tista’ tkun emendata mill-Kunsill, li jaġixxi b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni. Din ta’ l-aħħar għandha tikkonsulta mal-Kumitat Xjentifiku w Tekniku imwaqqaf permezz ta’ l-Artikolu 134.
Artikolu 5
Sabiex tinkoraġixxi l-koordinament tar-riċerka li tkun magħmula fl-Istati Membri u biex tkun tista’ tintegra dik ir-riċerka, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istati Membri, lill-persuni jew lill-impriżi jew permezz ta’ talba speċjali ndirizzata lill-persuni jew intrapriżi speċifiċi u kkomunikata lill-Istat Membru approprjat, li jkollu ġurisdizzjoni fuq dik il-persuna jew impriżi jew permezz ta’ talba ġenerali magħmula pubblika, sabiex jikkomunikaw lilha l-programmi tagħhom li għandhom x’jaqsmu mar-riċerka msemmija fit-talba.
Il-Kummissjoni tista’, wara li tagħti lill-partijiet interessati kull opportunità li jissottomettu l-kummenti tagħhom, tifformula opinjoni motivata dwar kull programm ikkomunikat lilha. Il-Kummissjoni għandha, jekk mitluba mill-Istat, persuna jew intrapriża li jikkomunikaw programm, tkun obbligata li tifformola din l-opinjoni motivata.
Permezz ta’ opinjonijiet bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tiskoraġġixxi duplikazzjoni mhux meħtieġa u għandha tidderieġi r-riċerka lejn setturi li ma jkunux studjati biżżejjed. Il-Kummissjoni ma tistax tippubblika xi programmi mingħajr il-kunsens ta’ l-Istat, persuna jew impriżi li jkunu kkomunikawhom.
Il-Kummissjoni għandha perjodikament tippubblika lista li turi s-setturi tar-riċerka nukleari li hi tikkonsidra li ma jkunux ġew studjati biżżejjed.
Il-Kummissjoni tista’, għall-iskopijiet ta’ konsultazzjoni reċiproka u skambju ta’ nformazjoni, issejjaħ ir-repreżentanti ta’ ċentri ta’ riċerka pubbliċi u privati kif ukoll lill- esperti nvoluti fir-riċerka fl-istess oqsma jew dawk marbuta magħhom.
Artikolu 6
Sabiex tinkoraġixxi l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ riċerka kkomunikati lilha, il-Kummissjoni tista’:
(a) |
tforni għajnuna finanzjarja, bl-esklużjoni ta’ sussidji, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kuntratti ta’ riċerka; |
(b) |
tissuplixxi, għall-iskopijiet ta’ twettiq ta’ dawn il-programmi, xi materji primi jew materjali speċjali fissili li jkunu għad-disposizzjoni tagħha, jew bil-ħlas jew mingħajr ħlas; |
(c) |
tqiegħed faċilitajiet, apparati u assistenza ta’ l-esperjenza għad-disposizzjoni ta’ Stati Membri, persuni, jew intrapriżi, jew bil-ħlas jew mingħajr ħlas; |
(d) |
tinkoraġixxil-finanzjament konġunt mill-Istati Membri, persuni jew impriżi kkonċernati. |
Artikolu 7
Il-programmi ta’ riċerka u ta’ tagħlim tal-Komunità għandhom ikunu stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi permezz ta’ vot unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni li għandha tikkonsulta mal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku.
Dawn il-programmi għandhom ikunu mħejjija għal perjodu li ma jeċċedix ħames snin.
Il-fondi meħtieġa għall-implimentazjoni ta’ dawn il-programmi għandhom ikunu inklużi kull sena fl-estimi ta’ riċerka u nvestiment tal-Komunità.
Il-Kummissjoni għandha tassigura l-implementazzjoni tal-programmi u għandha kull sena tissottometti lill-Kunsill rapport dwar dan.
Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali nfurmat bil-linji ġenerali tal-programmi ta’ riċerka u tagħlim tal-Komunità.
Artikolu 8
1. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku, twaqqaf Ċentru Konġunt għar-Riċerka Nukleari.
Iċ-Ċentru għandu jassigura l-implementazzjoni tal-programmi ta’ riċerka u doveri oħra mogħtija lilu mill-Kummissjoni.
Iċ-Ċentru għandu wkoll jassigura li tiġi stabbilita terminoloġija nukleari uniformi u sistema unika ta’ normi għall-kejl.
Iċ-Ċentru għandu jorganizza bureau ċentrali ta’ kejl nukleari.
2. Ix-xogħol taċ-Ċentru jista’, għal raġunijiet ġeografiċi jew operattivi, jitwettaq fi stabbilimenti separati.
Artikolu 9
1. Wara li titlob l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku w Soċjali, il-Kummissjoni tista’, fil-qafas taċ-Ċentru Konġunt għal Riċerka Nukleari, twaqqaf skejjel għal taħriġ ta’ speċjalisti, partikolarment fit-tfittix għall-minerali, fil-produzzjoni ta’ materjali nukleari ta’ grad għoli ta’ purità, fit-trattament ta’ karburanti rradjati, fl-inġinerija atomika, fil-protezzjoni tas-saħħa u fil-produzzjoni u l-użu ta’ iżotopi radjo-attivi.
Il-Kummissjoni għandha tirregola l-metodu tat-tagħlim.
2. Għandha titwaqqaf istituzzjoni fil-livell universitarju; il-mod kif topera għandu jkun stabbilit mill-Kunsill li jaġixxi permezz ta’ vot b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni.
Artikolu 10
Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ kuntratti, tafda f’idejn Stati Membri, persuni jew impriżi jew ukoll f’idejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jew nazzjonali ta’ pajjiżi terzi, l-implementazzjoni ta’ uħud mill-partijiet tal-programm ta’ riċerka tal-Komunità.
Artikolu 11
Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-programmi ta’ riċerka li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 7, 8 u 10, u rapporti perjodiċi dwar il-progress fl-implementazzjoni tagħhom.
KAPITOLU 2
Disseminazzjoni ta’ l-informazzjoni
L-Informazzjoni għad-disposizzjoni tal-Komunità
Artikolu 12
L-Istati Membri, il-persuni jew l-impriżi għandhom, fuq talba indirizzata lill-Kummissjoni, ikunu ntitolati li jibbenefikaw mil-liċenzji mhux esklussivi ta’ patenti, jeddijiet proviżorjament protetti, mudelli ta’ utilità jew applikazzjonijiet għall-patenti li jkunu l-proprjetà tal-Komunità, sakemm dawn ikunu f’qagħda li effettivament jagħmlu użu posittiv mill-invenzjonijiet li jkollhom x’jaqsmu magħhom.
Il-Kummissjoni għandha, taħt l-istess kondizzjonijiet, tagħti sub-liċenzji għall-patenti, jeddijiet proviżjonalment protetti, kampjuni rreġisrati jew applikazjonijiet għall-patenti, meta l-Komunità jkollha liċenzji kontrattwali li jagħtuha dan id-dritt.
Il-Kummissjoni għandha, taħt il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu miftehma ma’ dak li jirċievi l-liċenza, tagħti dawn il-liċenzji jew sub-liċenzji u li tagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa biex isir użu minnhom. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikopru partikolarment il-kwistjoni ta’ kumpens addattat, u fejn xieraq, id-dritt ta’ dak li jirċievi l-liċenza li jagħti sub-liċenzji lill-partijiet terzi, u l-obbligazzjoni li jitratta l-informazzjoni mogħtija bħala sigriet tan-negozju.
Jekk ftehim fuq il-kondizzjonijiet li hemm disposizzjoni dwarhom fit-tielet paragrafu ma jkunx jista’ jintlaħaq, dak li jirċievi l-liċenza jista’, sabiex jiġu stabbiliti kondizzjonijiet adattati, jirreferi l-materja lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 13
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri, il-persuni jew l-impriżi l-informazzjoni miksuba mill-Komunità li ma tkunx koperta bid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12, irrispettivament minn jekk informazzjoni bħal din tirriżultax mill-implimentazzjoni tal-programm tagħha ta’ riċerka jew tkun ikkomunikata lilha bil-fakulta’ li tagħmel użu liberu minnha.
Il-Kummissjoni tista’, b’dana kollu, tagħmel il-komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni kkondizzjonata bil-konfidenzjalità u li ma tkunx trasmessa lil partijiet terzi.
Il-Kummissjoni ma tistax tikkomunika nformazzjoni miksuba bħala suġġetta għal restrizzjonijiet dwar l-użu u t-tixrid tagħha - bħalma hi informazzjoni “klassifikata” - sakemm ma tassigurax l-osservanza ta’ dawn ir-restrizzjonijiet.
Informazzjoni oħra
(a) Disseminazzjoni b’arranġament amikevoli
Artikolu 14
Il-Kummissjoni għandha, b'arranġament amikevoli, tagħmel sforz biex tikseb jew tara li tinkiseb il-komunikazzjoni ta’ l-informazzjoni ta’ użu għall-Komunità għat-twettiq tal-miri tagħha, u l-għoti ta’ liċenzji biex isir użu mill-patenti, jeddijiet proviżorjament protetti, mudelli ta’ utilità jew applikazzjonijiet għall-patenti li għandhom x’jaqsmu ma’ informazzjoni bħal din.
Artikolu 15
Il-Kummissjoni għandha tħejji proċedura li biha Stati Membri, persuni jew impriżi jkunu jistgħu jagħmlu użu minnha bħala intermedjarju ta’ skambju ta’ riżultati proviżorji jew finali fir-riċerka tagħhom sakemm dawn ma jkunux riżultati miksuba mill-Komunità permezz ta’ kuntratti ta’ riċerka mogħtija mill-Kummissjoni.
Din il-proċedura għandha tiggarantixxi n-natura kunfidenzjali ta’ dan l-iskambju. Ir-riżultati kkomunikati jistgħu, b’dana kollu, jkunu trasmessi mill-Kummissjoni liċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka Nukleari għall-iskopijiet ta’ dokumentazzjoni, mingħajr ma trasmissjoni bħal din tagħti xi dritt ta’ użu li dwaru l-oriġinatur tal-komunikazzjoni ma jkunx ta l-kunsens tiegħu.
(b) Komunikazzjoni obbligatorja lill-Kummissjoni
Artikolu 16
1. Malli applikazzjoni għall-patenti jew mudell ta’ utilità li għandhom x’jaqsmu ma’ suġġett speċifikament nukleari tkun giet ippreżentata lill-Istat Membru, dan ta’ l-aħħar għandu jitlob lill-applikant biex jagħti l-kunsens tiegħu ħalli l-kontentut ta’ l-applikazzjoni jkun immedjatament ikkomunikat lill-Kummissjoni.
Jekk l-applikant hekk jaċċetta, din il-komunikazjoni għandha ssir fit-terminu ta’ tlett xhur mid-data tal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni. Jekk l-applikant ma jagħtix il-kunsens tiegħu, l-Istat Membru għandu, fi żmien l-istess terminu, jinnotifika lill-Kummissjoni bl-eżistenza ta’ l-applikazzjoni.
Il-Kummissjoni tista’ teħtieġ li l-Istat Membru jikkomunika lilha il-kontenut ta’ l-applikazzjoni li dwar l-eżistenza tagħha tkun ġiet innotifikata.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel din it-talba fit-terminu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Kwalunkwe estensjoni għal dan it-terminu għandha tfisser li t-terminu msemmi fis-sitt sub-paragrafu ikun similment imtawwal.
L-Istat Membru għandu, malli jirċievi t-talba tal-Kummissjoni, jerġa' jitlob lill-applikant sabiex jagħti l-kunsens tiegħu biex jiġi kkomunikat il-kontentut ta’ l-applikazzjoni tiegħu. Jekk l-applikant hekk jaċċetta, il-komunikazzjoni għandha ssir minnufih.
Jekk l-applikant ma jagħtix il-kunsens tiegħu, l-Istat Membru għandu b’dana kollu jagħmel il-kommunikazzjoni lill-Kummissjoni wara terminu ta’ tmintax-il xahar mid-data tal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fit-terminu ta’ tmintax-il xahar mid-data tal-preżentazzjoni tagħha, bl-eżistenza ta’ kwalunkwe applikazzjoni mhux ippublikata għall-patenti jew mudell ta’ utilità li għalihom jidher prima facie li jittratta materja li, mingħajr ma tkun ta’ natura speċifikament nukleari, tkun direttament konnessa ma’ u essenzjali għall-iżvilupp ta’ enerġija nukleari fil-Komunità.
Il-kontenut ta’ l-applikazzjoni għandu, fuq talba mill-Kummissjoni, ikun ikkomunikat lilha fi żmien terminu ta’ xahrejn.
3. L-Istati Membri għandhom inaqqsu għall-anqas żmien possibbli dak iż-żmien li jittieħed għall-proċess ta’ l-applikazzjoni għall-patenti jew mudelli ta’ utilità li għandhom x’jaqsmu mas-suġġetti li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2 u li għar-rigward tagħhom il-Kummissjoni tkun għamlet talba, sabiex dik il-publikazzjoni isseħħ malajr kemm jista' jkun.
4. Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra il-komunikazjonijiet imsemmija hawn fuq bħala kunfidenzjali. M’għandhomx iservu għall-ebda skop ieħor ħlief dak ta’ dokumentazzjoni. Il-Kummissjoni tista’, b’dana kollu, tagħmel użu mill-invenzjonijiet ikkomunikati lilha bil-kunsens ta’ l-applikant jew bi qbil ma’ l- Artikoli 17 sa 23 inklużivament.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw jekk ftehim konkluż ma’ pajjiż terz jew ma’ l-organizzazzjoni internazzjonali jipprekludu l-komunikazzjoni.
(c) Liċenzji konċessi permezz ta’ l-arbitraġġ jew b'setgħat obbligatorji
Artikolu 17
1. Fin-nuqqas ta’ ftehim amikevoli, liċenzji mhux esklużivi jistgħu jingħataw, permezz ta’ l-arbitraġġ jew b'setgħat obbligatorji, bi qbil mad-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 18 sa 23 inklużivi:
(a) |
lill-Komunità, jew lill-Intrapriżi Konġunti li tintitulhom fit-termini ta’ l-Artikolu 48 rigward patenti, jeddijiet proviżorjament protetti, jew mudelli ta’ utilità li għandhom x’jaqsmu ma’ l-invenzjonijiet direttament konnessi ma’ riċerka nukleari, sakemm l-għoti ta’ liċenzji bħal dawn ikun meħtieġ għat-tkomplija tar-riċerka tagħhom jew indispensabbli għall-operat tal-istallazzjonijiet tagħhom. Liċenzji bħal dawn għandhom, fuq talba mill-Kummissjoni, jinkludu d-dritt li jawtorizzaw partijiet terzi li jużaw l-invenzjoni sakemm dawn iwettqu xogħol jew ordnijiet għall-Komunità jew għal Intrapriżi Konġunti; |
(b) |
lill-persuni jew impriżi li jkunu għamlu applikazzjoni lill-Kummissjoni dwar dan, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ patenti, jeddijiet provviżorjament protetti jew mudelli ta’ utilità li għandhom x’jaqsmu ma’ l-invenzjonijiet direttament konnessi ma’ u essenzjali għall-iżvilupp ta’ l-enerġija nukleari fil-Komunità, basta li l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha jkunu sodisfatti, jiġifieri:
L-Istati Membri ma jistgħux, ħlief wara talba bil-quddiem mill-Kummissjoni, jieħdu miżuri koerċitivi li hemm disposizzjoni dwarhom fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, sabiex jilħqu l-bżonnijiet imsemmija qabel meta l-effett ta’ miżuri bħal dawn ikun li tiġi limitata l-protezzjoni mogħtija lill-invenzjoni. |
2. Liċenza li ma tkunx esklużiva ma tistax tingħata bil-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu preċedenti jekk il-proprjetarju jagħti raġuni leġittima, partikolarment meta ma kellux terminu ta’ żmien adegwat.
3. L-Għoti ta’ liċenza skond il-paragrafu 1 jagħti d-dritt ta’ kumpens sħiħ, li l-ammont tiegħu għandu jkun miftiehem bejn il-proprjetarju tal-patenti, jeddijiet proviżorjament protetti jew mudelli rreġistrati, u dak li jirċievi l-liċenza.
4. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx jaffettwaw id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi għall-protezzjoni tal-proprjetà industrijali.
Artikolu 18
Għandu jitwaqqaf Kumitat ta’ l-Arbitraġġ għall-iskopijiet indikati f’din is-sezzjoni; il-membri tiegħu għandhom ikunu maħtura u r-regoli tal-proċedura tiegħu stabbiliti, mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-partijiet jistgħu, f terminu ta’ xahar wieħed min-notifika ta’ deċiżjoni mill-Kumitat ta’ l-Artbitraġġ, iressqu appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea biex jissospendu l-eżekuzzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha tillimita ruħha għall-eżami tal-validità formali tad-deċiżjoni u għall-interpretazzjoni mogħtija mill-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ lid-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat.
Id-deċiżjonijiet finali tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ għandhom ikollhom il-forza ta’ res judicata bejn il-partijiet. Għandhom ikunu eżegwibbli skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 164.
Artikolu 19
Meta, f’nuqqas ta’ arranġamenti amikevoli, il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tiżgura l-għoti ta’ liċenzji f'wieħed mill-każijiet previsti fl-Artikolu 17, hija għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha lill-proprjetarju tal-patenti, tal-patenti proviżorjament protetti jew tal-mudell ta’ utilità jew lill-applikant għall-patenti, u tagħti fin-notifika tagħha l-isem ta’ l-applikant għall-liċenza u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-imsemmija liċenza.
Artikolu 20
Il-proprjetarju jista’, f' terminu ta’ xahar min-notifika msemmija fl-Artikolu 19, jipproponi lill-Kummissjoni u, fejn meħtieġ, lill-parti terza li tkun tapplika għal-liċenza, li jintlaħaq ftehim bl-iskop li l-materja tiġi riferita lill-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ.
Jekk il-Kummissjoni jew l-imsemmija parti terza jirrifjutaw li jilħqu ftehim, il-Kummissjoni m'għandhiex tobbliga lill-Istat Membru jew lill-aġenziji kompetenti tiegħu li jagħtu l-liċenza jew li jordnaw li din tingħata.
Jekk, meta l-materja titressaq quddiemu permezz ta’ kompromess, il-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ jiddeċiedi li t-talba tal-Kummissjoni tkun konformi mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 17, dan għandu jagħti deċiżjoni motivata li jkun fiha l-għoti ta’ liċenza lill-applikant, u jiddetermina l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu osservati u l-kumpens li għandu jingħata sa fejn il-partijiet ma jkunux laħqu ftehim dwar dan.
Artikolu 21
Jekk il-proprjetarju ma jipproponix li l-materja tiġi riferita lill-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ, il-Kummissjoni tista’ tobbliga li l-Istat Membru kkonċernat jew l-aġenziji kompetenti tiegħu li jagħtu l-liċenza, jew jordnaw li din tingħata.
Jekk, wara li jkunu semgħu lill-proprjetarju, l-Istat Membru jew l-aġenziji kompetenti tiegħu jikkonsidraw li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17 ma jkunux ġew sodisfatti, għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni biċ-ċaħda tagħhom li jagħtu l-liċenza jew li jordnaw li din tingħata.
Jekk dawn jirrifjutaw li jagħtu l-liċenza jew li jordnaw li din tingħata jew jekk, fit-terminu ta’ erba’ xhur mid-data tat-talba, jonqsu milli jagħmlu xi dikjarazzjoni rigward il-għoti tal-liċenza, il-Kummissjoni tista’, fit-terminu ta’ xahrejn, tirreferi l-materja lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-proprjetarju tat-titolu għandu jkun mismugħ fil-proċedimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea.
Jekk fis-sentenza tagħha l-Qorti tistabbilixxi li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17 ikunu ġew sodisfatti, l-Istat Membru kkonċernat, jew l-aġenziji kompetenti tiegħu, għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dik is-sentenza.
Artikolu 22
1. Jekk il-proprjetarju tal-patenti, tal-jeddijiet provviżorjament protetti jew ta’ mudelli ta’ utilità u l-liċenzat jonqsu milli jiftiehmu dwar l-ammont ta’ kumpens li għandu jitħallas, il-partijiet interessati jistgħu jilħqu kompromess għall-iskop li jirreferu l-materja lill-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ.
B’hekk huma jirrinunzjaw għal kull dritt ta’ appell ħlief kif hemm previst fl-Artikolu 18.
2. Jekk dak li jirċievi l-liċenza jirrifjuta li jilħaq kompromess bħal dan, il-liċenza mogħtija lilu għandha tkun meqjusa li tkun nulla u bla effett.
Jekk il-proprjetarju jirrifjuta li jilħaq kompromess bħal dan, il-kumpens previst f’dan l-Artikolu għandu jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.
Artikolu 23
Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ jew ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu suġġetti għar-reviżjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-kondizzjonijiet għal-liċenza wara li jiskadi t-terminu ta’ sena waħda u meta fatti ġodda jkunu jiġġustifikaw dik ir-reviżjoni.
Ir-reviżjoni għandha tkun fir-responsabbiltà ta’ l-aġenzija li tkun ħadet id-deċiżjoni.
Disposizzjonijiet li jirrigwardjaw is-sigurtà
Artikolu 24
Informazzjoni akkwistata mill-Komunità permezz ta’ l-implementazzjoni tal-programm tagħha ta’ riċerka u li jekk żvelata tista’ tkun ta’ ħsara għall-interessi tad-difiża f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri għandha tkun ittratata bħala nformazzjoni kklassifikata skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:
1. |
Ir-Regolamenti tas-sigurtà adottati mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, jistabilixxu il-gradi diversi ta’ sigurtà applikabbli u l-miżuri ta’ sigurtà li għandhom jiġu rigward kull grad. |
2. |
Il-Kummissjoni għandha proviżorjament tapplika l-gradazzjoni meħtieġa bir-regolamenti tas-sigurtà għal kull rivelazzjoni ta’ nformazzjoni li hi tħoss li jistgħu jkunu ta’ ħsara fl-interess tad-difiża ta’ xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri. Hija għandha immedjatament tikkomunika din l-informazzjoni lill-Istat Membru li għandu proviżorjament jassigura s-segretezza tagħha skond l-istess kondizzjonijiet. L-Istati Membri għandhom, f'terminu ta’ tlett xhur jinformaw lill-Kummissjoni jekk huma jkunux jixtiequ li jżommu l-gradazzjoni proviżorjament applikata, jew li jissostitwixxu gradazzjoni oħra jew li jiddeklassifikaw din l-informazzjoni. Fl-aħħar ta’ dan il-perijodu jiġu applikati il-gradazzjonijiet l-iktar stretti. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar dan. Fuq talba mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ vot unanimu, jista’ fi kwalunkwe żmien japplika gradi differenti jew ineħħi l-klassifika ta’ l-informazzjoni. Il-Kunsill għandu, qabel ma jieħu deċiżjoni fuq talba ta’ Stat Membru, jieħu l-opinjoni tal-Kummissjoni. |
3. |
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 12 u 13 m’għandhomx japplikaw għall-informazzjoni kklassifikata. Suġġett, b’dana kollu, għall-osservanza tal-miżuri ta’ sigurtà applikabbli:
|
Artikolu 25
1. Stat Membru li jikkomunika l-eżistenza jew il-kontenut ta’ applikazzjoni għall-patenti jew għall-kampjun irreġistrat li jkollu x’jaqsam mas-suġġett li hemm referenza għalih fl-Artikolu 16(1) jew (2), għandu, fejn xieraq, jiddikjara l-ħtieġa, għar-raġunijiet ta’ difiża, li tkun applikata għal dik l-applikazzjoni l-gradazzjoni ta’ sigurtà indikata minn dak l-Istat u għandu jsemmi kemm probabbilment iddum dik il-gradazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha titrasmetti lill-Istati Membri l-oħra l-komunikazzjonijiet kollha li tkun irċeviet fl-implementazzjoni tas-sub-paragrafu preċedenti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom josservaw il-miżuri li jsiru meħtieġa, permezz tar-regolamenti ta’ sigurtà, bil-gradazzjoni li l-Istat tal-oriġini jkun impona.
2. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tittrasmetti dawn il-komunikazzonijiet lill-Intrapriżi Konġunti jew, permezz ta’ Stat Membru bħala ntermedjarju, lill-persuna jew intrapriża, barra minn Intrapriża Konġunta, li topera fit-territorji ta’ dak l-Istat.
L-Invenzjonijiet li huma suġġetti għall-applikazzjonijiet li hemm referenza għalihom f’paragrafu 1 jistgħu biss jintużaw bil-kunsens ta’ l-applikant jew bi qbil mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 17 sa 23 inklużivament.
Il-komunikazzjonijiet u, fejn xieraq, l-użu li hemm referenza għalihom f’dan il-paragrafu għandhom ikunu rregolati bil-miżuri li jsiru meħtieġa, permezz tar-regolament tas-sigurtà, bil-gradazzjoni li l-Istat tal-oriġini jkun impona.
Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom fil-każijiet kollha jkunu suġġetti għall-kunsens ta’ l-Istat li joriġina. Dan ta’ l-aħħar ma jistax jiċħad il-kunsens tiegħu għall-komunikazzjonijiet u l-użu ħlief għar-raġunijiet ta’ difiża.
3. Fuq it-talba tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ vot unanimu, jista’ fi kwalunkwe ħin japplika gradazzjoni differenti ta’ sigurtà jew ineħħi l-klassifikazzjoni. Il-Kunsill għandu, qabel ma jieħu deċiżjoni fuq talba minn Stat Membru, jieħu l-opinjoni tal-Kummissjoni.
Artikolu 26
1. Meta l-informazzjoni tkun is-suġġett tal-patenti, applikazjoni għal patenti, jeddijiet proviżorjament protetti, mudell irreġistrat jew applikazzjoni għall-mudell irreġistrat li jkunu kklassifikati skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 24 u 25, l-Istati li jimponu ċerta gradazzjoni ma jistgħux jirrifjutaw li jħallu l-applikazzjonijiet korrispondenti li jkunu ippreżentati fl-Istati Membri l-oħra.
Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura ż-żamma tas-sigurtà għal dawn il-jeddijiet u applikazzjonijiet kollha, skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tagħhom.
2. L-ebda applikazzjoni ma tista' tkun ippreżentata barra mill-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-informazzjoni klassifikata skond l-Artikolu 24 ħlief bil-kunsens unanimu ta’ l-Istati Membri. Jekk dawn l-Istati ma jiddikjarawx il-pożizzjoni tagħhom, il-kunsens tagħhom għandu jkun preżunt wara li jiskadi t-terminu ta’ sitt xhur mid-data tal-komunikazjoni ta’ l-informazzjoni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.
Artikolu 27
Il-kumpens għall-ħsara li jsofri applikant bħala riżultat ta’ l-impożizzjoni ta’ klassifika ta’ sigurtà għal raġunijiet ta’ difiża għandu jkun suġġett għad-disposizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri u għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ l-Istat li kien impona dik il-klassifika jew li jkun akkwista klassifika ogħla jew estenzjoni ta’ kull klassifikazjoni jew li jkun impedixxa l-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni 'l barra mill-Komunità.
Fil-każ li tnejn jew aktar mill-Istati Membri jkunu akkwistaw klassifikazjoni ogħla jew estenzjoni ta’ klassifika jew li kienu mpedew il-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni l-barra mill-Komunità, dawk l-Istati għandhom flimkien iħallsu kumpens għall-ħsara li tkun riżultat.
Il-Komunità m’għandhiex tkun intitolata għal kumpens skond dan l-Artikolu.
Disposizzjonijiet speċjali
Artikolu 28
Jekk applikazjonijiet għall-patenti jew mudelli rreġistrati ma jkunux għadhom ġew ippublikati, jew patenti jew mudelli rreġistrati kklassifikati għal raġunijiet ta’ difiża, jiġu utilizzati kif mhux xieraq jew issir taf bihom parti terza mhux awtorizzata bħala riżultat ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni, il-Komunità għandha tħallas kumpens għall-ħsara li tkun sofriet il-persuna kkonċernata.
Fil-każ ta’ persuni bħal dawn li jkollhom id-dritt li jieħdu azzjoni kontra partijiet terzi, il-Komunità għandha, mingħajr preġudizzju għat-talbiet tagħha kontra l-awtur tal-ħsara, tkun surrogata fid-drittijiet ta’ dawk il-persuni sal-limiti tal-kumpens għall-ħsara. Id-dritt tal-Komunità nnifisha li tibda azzjoni kontra l-awtur tal-ħsara, skond id-disposizzjonijiet ġenerali eżistenti, m’għandux ikun milqut.
Artikolu 29
Kull ftehim jew kuntratt għall-iskambju ta’ l-informazjoni xjentifika jew industrijali dwar materji nukleari bejn Stati Membri, persuna jew intrapriża u xi parti terza, organizzazzjoni nternazzjonali jew ċittadin ta’ pajjiż terz għandu, jekk ikun jeħtieġ il-firma ta’ Stat li jeżerċita s-sovranità tiegħu, għandu jkun konkluż mill-Kummissjoni.
B’dana kollu, il-Kummissjoni tista’, b’dawk il-kondizzjonijiet li hi tħoss li jkunu xierqa, tawtorizza Stat Membru jew persuna jew impriża li tikkonkludi ftehim bħal dak, suġġett għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 103 u 104.
KAPITOLU 3
Protezzjoni tas-saħħa
Artikolu 30
Għandhom ikunu stabbiliti fil-Komunità normi bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikoli li jinħolqu minn radjazzjoni jonizzanti.
Il-frażi “normi bażiċi” għandha tfisser:
(a) |
id-dożi massimi kompatibbli ma’ sigurtà adekwata; |
(b) |
il-grad massimu permissibli ta’ l-esposizzjoni u kontaminazjoni; u |
(c) |
il-prinċipji fundamentali li jirregolaw is-superviżjoni medika tal-ħaddiema. |
Artikolu 31
Il-Kummissjoni għandha tipprepara n-normi bażiċi wara li tieħu l-opinjoni ta’ grupp ta’ l-awtoritajiet maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost l-esperti xjentifiċi, speċjalment esperti tas-saħħa pubblika, mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar in-normi bażiċi hekk imħejjija.
Wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill li jaġixxi permezz ta’ vot b’ maġġoranza kkwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni li titrażmetti l-opinjonijiet li tkun irċeviet mill-Kumitati, għandha tistabbilixxi n-normi bażiċi.
Artikolu 32
Fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, in-normi bażiċi jistgħu jiġu riveduti jew issuplimentati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.
Il-Kummissjoni tkun marbuta li teżamina talba bħal din magħmula minn Stat Membru.
Artikolu 33
Kull Stat Membru għandu jdaħħal id-disposizzjonijiet leġislattivi u amministrattivi meħtieġa biex jassiguraw konformità man-normi bażiċi kif stabbiliti u għandu jieħu l-miżuri meħtiega f’dak li għandu x’jaqsam mat-tagħlim, l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali.
Il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet biex tassigura li jkunu armonizzati id-disposizzjonijiet applikabbli f’dan ir-rigward fl-Istati Membri.
Għal dan l-iskop l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni dawk id-disposizzjonijiet kollha applikabbli mad-dħul fl-effett ta’ dan it-Trattat u ta’ abbozzi sussegwenti ta’ disposizzjonijiet ta’ l-istess natura.
Kull rakkomandazjoni mill-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ abbozzi ta’ disposizzjonijiet għandha ssir fit-terminu ta’ tlett xhur mid-data tal-komunikazzjoni.
Artikolu 34
Kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu jinżammu esperimenti ta’ natura partikolarment perikoluża għandu jieħu prekawzjonijiet addizzjonali dwar is-saħħa u fir-rigward tagħhom għandu l-ewwel jieħu l-opinjoni tal-Kummissjoni.
Meta dawn l-esperimenti aktarx li jaffettwaw it-territorji ta’ Stati Membri oħra, ikun meħtieġ il-kunsens tal-Kummissjoni.
Artikolu 35
Kull Stat Membru għandu jistabilixxi l-faċilitajiet meħtieġa għall-kontroll permanenti tal-livelli ta’ radjo-attività fl-atmosfera, fl-ilma u fil-ħamrija u għall-kontroll tal-konformità man-normi bażiċi.
Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt ta’ l-aċċess għall-faċilitajiet ta’ kontroll bħal dawn u tista’ twettaq provi dwar l-operat u l-effiċjenza tagħhom.
Artikolu 36
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-kontroll previst fl-Artikolu 35, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tinżamm infurmata bil-livell ta’ radjo-attività li aktarx jaffetwa lill-popolazzjoni.
Artikolu 37
Kull Stat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni informazzjoni ġenerali suffiċjenti dwar kull pjan għar-rimi u l-iskart radjoattiv biex iqiegħed lill-Kummissjoni fil-pożizzjoni li tistabilixxi jekk l-implementazzjoni ta’ dak il-pjan tkunx aktarx tinvolvi l-kontaminazzjoni radjo-attiva ta’ l-ilma, tal-ħamrija jew ta’ l-atmosfera ta’ xi Stat Membru ieħor.
Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-grupp ta’ esperti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 31, għandha tagħti l-opinjoni dwar il-pjan fit-terminu ta’ sitt xhur.
Artikolu 38
Il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri rigward il-livell ta’ radjo-attività ta’ l-atmosfera, l-ilma jew il-ħamrija.
Fil-każ ta’ urġenza, il-Kummissjoni għandha toħroġ direttivi li jobbligaw lill-Istat Membru interessat li jieħu f' terminu stabbilit mill-Kummissjoni il-miżuri kollha meħtieġa biex ma jħallix li n-normi bażiċi jiġu maqbuża u biex jassigura l-osservanza tad-disposizzjonijiet applikabbli.
Jekk dan l-Istat ma jikkonformax ruħu mad-direttiva tal-Kummissjoni fit-terminu preskritt, il-Kummissjoni jew xi Stat Membru kkonċernat jistgħu, indipendentement mid-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 258 u 259 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, jirreferi l-materja immedjatament lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 39
Il-Kummissjoni għandha twaqqaf fi ħdan iċ-Ċentru għal Riċerka Nukleari konġunt, malajr kemm jista’ jkun malli dan ikun ġie mwaqqaf, taqsima għad-dokumentazjoni u studju dwar il-protezzjoni tas-saħħa.
Għandu jkun id-dover partikolari ta’ din it-taqsima li tiġbor id-dokumentazjoni u l-informazzjoni meħtieġa skond l-Artikoli 33, 36 u 37 u biex tgħin lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti mogħtija lilha bid-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.
KAPITOLU 4
Investiment
Artikolu 40
Sabiex tistimula l-inizjattiva ta’ persuni u impriżi u biex tiffaċilita l-iżvilupp koordinat ta’ l-investiment minnhom fil-qasam nukleari, il-Kummissjoni għandha perjodikament tippubblika programmi li jindikaw, b'mod partikolari, il-miri tal-produzzjoni għall-enerġija nukleari u tat-tipi varji ta’ investiment meħtieġ biex dawn jintlaħqu.
Il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar programmi bħal dawn qabel il-publikazzjoni tagħhom.
Artikolu 41
Persuni jew intrapriżi konnessi mal-friegħi ta’ l-industrija indikati fl-Anness II ta’ dan it-Trattat għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-proġetti ta’ investiment li għandhom x’jaqsmu ma’ faċilitajiet ġodda, tibdil jew konverżjoni li jikkorrispondu kwantu għal tip jew daqs mal-kriterji stabbiliti mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.
Il-lista tal-friegħi ta’ l-industrija li hemm referenza għalihom hawn fuq tista’ tkun emendata mill-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ vot ta’ maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, li qabel għandha titlob l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali.
Artikolu 42
Il-proġetti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 41 għandhom ikunu kkomunikati lill-Kummissjoni u, għall-iskopijiet ta’ l-informazzjoni, lill-Istat Membru kkonċernat, mhux aktar tard minn tlett xhur qabel il-konklużjoni ta’ l-ewwel kuntratti mal-fornituri jew, jekk ix-xogħol ikun ser jitwettaq mill-intrapriża nnifisha bil-mezzi tagħha, minn tlett xhur qabel jibda dak ix-xogħol.
Il-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jvarja dan it-terminu ta’ żmien.
Artikolu 43
Il-Kummissjoni għandha tiddiskuti ma’ persuni jew impriżi l-aspetti kollha ta’ xi proġetti ta’ l-investiment li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskopijiet ta’ dan it-Trattat.
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-opinjonijiet tagħha lill-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 44
Bil-ftehim ma’ l-Istati Membri, persuni jew impriżi kkonċernati, il-Kummissjoni tista’ tagħmel pubbliċi xi proġetti ta’ l-investiment ikkomunikati lilha.
KAPITOLU 5
Intrapriżi konġunti
Artikolu 45
Impriżi ta’ importanza eċċezjonali għall-iżvilupp ta’ l-industrija nukleari fil-Komunità jistgħu jkunu stabbiliti bħala Intrapriżi Konġunti fit-tifsira ta’ dan it-Trattat u skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli li ġejjin.
Artikolu 46
1. Kull proġett biex tkun stabbilita Intrapriża Konġunta, sew jekk joriġina mill-Kummissjoni, sew minn Stat Membru u sew minn xi sorsi oħra, għandu jkun is-suġġett ta’ nkjesta mill-Kummissjoni.
Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Istati Membri u kwalunkwe korp pubbliku jew privat li hi tikkonsidra li aktarx li jipprovdu informazzjoni utili.
2. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti lill-Kunsill kwalunkwe proġett għat-twaqqif ta’ Intrapriża Konġunta, flimkien ma’ l-opinjoni motivata tagħha dwar dan.
Jekk il-Kummissjoni tagħti opinjoni favorevoli rigward il-ħtieġa ta’ l-Intrapriża Konġunta proposta, hi għandha tissottometti proposti lill-Kunsill fuq dawn il-punti li ġejjin:
(a) |
il-lokalità ta’ l-impjant; |
(b) |
l-istatuti; |
(c) |
il-volum u l-iskeda tal-finanzjament; |
(d) |
il-possibiltà ta’ parteċipazzjoni mill-Komunità fil-finanzjament ta’ l-Intrapriża Konġunta; |
(e) |
il-possibiltà ta’ parteċipazzjoni minn pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew xi ċittadin ta’ pajjiż terz, fil-finanzjament jew l-amministrazjoni ta’ l-Intrapriża Konġunta; u |
(f) |
l-għoti tal-vantaġġi kollha jew uħud minnhom kif indikat fl-Anness III ta’ dan it-Trattat. |
Il-Kummissjoni għandha tehmeż rapport dettaljat dwar il-proġett kollu kemm hu.
Artikolu 47
Meta l-materja tkun ġiet riferita lilu mill-Kummissjoni, il-Kunsill jista’ jitlob lill-Kummissjoni li tissuplixxi informazzjoni addizzjonali jew li twettaq inkjesti addizzjonali skond ma’ l-Kunsill iħoss li jkunu meħtieġa.
Jekk il-Kunsill, li jaġixxi b’vot ta’ maġġoranza kkwalifikata, jikkonsidra proġett li jkun trasmess mill-Kummissjoni b’opinjoni sfavorevoli, għandu b'dana kollu jitwettaq, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill il-proposti u r-rapport dettaljat li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 46.
Fil-każ ta’ opinjoni favorevoli mill-Kummissjoni jew fil-każ li hemm referenza għalih fil-paragrafu preċedenti, il-Kunsill għandu jaġixxi permezz ta’ vot b’maġġoranza kkwalifikata fuq kull waħda mill-proposti tal-Kummissjoni.
B’dana kollu, il-Kunsill għandu jaġixxi b’vot unanimu f’dak li għandi x’jaqsam ma’:
(a) |
parteċipazzjoni mill-Komunità fil-finanzjament ta’ l-Intrapriża Konġunta; |
(b) |
parteċipazzjoni minn pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew xi ċittadin ta’ pajjiż terz, fil-finanzjament jew l-amministrazjoni ta’ l-Intrapriża Konġunta. |
Artikolu 48
Il-Kunsill li jaġixxi permezz ta’ vot unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jiddikjara applikabbli għal kull Intrapriża Konġunta il-vantaġġi kollha jew uħud minnhom li huma indikati fl-Anness III ta’ dan it-Trattat; l-Istati Membri għandhom jassiguraw l-applikazzjoni ta’ vantaġġi bħal dawn sal-limiti li jikkonċernaw kull Stat.
Il-Kunsill jista’, skond l-istess proċedura, jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom l-għoti ta’ vantaġġi bħal dawn għandu jkun irregolat.
Artikolu 49
Il-kostituzzjoni ta’ Intrapriżi Konġunti għandha tirriżulta minn deċiżjoni tal-Kunsill.
Kull Intrapriża Konġunta jkollha personalità ġuridika.
Kull Intrapriża Konġunta, f’kull Stat Membru, għandha tgawdi l-aqwa estensjoni ta’ kapaċità ġuridika kif igawdu persuni ġuridiċi skond il-leġislazzjoni nazzjonali rispettiva tagħhom; tista’, partikolarment, takkwista u titrasferixxi il-proprjetà immobbli u mobbli u tista’ tiehu passi legali kif ukoll jistgħu jittieħdu passi legali kontra tagħha personalment.
Salva kull disposizzjoni mod ieħor f’dan it-Trattat jew fl-Istatuti tagħhom, kull Intrapriża Konġunta għandha tkun suġġetta għar-regoli li huma applikabbli għall-impriżi industrijali jew kummerċjali; l-istatuti jistgħu jagħmlu referenza sussidjarjament għall-leġislazzjoni nazzjonali ta’ l-Istati Membri.
Il-litigazzjoni dwar Intrapriżi Konġunti għandha tkun ittrattata mill-qrati jew tribunali nazzjonali kompetenti, salvi l-poteri mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea b'dan it-Trattat.
Artikolu 50
Kull emendi meħtieġa għall-istatuti ta’ Intrapriżi Konġunti għandha ssir skond id-disposizzjonijiet partikolari stabbiliti għal dak l-iskop fl-imsemmija statuti.
B’dana kollu, emendi bħal dawn m’għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel ma jirċievu l-approvazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond l-istess disposizzjonijiet kif inhuma stabbiliti fl-Artikolu 47.
Artikolu 51
Il-Kummissjoni għandha, qabel ma twaqqaf il-korpi nkarigati li joperaw l-Intrapriżi Konġunti, tassigura t-twettiq tad-deċiżjonijiet kollha tal-Kunsill li jikkonċernaw il-kostituzzjoni ta’impriżi bħal dawn.
KAPITOLU 6
Fornituri
Artikolu 52
1. Il-fornimenti tal-minerali, tal-materjali primi u tal-materjali speċjali fissili għandhom, skond id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, jkunu assigurati fuq il-prinċipju ta’ l-aċċess ugwali għal riżorsi u skond strateġija ta’ fornimenti komuni.
2. Għan dan l-iskop u skond id-disposizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu:
(a) |
il-prattiċi kollha immirati biex jassiguraw pożizzjoni privileġġata għal ċertu użu għandhom ikunu pprojibiti; |
(b) |
Għandha tkun imwaqqfa aġenzija, li jkollha d-dritt ta’ għażla fuq il-minerali kollha, materji primi u materjali speċjali fissili prodotti fit-territorji ta’ l-Istati Membri u li jkollha dritt esklusiv li tiffinaliżża kuntratti li għandhom x’jaqsmu mal-fornimenti ta’ minerali, materi primi u materjali speċjali fissibili li jkunu ġejjin minn gewwa jew minn barra l-Komunità. |
L-Aġenzija m’għandiex tagħmel diskriminazzjoni bejn l-utenti li tkun ibbażata fuq l-użu li dawn ikollhom l-intenzjoni li jgħamlu mill-fornimenti mitluba sakemm użu bħal dan ma jkunx illegali jew jinstab li jkun kontra l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-fornituri barra mill-Komunità f’dak li għandu x’jaqsam mal-konsenja partikolari kkonċernata.
L-Aġenzija
Artikolu 53
L-Aġenzija għandha tkun taħt il-kontroll tal-Kummissjoni li għandha toħorġilha direttivi, teżerċita d-dritt tal-veto fuq id-deċiżjonijiet tagħha u taħtar id-Direttur Ġenerali u d-Deputat Direttur Ġenerali tagħha.
Xi att mill-Aġenzija, sew jekk impliċitu sew espliċitu, fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha ta’ għażla jew fid-dritt esklussiv tagħha li tiffinalizza kuntratti, jista’ jkun riferut, mill-partijiet ikkonċernati, lill-Kummisjoni li għandha, fit-terminu ta’ xahar, tieħu deċiżjoni dwar dan.
Artikolu 54
L-Aġenzija għandu jkollha personalità ġuridika w awtonomija finanzjarja.
Il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ vot b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jistabilixxi l-Istatut ta’ l-Aġenzija.
Dan l-Istatut għandu jkun rivedut skond l-istess proċedura.
L-Istatut għandu jiffissa l-kapital ta’ l-Aġenzija u l-kondizzjonijiet tas-sottoskrizzjoni. Il-maġġoranza tal-ishma għandha fi kwalunkwe każ tkun tal-Komunità u ta’ l-Istati Membri. L-allokazzjoni ta’ l-ishma għandha tkun stabbilita bi ftehim bejn l-Istati Membri.
L-Istatut għandu jiffissa il-partikolaritajiet ta’ l-amministrazjoni kommerċjali ta’ l-Aġenzija. L-Istatut jista’ jipprovdi għall-pagament ta’ taxxa fuq transazzjonijiet maħsubha biex tkopri l-ispejjeż ta’ ġestjoni ta’ l-Aġenzija.
Artikolu 55
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw jew jaraw li tkun ikkomunikata lill-Aġenzija, l-informazjojni kollha meħtieġa sabiex din teżerċita d-dritt tal-għażla u d-dritt esklusiv li tikkonkludi kuntratti ta’ fornimenti.
Artikolu 56
L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-eżerċizju ħieles, fit-territorji tagħhom, tal-funzjonijiet ta’ l-Aġenzija.
L-Istati Membri jistgħu jwaqqfu korp kompetenti wieħed jew aktar biex jirrapreżenta il-produtturi u l-utenti fit-territorji mhux Ewropej taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam man-negozju ta’ dawn il-produtturi jew utenti ma’ l-Aġenzija.
Il-Minerali, il-Materji Primi u l-Materjali Speċjali Fissili li jkunu ġejjin minn ġewwa l-Komunità
Artikolu 57
1. Id-dritt ta’ l-għażla ta’ l-Aġenzija għandu jkopri:
(a) |
l-akkwist ta’ drittijiet ta’ l-utenti u tal-konsumaturi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ materjali li jkunu l-proprjetà tal-Komunità skond id-disposizzjonijiet ta’ Kapitolu VIII; |
(b) |
l-akkwist ta’ drittijiet ta’ proprjetà fil-każijiet l-oħrajn kollha. |
2. L-Aġenzija għandha teżerċita id-dritt ta’ l-għażla billi tikkonkludi kuntratti ma’ produtturi ta’ minerali, materi primi u materjali speċjali fissili.
Salv id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 58, 62 u 63, kull produttur għandu joffri lill-Aġenzija, qabel ma’ jagħmel użu, jittrasferixxi jew jaħżen minerali, materji primi jew materjali speċjali fissili li hu jkun ipproduċa fit-terrirorji ta’ Stati Membri.
Artikolu 58
Meta produttur iwettaq diversi stadji ta’ produzzjoni mill-estrazzjoni tal-mineral sa, u inkluża, l-produzzjoni tal-metall, hu għandu joffri l-prodott tiegħu lill-Aġenzija fi stadju kwalunkwe tal-produzzjoni kif magħżul minnu.
L-istess disposizzjoni għandha tapplika għall-intrapriżi li jkollhom rabta ma’ xulxin, basta li rabta bħal din tkun ġiet innotifikata kif xieraq lill-Kummissjoni u diskussa magħha skond il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 43 u 44.
Artikolu 59
Jekk l-Aġenzija ma teżerċitax id-dritt tagħha ta’ għażla dwar il-produzzjoni kollha jew parti minnha li jkun għamel il-produttur, dan ta’ l-aħħar:
(a) |
jista’ jjipproċesa l-minerali, il-materji primi jew il-materjali speċjali fissili, bil-meżżi tiegħu stess jew permezz ta’ sub-kuntrattur, basta li hu joffri lill-Aġenzija il-prodott ta’ proċess bħal dan; u |
(b) |
għandu jkun awtoriżżat b’deċiżjoni mill-Kummissjoni li jiddisponi mill-produzzjoni tiegħu disponibbli 'il barra mill-Komunità, basta li hu joffri dawn b’kondizzjonijiet mhux iktar favorevoli minn dawk ta’ l-offerti preċedenti tiegħu lill-Aġenzija. B’dana kollu, l-esportazzjoni ta’ materjali speċjali fissili tista’ skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 62, titwettaq biss mill-Aġenzija. |
Il-Kummissjoni ma tistax tagħti l-awtorizzazzjoni li hemm referenza għaliha hawn fuq jekk il-persuna li lilha tkun sejra ssir il-konsenja ma toffrix il-garanziji kollha possibli li l-interessi ġenerali tal-Komunità jkunu rrispettati, jew li t-termini u l-kondizzjonijiet tal-kuntratti kkonċernati ma jkunux kontra l-iskopijiet ta’ dan it-Trattat.
Artikolu 60
L-utenti potenzjali għandhom perjodikament, jinfurmaw lill-Aġenzija bil-ħtiġijiet tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ fornimenti, jispeċifikaw il-kwantitajiet, il-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi, il-post tal-oriġini, l-użu propost, id-dati tal-fornimenti u l-kondizzjonijiet tal-prezzijiet li għandhom ikunu nklużi fil-modalitajiet u l-kondizzjonijiet tal-kuntratti tal-fornitura proposta.
L-istess, produtturi għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija bl-offerti li huma jkunu f’qagħda li jagħmlu, flimkien ma’ partikularitajiet sħaħ, inklużi t-tul tal-kuntratt kif ikun meħtieġ biex jippermettilhom li jħejju l-programmi tagħhom tal-produzzjoni. It-tul ta’ kuntratti bħal dawn m’għandux, ħlief bi ftehim mal-Kummissjoni, jeċċedi perjodu ta’ għaxar snin.
L-Aġenzija għandha tinforma lil utenti kollha potenzjali bl-offerti u l-volum tat-talbiet li tkun irċeviet hi u għandha tistiedenhom li jippreżentaw l-ordnijiet tagħhom sa data partikolari.
L-Aġenzija għandha, wara li tirċievi ordnijiet bħal dawn, tgħarraf il-kondizzjonijiet li bihom jistgħu jitwettqu.
Jekk l-Aġenzija ma tkunx tista’ kompletament twettaq l-ordnijiet li tirċievi, għandha, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kull offerta, talloka l-fornimenti li jkunu disponibbli fuq bażi pro rata ta’ l-ordnijiet, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 68 u 69.
Ir-Regolament ta’ l-Aġenzija, li għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni għall-approvazjoni, għandhom jiddeterminaw il-manjiera offerti w talbiet għandhom ikunu pparagunati.
Artikolu 61
L-Aġenzija għandha twettaq kull ordni li tirċievi sakemm ma jkunx hemm xi ostakoli legali jew materjali għat-twettiq tagħha.
L-Aġenzija tista’, salva il-konformità mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 52, tobbliga lil dawk lill-utenti xierqa bil-quddiem malli l-kuntratt ikun iffinaliżżat, kemm bħala garanzija u kemm sabiex tiffaċilita dawk l-obbligi fit-tul tagħha lejn produtturi skond ma jkun meħtieġ għall-eżekuzjoni ta’ l-ordni.
Artikolu 62
1. L-Aġenzija għandha teżerċita id-dritt tagħha ta’ l-għażla dwar materjali speċjali fissili li jkunu prodotti fit-territorji ta’ Stati Membri sabiex:
(a) |
tilħaq it-talbiet ta’ l-utenti fil-Komunità skond id-disposizzjonijiet esiġiti fl-Artikolu 60; |
(b) |
tibni l-ħażniet tagħha ta’ materjali bħal dawk; jew |
(c) |
tesporta materjali bħal dawk kif soġġetta għall-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni li għandha tikkonforma mad-disposizzjonijiet tat-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 59(b). |
2. B’dana kollu, waqt li jibqgħu suġġetti għad-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 7, dawn il-materjali u r-residwi fertili tagħhom għandhom jitħallew fil-pussess tal-produttur, sabiex dan ta’ l-aħħar ikun jista':
(a) |
jaħżinhom bl-awtorizzazzjoni ta’ l-Aġenzija; jew |
(b) |
jużahom fil-limiti tal-ħtiġijiet tiegħu; jew |
(c) |
jagħmilhom disponibbli, fil-limiti tal-ħtiġijiet tiegħu, lill-intrapriżi fil-Komunità li jkollhom rabtiet diretti miegħu għall-iskop li jitwettaq programm li għandu jkun ikkomunikat lill-Kummissjsoni; basta li rabtiet bħal dawn ma jkunux, bl-intenzjoni jew bil-fatti, jirrestrinġu l-produzzjoni, l-iżvilupp tekniku jew l-investiment, jew joħolqu inugwiljanzi mhux xierqa bejn l-utenti fil-Komunità. |
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 89(1)(a), għandhom ikunu applikabbli għall-materjali speċjali fissili pprodotti fit-territorji ta’ Stati Membri li fir-rigward tagħhom l-Aġenzija ma tkunx eżerċitat id-dritt tagħha ta’ l-għażla.
Artikolu 63
Il-minerali, materji primi jew materjali speċjali fissili prodotti minn Intrapriżi Konġunti għandhom ikunu allokati lill-utenti skond ir-regoli statutorji jew konvenzjonali li jirregolaw Intrapriżi bħal dawn.
Il-Minerali, il-Materji Primi u l-Materjali Speċjali Fissili li jkunu ġejjin minn barra l-Komunità
Artikolu 64
Meta l-Aġenzija taġixxi fil-qafas ta’ xi ftehim li jseħħ bejn il-Komunità u pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, għandha, salvi l-eċċezzjonijiet li hemm previsti f’dan it-Trattat, ikollha dritt esklusiv li tikkonkludi ftehim jew konvenzjoni li jkollhom bħala l-objettiv prinċipali il-forniment ta’ minerali, materji primii jew materjali speċjali fissili li jkun ġejjin minn barra l-Komunità.
Artikolu 65
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 60 japplikaw għat-talbiet minn utenti li jidħlu f’kuntratti bejn utenti u l-Aġenzija rigward il-fornimenti ta’ minerali, materji primi u materjali speċjali fissili li jkunu ġejjin minn barra mill-Komunità.
B’dana kollu, l-Aġenzija tista tiddeċiedi dwar l-oriġini ġeografiku tal-forniment basta li meta tagħmel hekk tassigura għall-utenti, kondizzjonijiet li jkunu mill-anqas daqstant favorevoli daqs dawk indikati fl-ordni ta’ l-utent.
Artikolu 66
Meta l-Kummissjoni ssib, fuq applikazjoni mingħand l-utenti, li l-Aġenzija ma tkunx tista’, f'terminu raġjonevoli, tissodisfa parti jew l-ordni kollha għall-fornimenti jew li tkun tista’ biss twettaqha bi prezz eċċessiv, l-utenti ikollhom id-dritt li jikkonkludu kuntratti direttament għall-fornimenti li jkunu ġejjin minn barra mill-Komunità, basta li kuntratti bħal dawn ikunu sostanzjalment jaqblu mal-ħtiġijiet tagħhom kif speċifikati fl-ordni tagħhom.
Dritt bħal dan għandu jkun mogħti għal terminu ta’ sena u jkun jista’ jiġi mġedded meta s-sitwazzjoni li oriġinalment tkun iġġustifikat l-għoti ta’ dritt bħal dan tibqa teżisti.
L-utenti li japprofittaw irwieħom mid-dritt previst f’dan l-Artikolu għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni il-kuntratti diretti proposti. Il-Kummissjoni tista’, f'terminu ta’ xahar, topponi għall-konklużjoni ta’ kuntratti bħal dawn jekk dawn ikunu kontra l-iskopijiet ta’ dan it-Trattat.
Il-Prezzijiet
Artikolu 67
Salvi l-eċċezzjonijiet previsti f’dan it-Trattat, prezzijiet għandhom ikunu riżultat tal-konfront bejn l-offerta u d-domanda, skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 60; Stati Membri ma jistgħux, permezz ta’ regolamenti nazzjonali, jiksru dawn id-disposizzjonijiet.
Artikolu 68
Il-manipulazzjonijiet kollha tal-prezzijiet maħsuba biex jassiguraw posizzjoni priviliġġata għall-uħud mill- utenti, li jkunu kuntrarji għall-prinċipju ta’ l-aċċess ugwali kif previst b'dan il-Kapitolu, għandhom ikunu pprojbiti.
Jekk l-Aġenzija ssib li xi prattiċi bħal dawn ikunu jeżistu, hi għandha tagħmel rapport dwarhom lill-Kummissjoni.
Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li l-konstatazzjoni ta’ l-Aġenzija tkun ġusta, tista’, fil-każ ta’ offerti kontestati, traġġa' lura l-prezzijiet lejn livell kompatibbli mal-prinċipju ta’ l-aċċess ugwali.
Artikolu 69
Il-Kunsill jista’ jiffissa prezzijiet, billi jaġixxi b’vot unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni.
Meta l-Aġenzija, fl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 60, tiddetermina l-kondizzjonijiet li bihom l-ordnijiet jistgħu jkunu mwettqa, hi tista’ tipproponi aġġustamenti għal uħud mill-utenti li jkunu għamlu ordnijiet lilha.
Disposizzjonijiet dwar il-Politika tal-Forniment
Artikolu 70
Il-Kummissjoni tista’, fil-limiti stabbiliti fl-estimi tal-Komunità, tipparteċipa finanzjarjament, bil-kondizzjonijiet iffissati minnha, f'xi attivitajiet ta’ prospezzjoni fit-territorji ta’ l-Istati Membri.
Il-Kummissjoni tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri bl-iskop li tiżviluppa l-prospezzjoni għal u l-isfruttament ta’ depositi minerali.
Stati Membri għandhom jissottomettu kull sena lill-Kummissjoni rapport dwar l-iżvilupp ta’ prospezzjoni u produzzjoni, dwar riservi probabbli u dwar investiment fil-minieri attwali jew proposti fit-territorji tagħhom. Rapporti bħal dawn għandhom ikunu sottomessi lill-Kunsill flimkien ma’ l-opinjoni tal-Kummissjoni, li għandha partikolarment tikkonċerna l-azzjoni meħudha minn Stati Membri fuq ir-rakkomandazzjonijiet magħmula lilhom skond il-paragrafu preċedenti.
Meta, fuq referenza lilu mill-Kummissjoni, il-Kunsill permezz ta’ vot b’maġġoranza kkwalifikata isib li, minkejja li l-possibilitajiet ta’ estrazzjoni jkunu jidhru bħala ekonomikament ġustifikabbli fuq bażi fit-tul, il-miżuri meħudha għall-prospezzjoni u ż-żieda fl-isfruttament ta’ depositi minerali jibqgħu ikunu sostalzjalment inadekwati, l-Istat Membru kkonċernat għandu, sa kemm ma jkunx ikkorreġa dan l-istat ta’ fatt, jkun meqjus li irrinunzja, kemm għalih innifsu u wkoll għaċ-ċittadini tiegħu, għad-dritt ta’ l-aċċess ugwali għar-riżorsi oħra bħal dawn fil-Komunità.
Artikolu 71
Il-Kummissjoni għandha tgħamel ir-rakkomandazzjonijiet approprijati lill-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam ma’ disposizzjonijiet fiskali jew minerarji.
Artikolu 72
L-Aġenzija tista’, mill-kwantitajiet disponibbli ġewwa jew barra mill-Komunità, tibni ħażniet kummerċjali meħtieġa li jiffaċilitaw il-fornimenti tal-Komunità jew il-forniment kurrenti.
Il-Kummissjoni tista’, fejn neċessarju, tiddeċiedi li tibni ħażniet ta’ riserva. Il-kondizzjonijiet ta’ finanzjament ta’ ħażniet bħal dawn jeħtieġu l-approvazjoni tal-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ vot b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni.
Disposizzjonijiet speċjali
Artikolu 73
Meta ftehim jew konvenzjoni bejn Stat Membru, persuna jew intrapriża, minn naħa waħda, u pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew ċittadin ta’ pajjiż terz, minn naħa l-oħra, ikun fihom ukoll xi disposizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-forniment ta’ prodotti fil-kompetenza ta’ l-Aġenzija, għandu jkun meħtieġ il-kunsens min qabel tal-Kummissjoni għall-konklużjoni u rinnovament ta’ ftehim jew konvenzjonijiet bħal dawn sa fejn tkun konċernata il-konsenja ta’ dawn il-prodotti.
Artikolu 74
Il-Kummissjoni tista’ tagħmel eċċezzjoni mill-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, għat-trasferiment, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ kwantitajiet hekk żgħar ta’ minerali, materji primi jew materjali fissili daqs kemm huma normalment użati fir-riċerka.
Kull trasferiment, importazzjoni jew esportazjoni effetwata bis-saħħa ta’ din id-disposizzjoni għandha tkun innotifikata lill-Aġenzija.
Artikolu 75
Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu m’għandhomx ikunu applikabbli għall-intrapriżi f’dak li għandu x’jaqsam mat-trattament, it-trasformazzjoni tal-ipproċessar ta’ minerali, ta’ materji primi jew materjali speċjali fissili li jsiru bejn:
(a) |
diversi persuni jew intrapriżi, f’każijiet meta l-materjali wara li jkunu ittrattati, ittrasformati jew ipproċessati jkunu ser jintbgħatu lura sussegwentament lill-persuna jew intrapriża oriġinali; |
(b) |
persuna jew intrapriża u organizzazzjoni internazzjonali jew ċittadin ta’ pajjiż terz, f’każijiet meta l-materjali, wara li jkunu ttrattati, ittrasformati jew ipproċessati l-barra mill-Komunità, ikunu mibgħuta lura sussegwentement lill-persuna jew intrapriża ta’ l-oriġini; |
(c) |
persuna jew intrapriża u organizzazzjoni internazzjonali jew ċittadin ta’ pajjiż terz, f’każijiet meta l-materjali, wara li jkunu ttrattati, ittrasformati jew ipproċessati fil-Komunità jkunu jew għandhom jintbgħatu lura sussegwentement lill-organizzazzjonijiet jew ċittadin oriġinali jew mibgħuta lil xi kunsinnatarju, ukoll il-barra mill-Komunità, li jkun ġie nnominat minn dik l-organizzazzjoni jew ċittadin. |
Il-persuni jew intrapriżi kkonċernati għandhom, b’dana kollu, jinnotifikaw lill-Aġenzija bl-eżistenza ta’ l-impriżi bħal dawn u wkoll, mal-firma tal-kuntratt, bl-ammonti tal-materjali involuti. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel oppożizzjoni għall-intrapriżi li hemm referenza għalihom fis-sub-paragrafu b) t’hawn fuq jekk hi tikkonsidra li t-trasformazzjoni jew proċessar involut ma jkunx jista jiġi mwettaq b’effiċjenza, b’sigurtà u mingħajr telf ta’ materjal għad-dettriment tal-Komunità.
Il-materjali kollha koperti b’dawn l-impriżi għandhom, sakemm ikunu fit-territorji ta’ Stati Membri, jkunu suġġetti għall-miżuri ta’ kontroll kif previst fil-Kapitolu 7. Id-disposizzjonijiet tal-Kapitolu 8 m’għandhomx ikunu applikabbli għal xi materjali speċjali fissili koperti minn impriżi li hemm referenza għalihom fis-sub-paragrafu (ċ) t’hawn fuq.
Artikolu 76
Il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ vot unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li l-Parlament Ewropew ikun ġie kkonsultat, jista’, fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni, jemenda d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu partikolarment fil-każ ta’ ċirkustanzi mhux mistennija li joħolqu skarzezza ġenerali. Il-Kummissjoni għandha wkoll teżamina xi talba bħal din miġjuba minn Stat Membru.
Il-Kunsill jista’, fit-terminu ta’ seba' snin wara l-1 ta’ Jannar 1958, jikkonferma dawn id-disposizzjonijiet in toto. Fin-nuqqas ta’ konferma bħal din, għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu preċedenti disposizzjonijiet ġodda li jittrattaw mill-materja suġġett ta’ dan il-Kapitolu.
KAPITOLU 7
Kontroll tas-sigurtà
Artikolu 77
Fil-qafas ta’ dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha tassigura li fit-territorji ta’ l-Istati Membri:
(a) |
minerali, materji primi u materjali speċjali fissili ma jkunux żvijati mill-użu intenzjonat tagħhom bħalma dikjarat mill-utenti; |
(b) |
id-disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-fornimenti u l-obbligi speċjali dwar miżuri ta’ kontroll li l-Komunità tkun assumiet fi ftehim konkluż ma’ pajjiż terz jew ma xi organizzazzjoni internazzjonali, jkunu osservati. |
Artikolu 78
Kull min iwaqqaf jew jopera xi faċilitajiet ta’ produzzjoni, separazzjoni jew użu ta’ materji primi jew materjali speċjali fissili, jew għal trattament ta’ karburanti nukleari irradjati, għandu jagħmel dikjarazzjoni lill-Kummissjoni li fiha juri l-karatteristiċi tekniċi bażiċi ta’ faċilitajiet bħal dawn sal-limitu li l-informazzjoni tkun meħtieġa għat-twettiq ta’ l-iskopijiet dikjarati fl-Artikolu 77.
Il-proċessi li għandhom ikunu wżati għal trattament kikmiku ta’ materjali irradjati, għandhom ikunu suġġetti għall-approvazjoni tal-Kummissjoni sal-limitu li jkun meħtieġ għat-twettiq ta’ l-iskopijiet dikjarati fl-Artikolu 77.
Artikolu 79
Il-Kummissjoni għandha teżiġi li jinżammu u jintwerew reġistri ta’ l-operat biex jista' ikun hemm rendikont għall-minerali, materji primi u materjali speċjali fissili użati jew prodotti. L-istess għandu jkun japplika għat-trasport ta’ materja prima u materjali speċjali fissili.
Dawk li jkunu suġġetti għall-kontroll għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri kkonċernati bil-komunikazzjonijiet li huma jagħmlu lill-Kummissjoni bis-saħħa ta’ l-Artikolu 78 u ta’ l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.
In-natura u l-iskop ta’ l-obbligi li hemm referenza għalihom fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu definiti b’regolamenti mħejjija mill-Kummissjoni u approvati mill-Kunsill.
Artikolu 80
Il-Kummissjoni tista’ tesiġi li xi eċċess ta’ materjali speċjali fissili rkuprati jew prodotti bħala prodott derivat li ma jkunx attwalment użat jew lest għall-użu, li jiġi depożitat għand l-Aġenzija jew f’magażinaġġ li huma jew jistgħu jkunu kkontrollati mill-Kummissjoni.
Il-materjali speċjali fissili hekk depositati għandhom, fuq talba tal-persuni kkonċernati, jingħataw lura lilhom mingħajr dewmien.
Artikolu 81
Il-Kummissjoni tista’ tibgħat spetturi fit-territorji ta’ Stati Membri. Hi għandha, qabel l-ewwel żjara ta’ spettur fit-territorji ta’ xi Stat Membru, tagħmel konsultazzjonijiet dwar iż-żjajjar futuri kollha ta’ dan l-ispettur, ma’ l-Istat Membru kkonċernat.
Malli jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom, l-ispetturi għandhom dritt għall-aċċess il-ħin kollu fil-postijiet kollha u għall-informazzjoni u lejn persuni li, bir-raġuni tal-posizzjoni tagħhom ikunu jittrattaw materjali, apparat jew faċilitajiet suġġetti għall-kontroll previst f’dan il-Kapitolu, sal-limiti meħtieġa għall-kontroll ta’ minerali, materja prima u materjali speċjali fissili, u għall-kontroll ta’ l-osservanza ta’ Artikolu 77. L-Ispetturi nnominati mill-Kummissjoni għandhom ikunu akkompanjati minn rapreżentanti ta’ l-awtoritajiet tal-Istat ikkonċernat, jekk dak l-Istat hekk jitlob, basta li l-ispetturi ma jkunux b’hekk imdewma jew b’mod ieħor imxekkla fl-eżerċizzji tal-funzjonijiet tagħhom.
Fil-każ ta’ oppożizzjoni għal xi spezzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħmel rikors lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għal ħruġ ta’ digriet biex tiġi infurzata l-eżekuzzjoni ta’ l-ispezzjoni. Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jiddeċiedi f'terminu ta’ tlett ijiem.
Jekk ikun hemm xi biża ta’ dewmien, il-Kummissjoni tista’ hija nnifisha toħroġ ordni bil-miktub, fil-forma ta’ deċiżjoni, fis-sens li l-ispezzjoni għandha titwettaq. Din l-ordni għandha tkun sottomessa mingħajr dewmien lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għall-approvazjoni sussegwenti.
Wara l-preżentazjoni tad-digriet jew deċiżjoni, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-Istat ikkonċernat għandhom jassiguraw l-aċċess lill-ispetturi għall-postijiet imsemmija fid-digriet jew deċiżjoni.
Artikolu 82
L-ispetturi għandhom jiġu riklutati mill-Kummissjoni.
Għandhom ikollhom ir-responsabbiltà li jottjenu u jivverifikaw ir-rendikonti msemmija fl-Artikolu 79. Għandhom jagħmlu rapport dwar xi nuqqas ta’ konformità lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni tista’ toħroġ direttiva li tkun tesiġi lill-Istat Membru in kwestjoni li f'terminu preskritt jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirrimedja in-nuqqas ta’ konformità hekk misjub u għandha tinforma lill-Kunsill b’dan.
Jekk l-Istat in kwestjoni ma jkunx konformi mad-direttiva tal-Kummissjoni fiż-żmien indikat, il-Kummissjoni jew xi Stat Membru nteressat jista’, independentament mill-Artikoli 258 u 259 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, jirreferi l-materja immedjatament lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 83
1. Fil-każ ta’ non-konformità ma’ l-obbligi imposti fuq persuni jew intrapriżi permezz tad-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, jistgħu jkunu mposti fuqhom pieni mill-Kummissjoni.
Dawn il-pieni, fl-ordni tal-gravità tagħhom, għandhom ikunu kif ġej:
(a) |
twissija; |
(b) |
it-tneħħija ta’ vantaġġi speċjali, bħal ma huma finanzjament jew għajnuna teknika; |
(c) |
it-tqegħid tad-ditta, għal massimu ta’ erba xhur, taħt l-amministrazjoni ta’ persuna jew bord maħtur konġuntament mill-Kummissjoni u l-Istat li jkollu ġurisdizzjoni fuq dik il-persuna jew intrapriża; jew |
(d) |
l-irtirar sħiħ jew parzjali ta’ materji primi jew materjali speċjali fissibili. |
2. Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jesiġu l-forniment ta’ materja prima jew materjali speċjali fissili fl-implementazzjoni tal-paragrafu preċedenti għandhom ikollhom forza eżekuttiva. Dawn ikunu eżegwibbli fit-territorji ta’ l-Istati Membri skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 164.
Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 157, ir-rikorsi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea kontra deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li timponi xi pieni kif previst fil-paragrafu preċedenti għandhom effett li jissospendu l-eżekuzzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea jista’, b’dana kollu, fuq talba tal-Kummissjoni jew ta’ xi Stat Membru nteressat, tordna li d-deċiżjoni tkun inforzata immedjatament.
Il-protezzjoni ta’ dawk li jkunu sofrew ħsara għandha tkun iggarantita bi proċedura legali xierqa.
3. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri rigward liġijiet u regolament maħsuba biex jassiguraw l-osservanza fit-territorji tagħhom tal-obbligi li joħorġu mid-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.
4. L-Isati Membri għandhom jassiguraw l-infurzar ta’ pieni u, fejn xieraq, li jitħallas kumpens minn dawk responsabbli għan-nuqqas ta’ konformità.
Artikolu 84
L-ebda diskriminazzjoni, fit-twettieq tal-kontroll, m'għandha ssir fuq il-bażi ta’ l-iskop li għalih minerali, materji primi u materjali speċjali fissibili jkunu intiżi.
Il-qasam ta’ l-azzjoni, il-manjera ta’ kontroll u l-poteri tal-korpi responsabbli għall-kontroll għandhom ikunu limitati għall-ħtiġijiet neċessarji biex jintlaħħqu l-iskopijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu.
Il-Kontroll ma jistax ikun estiż għall-materjali ntiżi għall-iskopijiet ta’ difiża li jkunu qiegħdin jiġu speċjalment ipproċessati għal dawk l-iskopijiet jew li, wara li jkunu pproċessati, ikunu, skond pjan operazzjonali, installati jew maħżuna fi stabbiliment militari.
Artikolu 85
Meta ċirkostanzi ġodda hekk jeħtieġu, il-manjiera ta’ l-applikazzjoni ta’ kontroll kif previst f’dan il-Kapitolu tista’, fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni, tkun immodifikata mill-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ vot unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li l-Parlament Ewropew ikun ġie kkonsultat. Il-Kummissjoni għandha wkoll teżamina xi talba bħal din minn Stat Membru.
KAPITOLU 8
Il-proprjetà
Artikolu 86
Il-Materjali speċjali fissili ikunu l-proprjetà tal-Komunità.
Id-dritt tal-Komunità għall-proprjetà jestendi għall-materjali kollha fissili prodotti jew importati minn Stat Membru, persuna jew intrapriża u suġġetti għall-kontroll ta’ sigurtà skond il-Kapitolu 7.
Artikolu 87
Stati Membri, persuni jew intrapriżi ikollhom drittijiet l-aktar wiesgħa għall-użu u għall-konsum ta’ materjali speċjali fissibili li jkunu fil-pussess tagħhom kif xieraq, suġġetti għall-obbligazzjoniji tagħhom li jirriżultaw mid-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontroll ta’ sigurtà, id-dritt ta’ opzjoni mogħti mill-Aġenzija u l-protezzjoni tas-saħħa.
Artikolu 88
L-Aġenzija għandha żżomm fl-isem il-Komunità kont speċjali, imsejjaħ “Il-Kont Finanzjarju tal-Materjali Speċjali Fissili”.
Artikolu 89
1. Fil-Kont Finanzjarju tal-Materjali Speċjali Fissili:
(a) |
il-valur ta’ materjali speċjali fissili mħollija jew imqiegħda għad-disposizzjoni ta’ Stat Membru jew persuna jew intrapriża benefiċjarji, għandu jkun akkreditat lill-Komunità u addebitat lil dak l-Istat Membru, persuna jew intrapriża; |
(b) |
il-valur ta’ materjali speċjali fissili prodotti jew importati minn Stat Membru, persuna jew intrapriża kontribwenti u li jsiru l-proprjetà tal-Komunità għandu ikun addebitat lill-Komunità, u akkreditat lil dak l-Istat, persuna jew intrapriża. Imputazzjoni simili issir meta Stat Membru, persuna jew intrapriża irodd in natura lura bl-istess tip lill-Komunità materjali speċjali fissili li qabel jkunu tħallew jew tqiegħdu għad-disposizzjoni ta’ dak l-Istat, persuna jew intrapriża. |
2. Moviment fil-valur tal-ħażniet ta’ materjali speċjali fissili għandu jiġi ttrattat b'mod fil-kontijiet illi ma jikkawżax xi telf jew qligħ lill-Komunità. Kull telf jew qligħ għandu jmur għall-pussessuri.
3. Il-bilanċi li jirriżultaw min-negozji t’hawn fuq għandhom, fuq talba mill-kreditur, ikunu imħallsa mmedjetament.
4. Għall-iskopijiet tal-Kapitolu preżenti, l-Aġenzija għandha titqies bħala intrapriża f’dak li għandu x’jaqsam ma’ negozji effettwati akkont proprju.
Artikolu 90
Meta ċirkostanzi ġodda hekk jenħtieġu, id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu li għandhom x’jaqsmu mad-dritt tal-Komunità għall-proprjetà jistgħu, fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni, jkunu mmodifikati mill-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ vot unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li l-Parlament Ewropew ikun ġie kkonsultat. Il-Kummissjoni għandha teżamina kull talba bħal din magħmula minn Stat Membru.
Artikolu 91
Il-proprjetà għall-oġġetti, materjali jew assi bħal dawn li mhumiex suġġetti għal xi dritt ta’ proprjetà tal-Kummissjoni skond dan il-Kapitolu għandhom ikunu regolati skond il-leġislazzjoni ta’ kull Stat Membru.
KAPITOLU 9
Is-suq komuni nukleari
Artikolu 92
Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom ikunu applikabbli għall-oġġetti u prodotti msemmija fil-listi li jidhru fl-Anness IV ta’ dan it-Trattat.
Dawn il-listi jistgħu, fuq talba tal-Kummissjoni jew minn Stat Membru, jiġu mmodifikati mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni.
Artikolu 93
L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu bejniethom id-dazji tad-dwana kollha ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni jew dawk l-imposti li jkollhom effetti ekwivalenti u r-restrizzjonijiet kwantitattivi kollha dwar l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, f’dak li għandu x’jaqsam ma’:
(a) |
il-prodotti msemmija fil-listi A1 u A2; |
(b) |
il-prodotti msemmija fil-lista B sa fejn dawn ikunu suġġetti għal tariffa doganali komuni u jkunu koperti b’ċertifikat maħruġ mill-Kummissjoni fis-sens li dawn ikunu intiżi għal skopijiet nukleari. |
It-Territorji extra-Ewropej taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru jistgħu, b’dana kollu, jibqgħu jimponu dazji fuq dawn l-importazzjoni jew l-esportazzjoni jew l-imposti li jkollhom effett ekwivalenti, meta dawn ikunu ta’ natura purament fiskali. Il-livelli jew il-metodi ta’ l-impożizzjoni ta’ dazji jew imposti bħal dawn m’għandhiex tkun tali li toħloq xi diskriminazzjoni bejn dawn l-Istati u Stati Membri oħra.
Artikolu 94 u 95
(Mħassra)
Artikolu 96
L-Istati Membri għandhom jabolixxu r-restrizzjonijiet kollha bbażati fuq ċittadinanza, li kienu saru għall-aċċess minn persuni ta’ ċittadinanza ta’ Stati Membri għall-impjieg ta’ persuni kkwalifikati fil-qasam nukleari, salvi dawk il-limitazzjonijiet li jistgħu jiġu imposti minn neċessitajiet ta’ nteress pubbliku, partikolarment fis-sigurtà pubblika u fis-saħħa pubblika.
Wara li l-Parlament Ewropew ikun ġie kkonsultat, il-Kunsill, li jaġixxi b’vot ta’ maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni li qabel tkun ħadet l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jista' joħroġ direttivi dwar il-mod ta’ applikazjoni ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 97
L-ebda restrizzjoni fuq ċittadinanza ma’ tista' tiġi applikata għall-persuni fiżiċi jew legali, sew pubbliċi jew privati, taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru u li jixtiequ li jipparteċipaw fil-kostruzzjoni fil-Komunità ta’ faċilitajiet nukleari ta’ karattru xjentifiku jew industrijali.
Artikolu 98
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni li jkopru riskji atomiċi.
Wara li l-Parlament Ewropew ikun ġie kkonsultat, il-Kunsill, li jaġixxi b’vot ta’ maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni li qabel tkun ħadet l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, jista' joħroġ direttivi dwar il-mod ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 99
Il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li tiffaċilita il-moviment ta’ kapital biex jiġu iffinanzjati it-tipi ta’ produzzjoni msemmija fil-listi indikati fl-Anness II ta’ dan it-Trattat.
Artikolu 100
(Mħassar)
KAPITOLU 10
Relazzjonijiet barranin
Artikolu 101
Il-Komunità tista’, fil-limiti tal-kompetenza tagħha, tidħol f’obbligi billi tikkonkludi ftehim jew konvenzjonijiet ma’ pajjiż terz, ma’ organizazzjoni internazzjonali jew ma’ ċittadin ta’ pajjiż terz.
Ftehim u konvenzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu innegozjati mill-Kummissjoni skond direttivi maħruġa mill-Kunsill u għandhom ikunu konklużi mill-Kummissjoni bl-approvazjoni tal-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ vot ta’ maġġoranza kkwalifikata.
B’dana kollu, ftehim jew konvenzjonijiet li ma jeħtieġux l-azzjoni tal-Kunsill biex jitwettqu u li jistgħu jiġu esegwiti fil-limiti ta’ l-estimi approprijati, għandhom ikunu nnegozjati u konklużi mill-Kummissjoni, basta li hi żżomm lill Kunsill infurmat b’dan.
Artikolu 102
Kull ftehim jew konvenzjoni li jkun konkluż ma’ pajjiż terz, ma’ organizzazzjoni internazzjonali jew ma’ ċittadin ta’ pajjiż terz u li fih, barra mill-Komunità, xi wieħed jew aktar mill-Istati Membri jkun parti, għandu jidħol fis-seħħ biss wara li l-Istati Membri kollha kkonċernati jkunu nnotifikaw lill-Kummissjoni li dak il-ftehim jew konvenzjoni kien sar applikabbli skond id-disposizzjonijiet tal-liġi proprja tagħhom.
Artikolu 103
Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni xi abbozz ta’ ftehim jew konvenzjoni ma pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew ċittadin ta’ pajjiż terz sa fejn dak il-ftehim jew konvenzjoni jikkonċernaw l-isfera ta’ l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat.
Jekk abbozz ta’ ftehim jew konvenzjoni jkun fih klawsoli li jimpedixxu l-applikazzjoni dan it-Trattat, il-Kummissjoni għandha, fit-terminu ta’ xahar mid-data li rċeviet dik il-komunikazzjoni tagħmel il-kummenti tagħha lill-Istat ikkonċernat.
Dak l-Istat ma’ jistax jikkonkludi il-ftehim jew konvenzjoni proposti jekk ma jkunx elimina l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni jew ma jkunx ikkonforma ruħu mad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, li taġixxi b’urġenza, fuq ir-rikors ta’ dak l-Istat, dwar il-kompatibilità tal-klawsoli proposti mad-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat. L-Istat ikkonċernat jista’ jissottometti ir-rikors tiegħu lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea fi kwalunkwe żmien wara li jirċievi l-kummenti tal-Kummissjoni.
Artikolu 104
L-ebda persuna jew intrapriża li tikkonkludi jew li ġġedded, wara l-1 ta’ Jannar 1958 jew, għal Stati li jingħaqdu, wara d-data ta’ l-Adeżjoni, xi ftehim jew konvenzjoni ma’ pajjiż terz, ma’ organizzazzjoni internazzjonali jew ma’ ċittadin ta’ pajjiż terz, ma tista’ tinvoka dak il-ftehim jew konvenzjoni biex tevita xi obbligi imposti b’dan it-Trattat.
Kull Stat Membru għandu jieħu dawk il-miżuri kollha li jħoss li jkunu meħtieġa sabiex jikkomunika lill-Kummissjoni, jekk ikun obbligat minnha, l-informazjoni li għandha x’taqsam ma’ xi ftehim jew konvenzjoni konklużi wara d-dati li hemm referenza għalihom fl-ewwel paragrafu, fl-ambitu ta’ dan it-Trattat, minn xi persuna jew intrapriża ma’ pajjiż terz, ma’ organizzazzjoni nternazzjonali jew ma’ ċittadin ta’ pajjiż terz. Il-Kummissjoni tista’ biss tobbliga li tingħta din l-informazzjoni għall-iskop li taċċerta li dak il-ftehim jew konvenzjoni ma jkunx fihom klawsoli li jimpedixxu l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat.
Meta jsir rikors mill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha tiddeċiedi jekk dak il-ftehim jew konvenzjoni hux kompatibbli mad-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat.
Artikolu 105
Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat ma jistgħux jiġu invokati bħala ostakolu għat-twettiq ta’ xi ftehim jew konvenzjoni konklużi konklużi qabel l-1 ta’ Jannar 1958 jew, għal Stati li jingħaqdu, qabel id-data ta’ l-Adeżjoni tagħhom, minn Stat Membru’, minn persuna jew minn intrapriża ma pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew ċittadin ta’ pajjiż terz, meta dak il-ftehim jew konvenzjoni jkun ġie kkomunikat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tletin jum mid-dati msemmija qabel.
Kull ftehim jew konvenzjoni konkluż bejn il-25 ta’ Marzu 1957 u l-1 ta’ Jannar 1958 jew, għal Stati li jingħaqdu, bejn il-firma ta’ l-istrument ta’ l-Adeżjoni u d-data ta’ l-Adeżjoni tagħhom minn persuna jew intrapriża ma pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew ċittadin ta’ pajjiż terz ma jistax jiġi nvokat bħala ostakolu għal dan it-Trattat jekk, fl-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea li tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors tal-Kummissjoni wieħed mill-motivi essenzjali ta’ waħda mill-partijiet fil-konklużjoni ta’ ftehim jew konvenzjoni bħal dawk kien li jevita d-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat.
Artikolu 106
L-Istati Membri li, qabel l-1 ta’ Jannar 1958 jew, għal Stati li jingħaqdu, qabel id-data ta’ l-Adeżjoni tagħhom, ikunu kkonkludew ftehim ma’ pajjiżi terzi għall- kooperazjoni fil-qasam ta’ l-enerġija nukleari, għandhom flimkien mal-Kummissjoni, jidħlu f’negozjati meħtieġa ma’ dawk il-pajjiżi terzi sabiex, sa fejn ikun possibli, jaraw li d-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minn ftehim bħal dak, jiġu assunti mill-Komunità.
Kull ftehim ġdid li joħroġ minn negozjati bħal dawn għandu jeħtieġ il-kunsens ta’ l-Istat Membru jew ta’ l-istati firmatarji ta’ l-imsemmi ftehim kif ikoll l-approvazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi permezz ta’ vot b’maġġoranza kkwalifikata.
TITOLU III
DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
KAPITOLU 1
Applikazzjonijiet ta’ ċerti dispożizzjonijiet tat-trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-trattat dwar il-funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea
Artikolu 106a
1. L-Artikolu 7, l-Artikoli 13 sa 19, l-Artikolu 48(2) sa (5), u l-Artikoli 49 u 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 15, l-Artikoli 223 sa 236, l-Artikoli 227 sa 244, l-Artikolu 245, l-Artikoli 246 sa 270, l-Artikoli 272, 273 u 274, l-Artikoli 277 sa 281, l-Artikoli 285 sa 304, l-Artikoli 310 sa 320, l-Artikoli 322 sa 325 u l-Artikoli 336, 342 u 344, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, għandhom japplikaw għal dan it-Trattat.
2. Fil-qafas ta’ dan it-Trattat, ir-referenzi għall-Unjoni, għat-“Trattat dwar l-Unjoni Ewropea”, għat-“Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea” jew għat-“Trattati” fid-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 u kif ukoll dawk fil-protokolli annessi kemm għall-imsemmija Trattati u ma’ dan it-Trattat, għandhom jiġu kkunsidrati, rispettivament, bħala referenzi għall-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika u għal dan it-Trattat.
3. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea m'għandhomx jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Trattat.
KAPITOLU 2
L-istituzzjonijiet tal-komunità
Il-Parlament Ewropew
Artikoli 107 sa 114
(Mħassra)
Il-Kunsill
Artikoli 115 sa 123
(Mħassra)
Il-Kummissjoni
Artikoli 124 sa 133
(Mħassra)
Artikolu 134
1. Għandu jitwaqqaf Kumitat Xjentifiku u Tekniku, bi status konsultattiv, li jkun anness mal-Kummissjoni.
Dan il-Kumitat għandu jkun ikkonsultat fil-każijiet kollha previsti f’dan it-Trattat. Jista’ jkun ikkonsultat fil-każijiet meta l-Kummissjoni tikkonsidra li dan ikun opportun.
2. Il-Kumitat għandu jikkonsisti minn wieħed u erbgħin membru, maħtura mill-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.
Il-Membri tal-Kumitat għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom għal terminu ta’ ħames snin. Dan il-mandat jista’ jiġġedded. Ma jistgħux ikunu marbuta b’xi struzzjonijiet mandatarji.
Il-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għandu ta’ kull sena jaħtar il-President u l-uffiċjali tiegħu minn fost il-membri tiegħu stess.
Artikolu 135
Il-Kummissjoni tista’ tagħmel konsultazzjonijiet u twaqqaf kumitati ta’ studju kif meħtieġ biex twettaq dmirijietha.
Il-qorti tal-ġustizzja ta’ l-unjoni ewropea
Artikoli 136 sa 143
(Mħassra)
Artikolu 144
Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jkollu ġurisdizzjoni sħiħa f’dak li għandu x’jaqsam ma’:
(a) |
proċedimenti mibdija taħt l-Artikolu 12, bil-ħsieb li jiġu determinati il-kundizzjonijiet xierqa għall-għoti mill-Kummissjoni ta’ liċenzji u sub-liċenzji; |
(b) |
rikorsi miġjuba minn persuni jew intrapriżi kontra xi pieni imposti fuqhom mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 83. |
Artikolu 145
Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li persuna jew intrapriża jkunu kkomettew xi ksur ta’ dan it-Trattat li għalih id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 83 ma jkunux applikabbli, din għandha tistieden lill-Istat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni fuq dik il-persuna jew intrapriża li jimponi pieni skond il-leġislazzjoni nazzjonali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dan il-ksur.
Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jikkonformax ma’ din l-istedina fit-terminu stabbilit mill-Kummissjoni, din ta’ l-aħħar tista’ tirreferi l-materja lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea bl-iskop li tistabilixxi li dak il-ksur ikun ġie mwettaq mill-persuna jew mill-intrapriża kkonċernata.
Artikoli 146 sa 156
(Mħassra)
Artikolu 157
Ħlief fejn hemm disposizzjoni mod ieħor f’dan it-Trattat, rikorsi sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandhomx ikollhom effett li jissospendu eżekuzzjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea tista’, b’dana kollu, jekk tikkonsidra li ċ-ċirkostanzi hekk jenħtieġu, tordna sospenzjoni ta’ l-eżekuzjoni ta’ l-att li jkun sar ir-rikors kontra tiegħu.
Artikoli 158 sa 160
(Mħassra)
Il-Qorti ta’ l-Awdituri
Artikoli 160a sa 160ċ
(Mħassra)
KAPITOLU 3
Disposizzjonijiet komuni għal diversi istituzzjonijiet
Artikoli 161 sa 163
(Mħassra)
Artikolu 164
L-infurzar għandu jkun irregolat skond il-proċedura ċivili in vigore f’dak l-Istat li fit-territorju tiegħu iseħħ. Id-digriet ta’ eżekuzzjoni għandu jkun ippreżentat, mingħajr ebda formalità oħra ħlief tal-verifika dwar l-awtentiċità tad-dokument, minn awtorità nazzjonali li l-gvern ta’ kull Stat Membru jkun innomina għal dan l-iskop u li dwar dan ikun ta avviż lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea u lill-Kumitat ta’ Arbitraġġ imwaqqaf skond l-Artikolu 18.
Wara t-twettiq ta’ dawn il-formalitajiet fuq it-talba tal-parti konċernata, din ta’ l-aħħar tista' tipproċedi bl-eżekuzzjoni skond il-liġi nazzjonali, billi tressaq il-kwistjoni direttament quddiem l-awtorita’ kompetenti.
L-infurzar jista' jiġi sospiż biss b’ deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-verifika tar-regolarità tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni tkun fil-kompetenza ta’ l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali.
KAPITOLU 4
Il-kumitat ekonomiku u soċjali
Artikoli 165 sa 170
(Mħassra)
TITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI PARTIKOLARI
Artikolu 171
1. L-Estimi għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja tad-dħul u ta’ l-infiq kollu tal-Komunità, barra minn dawk ta’ tal-Aġenzija u l-Intrapriżi Konġunti, u għandhom jidhru jew fil-budget operattiv jew fil-budget ta’ riċerka u nvestiment.
Id-dħul u l-infiq tal-budget għandhom jibbilanċjaw.
2. L-Estimi tad-dħul u l-infiq ta’ l-Aġenzija, li topera skond l-użu normali tan-negozju, għandhom jidhru f'dikjarazzjoni separata.
Il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-estimi, l-implementazzjoni u l-verifika tad-dħul u l-infiq għandhom ikunu iffissati, wara li jkunu ġew ikkonsidrati l-istatuti ta’ l-Aġenzija, fir-regolamenti finanzjarji adottati bis-saħħa ta’ l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.
3. L-Estimi tad-dħul u l-infiq, flimkien ma’ l-kontijiet ta’ l-attivitajiet u l-balance-sheet ta’ l-Intrapriżi Konġunti għal kull sena finanzjarja, għandhom ikunu trasmessi lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-istatuti ta’ dawk l-Intrapriżi.
Artikolu 172
1. (mħassar)
2. (mħassar)
3. (mħassar)
4. Is-Self għal finanzjament ta’ riċerka jew investiment għandu jsir b’kuntratt fuq kondizzjonijiet stabbilitu mill-Kunsill, li jaġixxi skond id-disposizzjoni dwar dan fl-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Komunità tista’ tieħu self mis-suq kapitali ta’ xi Stat Membru skond id-disposizzjonijiet legali li japplikaw għal materji interni jew, meta disposizzjonijiet bħal dawn ma jkunux jeżistu fi Stat Membru, wara li jkun intlaħaq ftehim bejn dak l-Istat Membru u l-Kummissjoni f’dak li għandu x’jaqsam mas-self propost.
Il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ma jistax ikun miċħud sakemm ma jkunx hemm biża ta’ disturb serju fis-suq kapitali tiegħu.
Artikoli 173 u 173a
(Mħassra)
Artikolu 174
1. In-nefqa li tidher fil-budget operattiv għandha tinkludi, partikolarment:
(a) |
l-ispejjeż amministrattivi; |
(b) |
l-infiq li għandu x’jaqsam mal-kontroll ta’ sigurtà u protezzjoni tas-saħħa. |
2. In-nefqa li tidher fil-budget ta’ riċerka w investiment għandha tinkludi, partikolarment:
(a) |
l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni tal-programm ta’ riċerka tal-Komunità; |
(b) |
kull parteċipazzjoni eventwali fil-kapital ta’ l-Aġenzija u fl-ispejjż ta’ investimenti tagħha; |
(c) |
l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ tagħmir ta’ stabbilimenti tat-tagħlim; u |
(d) |
kull parteċipazjoni eventwali fl-Intrapriżi Konġunti u f’operazzjonijiet konġunti determinati. |
Artikolu 175
(Mħassar)
Artikolu 176
1. L-approprazzjonijiet għal riċerka u investiment soġġetti għal-limiti li jirriżultaw minn programmi jew deċiżjonijiet dwar spiża li, bis-saħħa ta’ dan it-Trattat, jeħtieġu l-vot unanimu tal-Kunsill, għandhom jinkludu:
(a) |
is-somom kommessi fil-budget biex ikopru oqsma individwali meqjusa bħala entità koerenti; |
(b) |
l-awtorizzazzjoni ta’ pagament li tirrapreżenta s-somma massima pagabbli kull sena biex tkopri mpenji meħduda skond paragrafu (a). |
2. L-iskeda tas-somom kommessi u tal-pagamenti għandu jkun anness ma’ l-abbozz ta’ estimi korrespondenti proposti mill-Kummissjoni.
3. L-approprazjonijiet għal riċerka u investiment għandhom ikunu stabbiliti taħt diversi ntestaturi, skond it-tip jew l-għan ta’ dik l-ispiża u sotto-diviżi, kemm ikun meħtieġ, skond ir-regolamenti adottati bis-saħħa ta’ l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.
4. L-awtorizzazzjonijiet ta’ pagamenti li ma jsirux għandhom jinġarru għas-sena finanzjarja ta’ wara b’deċiżjoni tal-Kummissjoni, sakemm il-Kunsill ma jiddeċediex mod ieħor.
Artikoli 177 sa 181
(Mħassra)
Artikolu 182
1. Il-Kummisssjoni tista’, basta tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati, tittrasferixxi l-ammonti li jkollha f'munita ta’ xi Stat Membru għall-munita ta’ xi Stat Membru ieħor, sakemm dan ikun meħtieġ sabiex tgħin ħalli dawn il-fondi jintużaw għall-iskopijiet li għalihom ikunu ntenzjonati b’dan it-Trattat. Il-Kummissjoni għandha sakemm ikun possibli, tevita trasferimenti bħal dawn jekk ikollha assi likwidi u disponibbli fil-muniti li hi jkollha bżonn.
2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika ma’ kull Stat Membru permezz ta’ l-awtorità nnominata mill-Istat. Għat-twettiq tal-operazjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbilità li tagħmel użu mis-servizzi tal-bank li jkun għamel it-transazzjoni ta’ l-Istat Membru kkonċernat jew xi stituzjoni finanzjarja oħra approvata minn dak l-Istat.
3. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ nfiq li għandu jsir mill-Komunità fil-muniti ta’ pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill, qabel ma l-budget ikun ġie finalment adottat, programm li juri id-dħul u l-infiq intenzjonat fil-muniti differenti.
Dan il-programm għandu jkun approvat mill-Kunsill, li jaġixxi permezz b'vot ta’ maġġoranza kwalifikata. Jista’ jiġi emendat matul is-sena finanzjarja skond l-istess proċedura.
4. Il-Fondi fil-muniti ta’ pajjiżi terzi, meta meħtieġa sabiex jintlaħqu l-ispejjeż li jidhru fil-programm imsemmi f’paragrafu 3, għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skond l-iskali li hemm disposizzjoni dwarhom fl-Artikolu 172. L-istess skali għandhom ikunu applikati wkoll mill-Istati Membri għal muniti ta’ pajjiżi terzi miġbura mill-Kummissjoni.
5. Il-Kummissjoni tista’ tiddisponi liberament mill-fondi tal-muniti ta’ pajjiżi terzi li tkun akkwistat permezz ta’ self li joriġina minn dawn il-pajjiżi.
6. L-arranġamenti għall-kambju stabbiliti fil-paragrafi preċedenti jistgħu jkunu disponibbli kollha jew in parti għall-Aġenzija u għall-Intrapriżi Konġunti w jistgħu ikunu adattati għall-ħtiġijiet operazzjonali tagħhom mill-Kunsill b'vot unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni.
Artikoli 183 u 183a
(Mħassra)
TITOLU V
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 184
Il-Komunità għandu jkollha personalità ġuridika.
Artikolu 185
F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Komunità għandha tippossjedi il-kapaċità ġuridika l-iktar wiesa' mogħtija lill-persuni ġuridiċi bil-liġijiet nazzjonali; b’mod partikolari, hija tkun tista’ tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tkun parti fi proċeduri legali. Għal dan il-għan, il-Komunita’ għandha tkun rappreżentata mill-Kummissjoni.
Artikolu 186
(Mħassar)
Artikolu 187
Biex twettaq il-kompiti fdati lilha, il-Kummissjoni tista’ tiġbor kull tagħrif u tagħmel il-verifiki kollha meħtieġa fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat.
Artikolu 188
Ir-responsabbiltà kontrattwali tal-Komunità għandha tkun regolata bil-liġi applikabbli għall-kuntratt in kawża.
F’dak li għandha x’taqsam ir-responsabbiltà mhuxkontrattwali, il-Komunità għandha bi qbil mal-prinċipji ġenerali komuni għall-liġijiet ta’ Stati Membri, tħallas kumpens għal xi ħsara kkawżata mill-istituzzjonijiet tagħha jew mill-aġenti tagħha fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.
Ir-responsabbiltà personali ta’ l-aġenti lejn il-Komunità għandha tkun iddeterminata fid-disposizzjonijiet li jistabilixxu l-istatut jew il-kondizzjonijiet ta’ l-impieg applikabbli għalihom.
Artikolu 189
Is-sedi ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri.
Artikolu 190
(Mħassar)
Artikolu 191
Il-Komunità għandha tgawdi fit-territorji ta’ l-Istati Membri dawk il-pivileġġi u l-immunitajiet li jkunu meħtieġa għat-twettiq tad-doveri tagħha, taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 192
L-Istati Membri għandhom jieħdu il-miżuri ġenerali jew partikolari li jkunu approprjati ħalli jassiguraw it-twettieq tal-obbligi li joħorġu minn dan it-Trattat jew li jirriżultaw minn atti ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità. Għandhom jiffaċilitaw lill-Komunità l-otteniment tal-miri tagħha.
Għandhom jibqgħu lura milli jieħdu miżuri li aktarx ifixklu l-otteniment ta’ l-iskopijiet ta’ dan it-Trattat.
Artikolu 193
L-Istati Membri jobbligaw ruħhom li ma jissottomettux kwistjoni dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat għal xi metodu ta’ soluzzjoni li ma jkunx wieħed minn dawk previsti fit-Trattat.
Artikolu 194
1. Il-membri ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità, il-membri tal-kumitati, l-uffiċjali u mpjegati oħra tal-Komunità, u l-persuni oħra li l-funzjonijiet tagħhom jew li r-relazjonijiet pubbliċi jew privati tagħhom ma’ l-istituzzjonijiet jew faċilitajiet tal-Komunità jew ma’ l-Impriżi Konġunti, jagħmluha meħtieġa għax-xogħol tagħhom li jakkwistaw jew jirċievu komunikazzjonijiet ta’ xi fatti, informazzjoni, tagħrif, dokumenti jew materji li huma kklassifikati bis-saħħa ta’ disposizzjonijiet maħruġa minn Stat Membru jew xi istituzzjoni tal-Komunità, għandhom, anki wara li jispiċċaw minn dawn il-funzjonijiet jew relazjonijiet, iżommu s-segretezza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ xi persuna mhux awtorizzata jew mal-pubbliku ġenerali.
Kull Stat Membru, għandu jikkonsidra kull ksur ta’ din l-obbligazzjoni bħala vjolazzjoni tal-materji klassifikati tiegħu, li jkun suġġett f’dak li għandu x’jaqsam kemm mas-sustanza u l-ġurisdizzjoni, għad-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni tiegħu li tikkonċerna il-periklu għas-sigurtà ta’ l-Istat jew il-kxif ta’ sigrieti professjonali. Għandu, fuq talba ta’ xi Stat Membru kkonċernat jew mill-Kummissjoni, jipproċedi kontra kull persuna li tkun ikkomettiet dak il-ksur fil-ġurisdizzjoni tiegħu.
2. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni d-disposizzjonijiet kollha li jirregolaw it-territorji tiegħu il-klassifika u s-sigurtà ta’ l-informazjoni, it-tagħrif, id-dokumenti jew il-materji li għandhom x’jaqsmu mal-qasam ta’ l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat.
Il-Kummisssjoni għandha tassigura li dawn id-disposizzjonijiet ikunu kkomunikati lill-Istati Membri l-oħra.
Kull Stat Membru għandu jieħu l-passi approprjati biex jiffaċilita t-twaqqif gradwali ta’ sistema ta’ ħarsien ta’ sigurtà kemm jista' jkun possibbli uniformi u komprensiv. Il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta l-Istati Membri kkonċernati, tagħmel xi rakkomandazzjonijiet għal dan l-iskop.
3. L-istituzjonijiet tal-Komunità u l-faċilitajiet tagħhom kif ukoll ta’ l-Intrapriżi Konġunti, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li jirrigwardjaw il-ħarsien tas-sigurtà li jkunu eżistenti fit-territorju li fih kull wieħed minnhom jkun jinsab.
4. Meta xi awtorizzazzjoni biex ikunu akwsitati xi fatti, xi informazzjoni, xi dokumenti jew xi materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-oqsma ta’ l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat u protetti permezz ta’ klassifikazjoni tkun ġiet mogħtija jew minn xi istituzzjoni tal-Komunità jew minn xi Stat Membru lil xi persuna nvoluta fl-attivitajiet fil-qasam ta’ l-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat, awtorizzazzjoni bħal dik għandha tkun rikonoxxuta minn kull istituzzjoni oħra u minn kull Stat Membru ieħor.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx ikunu ta’ l-ostakolu għall-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet speċjali li jirriżultaw minn ftehim konkluż bejn xi Stat Membru u pajjiż terz jew minn xi organizzazzjoni internazzjonali.
Artikolu 195
L-istituzzjonijiet tal-Komunità, kif ukoll ta’ l-Aġenzija u ta’ l-Intrapriżi Konġunti għandhom, fl-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat, jikkonformaw rwieħhom mal-kondizzjonijiet, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ aċċess għal minerali, materji primi u materjali speċjali fissibili, imposti bir-regolamenti nazzjonali maħruġa għal raġunijiet ta’ ordni pubblika jew saħħa pubblika.
Artikolu 196
Għall-iskopijiet ta’ dan it-Trattat u ħlief fejn hemm previst mod ieħor,
(a) |
il-kelma “persuna” għandha tfisser kull persuna fiżika li tkun tiżvolġi parti jew kollha kemm hi l-attività tagħha fejn għandu x'jaqsam qasam definit f'kapitolu approprjat ta’ dan it-Trattat, fit-territorji ta’ Stati Membri; |
(b) |
il-kelma “intrapriża” għandha tfisser kull intrapriża jew istituzzjoni li tkun tiżvolġi parti jew kollha kemm hi l-attività tagħha taħt l-istess kondizzjonijiet, independentament minn x’ ikun l-istatus tagħħa kemm pubbliku jew privat. |
Artikolu 197
Għall-iskopijiet ta’ dan it-Trattat:
1. |
Il-frażi “materjali speċjali fissili” għandha tfisser plutonju 239, uranju 233, uranju imsaħħaħ bl- Iżotopi 235 jew 233, u kull materjal li jkun fih wieħed jew aktar minn dawn imsemmija, u xi materjali bħal dawn oħra fissili hekk kif ikunu definit mill-Kunsill li b'vot ta’ maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni; imma l-frażi “materjali speċjail fissili” m’għandiex tinkludi materja prima; |
2. |
Il-frażi “uranjum imsaħħaħ bl-iżotop 235 jew 233” għandha tfisser uranju li jkun fih l-iżotopji 235 jew 233 jew it-tnejn f’ammont tali li r-relattività bejn is-somma ta’ dawn l-iżotopi għal dik ta’ l-iżotupu 238 tkun akbar mir-relatività bejn l-iżotopu 235 u l-iżotopu 238 kif tinstab fin-natura; |
3. |
Il-frażi “materja prima” għandha tfisser unranju li jkun fih taħlita ta’ l-iżotopi kif jinstabu fin-natura, uranju imnaqqas bl-iżotopu 235; xi forom mettaliċi ta’ dawn imsemmija, liega, komponenti kimiċi, jew konċentrat; xi materjal ieħor li jkun fih wieħed jew aktar minn dawn imsemmija f'konċentrazzjoni tali hekk kif għandha tkun definita mill-Kunsill, b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni; |
4. |
Il-kelma “minerali” għandha tfisser kull minerali li jkun fihom medja tali ta’ konċentrazzjoni hekk kif għandha tkun definita mill-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, ta’ sustanzi li minnhom il-materja prima definita hawn fuq għandha tkunu estratta bi trattament kimiku jew fiżiku approprjat. |
Artikolu 198
Ħlief fejn hemm mod ieħor ipprovdut id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat għandhom ikunu applikabbli għat-territorji Ewropej ta’ Stati Membri, u għal territorji extra Ewropej li jkunu suġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom.
Dawn id-disposizzjonijiet għandhom ikunu applikabbli wkoll għal territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom ikunu r-responsabbiltà ta’ Stat Membru.
Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat għandhom japplikaw għall-Gżejjer Åland skond id-disposizzjonijiet kif stabbiliti fil-Protokoll Nru 2 ta’ l-Att li jikkonċerna il-kondizzjonijiet ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta’ l-Isvezja.
Minkejja l-paragrafi ta’ qabel:
(a) |
Dan it-Trattat m'għandux japplika għall-Gżejjer Faroe. Dan it-Trattat m'għandux japplika għall-Goenlandja; |
(b) |
Dan it-Trattat m'għandux japplika għall-bażijiet sovrani tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f’Ċipru; |
(c) |
Dan it-Trattat ma japplikax għal dawk il-pajjiżi barra mill-Ewropa u t-territorji li għandhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq li mhumiex elenkati fl-Anness II li jinsab mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea; |
(d) |
Dan it-Trattat japplika għaċ-Channel Islands u l-Isle Of Man biss sal-limitu li hu meħtieġ biex tiġi assigurata l-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti għal dawk il-gżejjer stipulati fit-Trattat dwar l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-Komunità Ekonomika Ewropea u mal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar iffirmat fit-22 ta’ Jannar 1972. |
(Il-punt (e) tħassar)
Artikolu 199
Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli li tassigura il-kuntatti kollha utili ma’ l-organi tan-Nazzjonijiet Uniti, ta’ l-aġenziji speċjalizzati tagħhom u ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
Hi għandha wkoll iżżomm dawk ir-relazzjonijiet opportuni ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha.
Artikolu 200
Il-Komunita' għandha tistabilixxi kull forma ta’ kooperazzjoni xierqa mal-Kunsill ta’ l-Ewropa.
Artikolu 201
Il-Komunità għandha tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Organizzazzjoni għal Kooperazzjoni Ekonmika u l-Iżvilupp, u d-dettalji tagħhom jiġu stabbiliti bi qbil bejniethom.
Artikolu 202
Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat m'għandhomx ikunu ta’ ostakolu għall-eżistenza jew l-istabbiliment ta’ l-unjonijiet reġjonali bejn il-Belġju u l-Lussemburgu, u bejn il-Belġju, il-Lussemburgu u l-Olanda, sa fejn l-għanijiet ta’ dawn l-unjonijiet reġjonali ma jinkisbux bl-applikazzjoni ta’ dan it-Trattat.
Artikolu 203
Jekk ikun jidher meħtieġ li l-Komunità tieħu azzjoni biex jintlaħaq xi wieħed mill-għanijiet tal-Komunità, u jekk dan it-Trattat ma jkunx ipprovda għal xi setgħa t'azzjoni hekk meħtieġa għal dan il-għan, il-Kunsill, b'vot unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jieħu l-passi xierqa.
Artikoli 204 u 205
(Mħassra)
Artikolu 206
Il-Komunità tista' tikkonkludi ma’ xi wieħed mill-Istati jew iktar jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali akkordji li jistabilixxu assoċjazzjoni li tinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi, azzjoni komuni u proċeduri speċjali.
Dawn l-akkordji għandhom jiġu konklużi mill-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew.
Meta akkordji bħal dawn jeħtieġu emendi f'dan it-Trattat, dawn l-emendi għandhom l-ewwel jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 48(2) sa (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 207
Il-Protokolli annessi ma’ dan it-Trattat bi ftehim bejn l-Istati Membri għandhom jifformaw parti integrali mill-istess Trattat.
Artikolu 208
Dan it-Trattat qed jiġi konkluż għal żmien indeterminat.
TITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET RELATTIVI GĦALL-PERIJODU INIZJALI
(Mħassar)
Artikoli 209 sa 223
(Mħassra)
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 224
Dan it-Trattat għandu jiġi ratifikat mill-Partijiet Għolja Kontraenti skond ir-regoli kostituzzjonali rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta’ ratifika għandhom jiġu depositati mal-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Italja.
Dan it-Trattat jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara li jkun ġie depożitat l-istrument ta’ ratifika minn dak l-Istat firmatarju li jkun l-aħħar li jwettaq din il-formalità. Madankollu, jekk dan id-depożitu jsir inqas minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tax-xahar li jmiss, dan it-Trattat ma jidħolx fis-seħħ qabel l-ewwel jum tat-tieni xahar li jkun imiss wara d-data ta’ dak id-depożitu.
Artikolu 225
Dan it-Trattat, magħmul f'kopja waħda, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Olandiż u bit-Taljan, l-erba testi meqjusa bħala awtentiċi ndaqs, għandu jitqiegħed fl- arkivji tal-Gvern tar-Repubblika ta’ l-Italja, li għandu jibgħat kopja vera ċertifikata tiegħu lil kull wieħed mill-Gvernijiet ta’ l-Istati firmatarji l-oħra.
Skond it-Trattati ta’ l-Adeżjoni, il-verżjoni bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Ingliż, bl-Eston, bil-Finlandiż, bil-Grieg, Bl-Ungeriż, bl-Irlandiż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Isvediż ta’ dan it-Trattat għandhom ukoll ikunu awtentiċi.
B’XHIEDHA TA' DAN il-Plenipotenzjarji sottofirmati qiegħdu l-firma tagħhom fl-aħħar ta’ dan it-Trattat.
Magħmul f’Ruma, fil-ħamsa u għoxrin jum ta’ Marzu fis-sena elf disa mija u seba u ħamsin.
(Il-lista tal-firmatarji mhix riprodotta)
(1) Minn dak iż-żmien saru membri tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika r-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika ta’ l-Aswtrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq.
ANNESSI
ANNESS I
L-OQSMA TAR-RIĊERKA TA’ L-ENERĠIJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4 TAT-TRATTAT
I. Materjali primarji
1. |
Metodi ta’ prospezzjoni u estrazzjoni partikolari għall-minieri ta’ materi bażiċi (uranju, torju u prodotti oħra ta’ mportanza speċjali għall-enerġija nukleari). |
2. |
Metodi għall-konċentrazzjoni ta’ dawn il-materjali u għall-konverżjoni tagħhom f'komposti ta’ purità teknika. |
3. |
Metodi għall-konverżjoni ta’ dawn il-komposti ta’ purità tekinika f’komponenti u metalli ta’ kwalità nukleari. |
4. |
Metodi għall-konverżjoni u għall-ipproċessar ta’ dawn il-komposti u metalli - u wkoll ta’ plutonju, ta’ uranju 235 jew 233, sew jekk puri jew assoċjati ma’ dawn il-komponenti jew metalli - bl-industriji kimiċi, taċ-ċeramika jew metallurġiċi, għal elementi ta' karburanti. |
5. |
Metodi ta' protezzjoni għal dwan l-elementi ta’ karburanti kontra l-korrojoni jew l-erożjoni minn aġenti esterni. |
6. |
Metodi għall-produzzjoni, raffinar, ipproċessar u preservazzjoni ta’ materjali speċjali oħra fil-qasam ta’ l-enerġija nukleari, partikolarment:
|
7. |
Metodi ta’ separazzjoni ta’ l-iżotopi:
|
II. Il-fiżika applikata għall-enerġija nukleari
1. |
Il-Fiżika teoretika applikata:
|
2. |
Il-Fiżika sperimentali applikata:
|
3. |
Il-Kalkoli ta’ reatturi:
|
III. Il-kimika fiżika tar-reatturi
1. |
L-Istudju tat-tibdil fiżiku u kimiku fi strutturi u tal-modifiki tal-proprjetajiet tekniċi ta’ materjali varji f’reatturi taħt l-effett ta’:
|
2. |
L-Istudju tad-disintegrazzjoni u fenomeni oħra kaġunati mir-radjazzjoni
|
3. |
Il-Kimika analitika u il-kimika fiżikali analitika applikati għall-partijiet kostitwenti ta’ reatturi. |
4. |
Il-Kimika fiżika tar-reatturi omoġeniji: ir-radjo-kimika, korrużjoni. |
IV. L-ipproċessar ta’ materjali radjo-attivi
1. |
Il-Metodi ta’ estrazzjoni ta’ plutonju u ta' uranju 233 minn karburanti irradjati, l-irkupru eventwali ta’ uranju jew torju. |
2. |
Il-Kimika u l-metallurġija tal-plutonju. |
3. |
Il-Metodi ta’ l-estrazzjoni u l-kimika ta’ l-elementi l-oħra transuraniċi. |
4. |
Il-metodi ta’ l-estrazzjoni u l-kimika ta’ radjo-iżotopi użabbli:
|
5. |
Il-ġbir u ż-żamma ta’ skart radjoattiv inutli. |
V. L-applikazzjonijiet ta’ radjo-elementi
L-Applikazzjonijiet ta’ radjo-elementi kemm bħala elementi attivi u kemm bħala elementi li jintraċċaw fi:
(a) |
l-oqsma ndustrijali u xjentifiċi; |
(b) |
l-oqsma terawpetiċi u bijoloġiċi; |
(c) |
l-agrikoltura. |
VI. L-istudju ta’ l-effetti noċivi minn radjazzjoni fuq esseri ħajjin
1. |
L-istudju tas-sejbien u tal-kejl ta’ radjazzjoni noċiva. |
2. |
L-istudju ta’ prevenzjoni u protezzjoni adegwata u tar-regoli ta’ sigurtà korrespondenti. |
3. |
L-istudju ta’ trattamenti terawpetiċi kontra l-effett ta’ radjazzjoni. |
VII. Apparat
Studji bil-ħsieb tal-kostruzzjoni u titjib f’apparati speċjali intenzjonati mhux biss għar-reatturi imma wkoll għar-riċerka u għall-impjant kollu meħtieġ għall-programm fuq imsemmi. B'eżempju jissemmew:
1. |
It-tagħmir mekkaniku li ġej:
|
2. |
It-tagħmir elettriku li ġej:
|
VIII. L-ekonomija tal-produzzjoni ta’ l-enerġija
1. |
L-istudju komparattiv, teoretiku u sperimentali tal-varji tipi ta’ reatturi. |
2. |
L-istudju tekniku u ekonomiku taċ-ċikli tal-karburanti. |
ANNESS II
L-OQSMA TA’ L-INDUSTRIJA LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 41 TAT-TRATTAT
1. |
L-estrazzjoni ta’ minerali ta’ l-uranju u t-torju. |
2. |
Il-konċentrazzjoni ta’ minerali ta’ uranju u torju. |
3. |
L-ipproċessar kemikali u raffinar ta’ konċentrati ta’ uranju u torju. |
4. |
L-ipproċessar ta’ karburanti f’kull għamla. |
5. |
Il-manifattura ta’ l-elementi ta’ karburanti. |
6. |
Il-manifattura ta’ l-eżafluworidu ta' l-uranju. |
7. |
Il-produzzjoni ta’ uranju arrikkit. |
8. |
L-ipproċessar ta’ karburanti irridjati għall-iskop tas-separazjoni ta’ l-elementi kontenuti kollha jew xi wħud minnhom. |
9. |
Il-produzzjoni ta’ moderaturi ta' reattur. |
10. |
Il-produzzjoni ta’ żirkonju ħieles mill ħafnju jew il-komponenti tiegħu. |
11. |
Ir-reatturi nukleari ta’ kull tip u għall-iskopijiet kollha. |
12. |
L-impjanti għall-iproċessar industrijali ta’ l-iskart radjo-attiv, stabbiliti b’konnessjoni ma’ wieħed jew aktar impjanti, definiti b’din il-lista. |
13. |
L-impjanti semi-industrijali intenzjonati bħala preliminari għall-kostruzzjoni ta’ fabbriki li jappartjenu għall-oqsma 3 sa 10 inklużi. |
ANNESS III
IL-VANTAĠĠI LI JISTGĦU JINGĦATAW LILL-INRAPRIŻI KONĠUNTI SKOND L-ARTIKOLU 48 TAT-TRATTAT
1. |
|
2. |
L-għoti ta’ liċenzja kemm permezz ta’ l-arbitraġġ jew ex-officio skond ta’ l-Artikoli 17 sa 23 inklużivi. |
3. |
L-eżenzjoni mid-dazji kollha u l-imposti konnessi mal-konstituzzjoni ta’ l-Intrapriżi Konġunti u ma’ l-introduzzjoni ta’ kapital. |
4. |
L-eżenzjoni mid-dazji jew imposti fuq trasferimenti, in konnessjoni ma’ l-akkwisit ta’ proprjetà immobli u mar-reġistrazzjoni. |
5. |
L-eżenzjoni mit-taxxa diretta kollha li l-Intrapriżi Konġunti u l-assi u d-dħul tagħhom li kieku kienu jkunu jridu iħallsu. |
6. |
L-eżenzjoni mid-dazji doganali kollha jew l-imposti b'effett ekwivalenti u minn xi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ta’ importazzjoni jew esportazzjoni, sew jekk ekonomiċi sew jekk ta’ natura fiskali b'konnessjoni ma’:
|
7. |
L-Arranġamenti ta’ tpartit skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 182(6). |
8. |
Eżenzjonijiet minn restrizzjonijiet għal dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ Stati Membri impjegati fis-servizz ta’ xi Intrapriża Konġunta u għan-nisa/rġiel tagħhom u l-membri dipendenti tal-familji tagħhom. |
ANNESS IV
IL-LISTI TA' L-OĠĠETTI U PRODOTTI LI JIDĦLU FID-DISPOSIZZJONIJIET TAL-KAPITOLU 9 LI JIRRIGWARDAW IS-SUQ NUKLEARI KOMUNI
Lista A1
Minerali ta’ l-uranju b'kontenut ta’ uranju naturali li jeċċedi 5 % tal-piż.
Pitchblende b'kontenut ta’ l-uranju naturali li jeċċedi 5 % tal-piż.
Ossidu tal-uranju.
Komposti inorganiċi ta’ l-uranju naturali apparti minn ossidi ta’ l-uranju u eżafluworidi ta’ l-uranju.
Komposti organiċi ta’ l-uranju naturali.
Uranju naturali maħdum jew mhux maħdum.
Legi li jkun fihom il-plutonju.
Komposti organiċi jew inorganiċi ta’ l-uranju imsaħħa b'komponenti organiċi jew inorganiċi ta’ l-uranju 235.
Komposti organiċi jew inorganiċi ta’ l-uranju 233.
Torju msaħħaħ bl-uranju 233.
Komposti organiċi jew inorganiċi tal-plutonju.
Uranju imsaħħaħ bil-plutonju.
Uranju imsaħħaħ bl-uranju 235.
Legi li jkun fihom uranju imsaħħaħ bl-uranju 235 jew bl-uranju 233.
Plutonju.
Uranju 233.
Eżafluworidu ta’ l-uranju.
Monazite.
Minerali ta’ torju b'kontenut ta’ torju li jeċċedi 29 % bil-piż.
Urano-thorianite li jkun fih aktar minn 20 % ta’ torju.
Torju maħdum jew mhux maħdum.
Ossidu tat-torju.
Komposti inorganiċi ta’ torju apparti minn ossidu tat-torju.
Komposti organiċi ta’ torju.
Lista A2
Dewterju u l-komposti tiegħu (inkluż ilma tqil) li fihom il-medja ta’ l-atomi dewterju ma’ l-atomi ta’ l-idroġenu teċċedi 1:5 000 fin-numru.
Paraffin tqil li fih il-medja ta’ l-atomi dewterju għall-atomi ta’ l-idroġenu jeċċedu 1:5 000 fin-numru.
Mistura u tidwib li fihom il-medja ta’ l-atomi dewterju għall-atomi ta’ l-idroġenu jeċċedu 1:5 000 bin-numru.
Ir-Reatturi nukleari.
Tagħmir għas-separazzjoni ta’ l-iżotopu ta’ l-uranju bil-diffużjoni tal-gass jew bi proċessi oħra.
Tagħmir għall-produzzjoni ta’ dewterju, il-komposti tiegħu (inkluż l-ilma tqil), derivattivi, misturi jew tidwib, li jkun fihom id-dewterju, li fihom il-medja ta’ l-atomi Dewterju għall-atomi ta’ l-idroġenu jeċċedu 1:5 000 bin-numru:
— |
tagħmir ibbażat for l-elettrolijasi ta’ l-ilma, |
— |
tagħmir ibbażat fuq id-distillazjoni ta’ l-ilma, ta’ l-idroġenu likwidu, eċċ., |
— |
tagħmir ibbażat fuq iżotopi, tpartit bejn l-idroġenu sulfurat u ilma, skond it-tibdil fit-temperatura, |
— |
tagħmir li jopera bi proċessi oħra. |
Tagħmir iddisinjat speċjalment għall-proċessi kimiċi ta’ materjali radjo-attivi:
— |
tagħmir għall-ipproċessar ta’ karburanti irridjati:
|
— |
tagħmir għall-iproċessar ta’ l-iskart, |
— |
tagħmir għar-riċiklaġġ ta’ karburanti. |
Vetturi speċjalment maħsuba għat-trasport ta’ prodotti altament radjo-attivi:
— |
karrijiet u trakkijiet għall-ferrovija tat-tip ta’ linji kollha, |
— |
lorries bil-magni, |
— |
trakkijiet ta’ manutenzjoni, |
— |
trejlers u semi-trejlers u vetturi oħra mingħajr magni. |
Kontenituri miksija biċ-ċomb għat-trasport jew ħażna ta’ materjali radjo-attivi.
Iżotopi radjo-attivi artifiċjali u l-komponenti organiċi jew inorganiċi tagħhom.
Manipulaturi mekkaniċi għal tħaddim mill-bogħod speċjalment iddisinjati għall-użu ma’ sustanzi altament radjo-attivi:
— |
apparat mekkaniku fiss jew mobbli, għall-manipulazzjoni, imma mhux għal manipular “free-hand”. |
Lista B
(Pożizzjoni mħassra)
Minerali litjum u konċentrati.
Metalli ta’ kwalità nukleari, mhux maħduma:
— |
berillju (gluċinju) mhux maħdum, |
— |
bismut mhux maħdum, |
— |
niobju (kolumbju) mhux maħdum, |
— |
żirkonju (bla hafniju) mhux maħdum, |
— |
litju mhux maħdum, |
— |
aluminju mhux maħdum, |
— |
kalċju mhux maħdum, |
— |
manjesju mhux maħdum. |
Boron trifluworidu.
Aċidu idrofluworiku anidridu.
Trifluworidu tal-klorur.
Trifluworidu tal-Bromu.
Idrossidu tal-Litium.
Florur tal-litju.
Klorur tal-litju.
Idridu tal-litju.
Karbonat tal-litju.
Ossidu tal-berillju (beryllia) ta’ kwalità nukleari.
Refractory bricks ta’ ossidu tal-berillju ta’ kwalità nukleari.
Oġġetti oħra refrattarji ta’ ossidu tal-berillju ta’ kwalità nukleari.
Grafit artifiċjali fl-għamla ta’ blokki jew virgi li jkollhom kontenut ta’ boron ta’ parti waħda kull miljun jew anqas u ta’ total ta’ newtroni termiċi inqas jew daqs 5 millibarns/atomu.
Iżotopi stabbli, separati artifiċjalment.
Separaturi elettromanjetiċi ta’ l-ijonji inklużi spettografi ta’ massa u spettomtri ta’ massa.
Simulaturi tar-reatturi (tip speċjali ta’ magna kalkulatriċi analoga).
Tagħmir għal tħaddim mill-bogħod:
— |
għall-użu bl-idejn (li jistgħu jitħaddmu “free-hand” bħala għodda). |
Pompi għall-metalli likwidi.
Pompi ta’ vacuum qawwi.
Magni għat-tibdil tas-sħana ddisinjati speċjalment għall-impjanti ta’ l-enerġija.
Strumenti li jirrintraċċaw ir-radjazzjoni (u spare parts korrispondenti) ta’ dawn it-tipi, speċjalment iddisinjati jew li jkunu jistgħu jiġu adattati għar-rintraċċar jew kejl ta’ radjazzjoni nukleari bħal ma huma partiċelli alpha u beta, radjazzjoni gamma, newtroni u protoni:
— |
tubi Geiger-Muller u tubi ta’ kontaturi tal-kejl proporzjonali, |
— |
strumenti ta’ rintraċċar jew kejl li jinkorporaw tubi Geiger- Muller jew tubi kontaturi ta’ kejl proporzjonali, |
— |
kmamar ta’ ionizzazzjoni, |
— |
strumenti li jinkorporaw kmamar ta’ jonizzazzjoni, |
— |
strumenti għar-rintraċċar għall-kejl jew għall-prospezzjoni minerali, għall-kontrolli ta’ reatturi u dwar il-monitoraġġ ta’ l-arja, ilma jew ħamrija, |
— |
tubi li jirrintraċċaw in-newtroni li jużaw il-boron, it-trifluworide tal-boron, l-idroġenu jew l-elementi fissili, |
— |
strumenti ta’ rintraċċar jew kejl li jinkorporaw tubi li jirrintraċċaw in-newtroni li jużaw il-boron, it-trifluworid tal-boron, l-idroġenu jew l-elementi fissili, |
— |
kristalli ta’ xintillazzjoni mmuntati jew miksija bil-metal (xintillaturi solidi), |
— |
strumenti ta’ rintraċċar kejl li jinkorporaw xintillaturi likwidi, solidi jew bil-gass, |
— |
amplifikaturi ddisinjati speċifikament għall-użu f'kejl nukleari, nklużi amplifikaturi lineari, pre-amplifikaturi, amplifikaturi ta’ distribuzzjoni f'katina u analiżżaturi tal-għoli tal-polz (pulse height analysers), |
— |
apparat ta’ ko-inċidenza għall-użu ma’ rintraċċaturi tar-radjazjoni, |
— |
elettroskopi u elettrometri, nklużi dosimetri (imma esklużi tipi għat-taħriġ, elettroskopi ta’ folja sempliċi tal-metall, dosimetri ddisinjati speċifikament għall-użu f'tagħmir mediku tal-x-ray u strumenti ta’ kejl elettrostatiku), |
— |
strumenti li jistgħu jkejjlu kurrenti ta’ anqas minn micro-microampere wieħed, |
— |
tubi Photomultiplier li jkollhom sensittivita fotokatodika ta’ 10 jew anqas microampere kull lumen, u medja ta’ amplifikazzjoni b'fattur akbar minn 105 u xi unità ta’ multiplikar ta’ l-elettroni li tkun attivatà b'jonji posittivi; |
— |
unitajiet ta’ skala u arloġġi ta’ rata elettronika addattati għall-użu fir-rintraċċar tar-radjazzjoni. |
Ċiklotroni, ġeneraturi elettrostatiċi tat-tipi “van de Graaf” jew “Cockroft & Walton”, aċċeleraturi lineari u magni oħra elettrostatiċi li jagħtu enerġija 'l fuq minn 1 miljun elettro-volt lill-partiċelli nukleari.
Kalamiti speċjalment iddisinjati għall-apparati diġà msemmija (ċiklotroni, eċċ.).
Tubi ta’ l-aċċelerazzjoni u tubi ta’ l-iffukar tat-tip użati fi spettrometri tal-massa u spettrografi tal-massa.
Fonti ntensi elettroniċi ta’ jonji addattati għall-użu fi ċiklotroni, spettrometri tal-massa u simili.
Ħġieġ ta’ tarka kontra r-radjazzjoni:
— |
ħġieg iffundat jew irrumblat (inkluż ħġieġ imsaħħaħ jew bil-fili) f'rettangoli, bil-wiċċ magħruk jew illustrat, |
— |
ħġieġ iffundat jew irrumblat (sew jekk il-wiċċ ikun ġie magħruk jew illustrat u anki jekk le, maqtugħ tad-daqs u l-għamla apparti minn għamliet rettangolari, jew milwi, jew b'mod ieħor maħdum (it-trufijiet maħduma, mogħlat, eċċ.), |
— |
ħġieġ ta’ sigurtà, li jikkonsisti fi ħġieġ imsaħħaħ jew laminat, mogħti l-forma u anki jekk le. |
Ilbiesi li ma jħallix arja tgħaddi għall-protezzjoni minn radjazzjoni jew kontanimazjoni radjo-attiva magħmula minn:
— |
materjali artifiċjali tal-plastika, |
— |
lastiku, |
— |
drapp miksi jew imprenjat:
|
Difenil (meta fil-fatt ikun C6H5C6H5).
Trifenil.
ANNESS V
IL-PROGRAMM TA' RIĊERKA INIZJALI U TA' TAGĦLIM LI HEMM REFERENZA GĦALIH FL-ARTIKOLU 215 TAT-TRATTAT
(Mħassar)
PROTOKOLLI
PROTOKOLL DWAR IR-RWOL TAL-PARLAMENTI NAZZJONALI FL-UNJONI EWROPEA
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
FILWAQT LI JFAKKRU li l-mod li bih il-Parlamenti nazzjonali jeżerċitaw il-kontroll fuq il-gvern tagħhom f'dak li jolqot l-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea jiddependi mill-organizzazzjoni u l-prattika kostituzzjonali partikolari ta' kull Stat Membru;
BIX-XEWQA li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni akbar tal-Parlamenti nazzjonali fl-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea u li jkabbru l-kapaċità tagħhom li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar abbozzi ta' atti leġislattivi ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll dwar materji oħra li jistgħu jkunu ta' interess partikolari għalihom,
FTIEHMU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika:
TITOLU I
INFORMAZZJONI GĦALL-PARLAMENTI NAZZJONALI
Artikolu 1
Id-dokumenti ta' konsultazzjoni tal-Kummissjoni (green papers, white papers u komunikazzjonijiet) għandhom jintbagħtu direttament mill-Kummissjoni lill-Parlamenti nazzjonali hekk kif jiġu pubblikati. Il-Kummissjoni għandha wkoll tibgħat lill-Parlamenti nazzjonali l-programm leġislattiv annwali kif ukoll kwalunkwe strument ieħor ta' ppjanar leġislattiv jew ta' strateġija politika fl-istess ħin li tibgħathom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 2
L-abbozzi ta' atti leġislattivi mibgħuta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandhom jintbagħtu lill-Parlamenti nazzjonali.
Għall-finijiet ta' dan il-Protokoll, “abbozz ta' att leġislattiv”, għandha tfisser il-proposti mill-Kummissjoni, l-inizjattivi ta' grupp ta' Stati Membri, l-inizjattivi tal-Parlament Ewropew, it-talbiet mill-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rakkomandazzjonijiet mill-Bank Ċentrali Ewropew u t-talbiet mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, għall-adozzjoni ta' att leġislattiv.
L-abbozzi ta' atti leġislattivi li jiġu mill-Kummissjoni għandhom jintbagħtu direttament lill-Parlamenti nazzjonali mill-Kummissjoni, fl-istess ħin li jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
L-abbozzi ta' atti leġislattivi li jiġu mill-Parlament Ewropew għandhom jintbagħtu direttament lill-Parlamenti nazzjonali mill-Parlament Ewropew.
L-abbozzi ta' atti leġislattivi li jiġu minn grupp ta' Stati Membri, mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment għandhom jintbagħtu lill-Parlamenti nazzjonali mill-Kunsill.
Artikolu 3
Il-Parlamenti nazzjonali jistgħu jibgħatu opinjoni motivata lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, dwar il-konformità ta' abbozz ta' att leġislattiv mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, skond il-proċedura stabbilita fil-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.
Jekk l-abbozz ta' att leġislattiv jiġi minn grupp ta' Stati Membri, il-President tal-Kunsill għandu jibgħat l-opinjoni jew l-opinjonijiet motivati lill-gvernijiet ta' dawk l-Istati Membri.
Jekk l-abbozz ta' att leġislattiv jiġi mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, il-President tal-Kunsill għandu jibgħat l-opinjoni jew l-opinjonijiet motivati lill-istituzzjoni jew il-korp konċernat.
Artikolu 4
Għandu jgħaddi perijodu ta' tmien ġimgħat bejn id-data ta' meta abbozz ta' att leġislattiv ikun disponibbli għall-Parlamenti nazzjonali fil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni u d-data meta jitpoġġa fuq l-aġenda provviżorja tal-Kunsill sabiex jiġi adottat jew sabiex tiġi adottata pożizzjoni skond proċedura leġislattiva. Għandu jkun possibbli li jsiru eċċezzjonijiet f'każijiet ta' urġenza, li r-raġunijiet għalihom għandhom jiġu dikjarati fl-att jew fil-pożizzjoni tal-Kunsill. Ħlief f'każijiet urġenti li għalihom ikunu ngħataw raġunijiet xierqa, ma jista' jintlaħaq l-ebda ftehim fuq abbozz ta' att leġislattiv matul dawk it-tmien ġimgħat. Ħlief f'każijiet urġenti li għalihom ikunu ngħataw raġunijiet xierqa, għandu jgħaddi perijodu ta' għaxar t' ijiem bejn meta jitpoġġa abbozz ta' att leġislattiv fuq l-aġenda provviżorja tal-Kunsill u l-adozzjoni ta' pożizzjoni.
Artikolu 5
L-aġendi u r-riżultati tal-laqgħat tal-Kunsill, inklużi l-minuti tal-laqgħat li fihom il-Kunsill jiddiskuti abbozzi ta' atti leġislattivi, għandhom jintbagħtu direttament lill-Parlamenti nazzjonali, fl-istess ħin li jintbagħtu lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri.
Artikolu 6
Meta l-Kunsill Ewropew ikollu l-intenzjoni li jagħmel użu mill-ewwel jew it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 48(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Parlamenti nazzjonali għandhom ikunu informati dwar l-inizjattiva tal-Kunsill Ewropew mill-inqas sitt xhur qabel ma tkun adottata deċiżjoni.
Artikolu 7
Il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tibgħat ir-rapport annwali tagħha lill-Parlamenti nazzjonali għall-informazzjoni, fl-istess ħin li tibagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 8
Fejn is-sistema parlamentari nazzjonali ma tkunx b’ kamra waħda, l-Artikoli 1 sa 7 għandhom japplikaw għall-kmamar li jikkomponuha.
TITOLU II
KOOPERAZZJONI INTERPARLAMENTARI
Artikolu 9
Il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali għandhom jiddeterminaw flimkien l-organizzazzjoni u l-promozzjoni ta' koperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari fi ħdan l-Unjoni.
Artikolu 10
Konferenza tal-kumitati parlamentari speċjalizzati fl-affarijiet ta' l-Unjoni tista' tippreżenta kull kontribuzzjoni li jidhrilha xierqa għall-attenzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Din il-konferenza għandha tippromwovi, fost affarijiet oħra, l-iskambju ta' informazzjoni u ta' l-aħjar prattika bejn il-Parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew, inklużi il-kumitati speċjali tagħhom. Din tista' wkoll torganizza konferenzi interparlamentari fuq suġġetti speċifiċi, partikolarment sabiex tiddibatti dwar il-kwistjonijiet ta' politika estera u ta' sigurtà komuni, inkluża l-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni. Il-kontribuzzjonijiet tal-konferenza m'għandhomx jorbtu lill-Parlamenti nazzjonali u m'għandhomx jippreġudikaw il-pożizzjonijiet tagħhom.
PROTOKOLL DWAR L-ISTATUT TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TA' L-UNJONI EWROPEA
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
BILLI JRIDU li jistabbilixxu l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea kif previst fl-Artikolu 281 tat- Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 160 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,
QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea:
Artikolu 1
Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea hija kostitwita u teżerċita l-funzjoni tagħha skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (it-Trattat KEEA) u ta’ dan l-Istatut.
TITOLU I
L-IMĦALLFIN U L-AVUKATI ĠENERALI
Artikolu 2
Qabel ma jassumi l-kariga kull Imħallef għandu, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mlaqqa' f'seduta pubblika, jaħlef li jwettaq id-dmirijiet tiegħu b’imparzjalità u skond il-kuxjenza u li jħares is-segretezza tad-deliberazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 3
L-Imħallfin igawdu l-immunità minn proċedimenti legali kontrihom. Wara li jkunu spiċċaw mill-kariga, jibqgħu igawdu l-immunità rigward l-atti li jkunu wettqu fil-kariga uffiċjali tagħhom, inklużi l-kliem u l-kitba tagħhom.
Il-Qorti tal-Ġustizzja, f’seduta plenarja, tista’ tneħħi din l-immunità. Jekk id-deċiżjoni tikkonċerna membru tal-Qorti Ġenerali jew ta’ qorti speċjalizzata, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi wara konsultazzjoni mal-qorti konċernata.
Meta l-immunità tkun tneħħiet u jittieħdu proċeduri kriminali kontra Mħallef, dan ikun jista' jiġi proċessat biss minn qorti kompetenti sabiex tiġġudika l-membri ta’ l-ogħla ġudikatura nazzjonali, f’xi wieħed mill-Istati Membri.
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet ta’ l-Unjoni Ewropea japplikaw għall-Imħallfin, għall-Avukati Ġenerali, għar-Registratur u għall-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-immunità ta’ l-Imħallfin minn proċedimenti legali, li huma msemmija fil-paragrafi ta’ qabel.
Artikolu 4
L-Imħallfin ma’ jistgħu ikollhom ebda kariga politika jew amministrattiva.
Ma jistgħu jeżerċitaw ebda attività professjonali, bi ħlas jew mingħajr, ħlief bl-eżenzjoni eċċezzjonali mogħtija mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi.
Meta jassumu d-doveri tagħhom, dawn għandhom jintrabtu solennement li kemm matul il-perjodu tal-kariga tagħhom, kif ukoll wara li din tkun intemmet, jirrispettaw l-obbligi marbuta magħha, b’mod partikolari d-doveri ta’ l-onestà u d-diskrezzjoni fir-rigward ta’ l-aċċettazzjoni, wara li jkunu temmew il-kariga, ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.
F'każ ta’ dubbju tiddeċiedi l-Qorti tal-Ġustizzja. Jekk id-deċiżjoni tikkonċerna membru tal-Qorti Ġenerali jew ta’ qorti speċjalizzata, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi wara konsultazzjoni mal-qorti konċernata.
Artikolu 5
Apparti s-sostituzzjoni normali, jew il-mewt, id-dmirijiet ta’ Mħallef jintemmu meta dan jirriżenja.
Meta Mħallef jirriżenja, l-ittra tar-riżenja għandha tiġi indirizzata lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tintbagħat lill-President tal-Kunsill. Din in-notifika iġġib post battal fis-sedja.
Ħlief fejn ikun jgħodd l-Artikolu 6, Imħallef ikompli fil-kariga sakemm is-suċċessur tiegħu jassumi d-doveri tiegħu.
Artikolu 6
L-Imħallfin jistgħu jiġu mneħħija mill-kariga tagħhom jew miċħuda mid-dritt tagħhom għal pensjoni jew minn vantaġġi oħra minflokha, f'każ biss li, fuq ġudizzju unanimu ta’ l-Imħallfin u ta’ l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma jkunux iktar fil-pussess tar-rekwiżiti meħtieġa jew ma jissodisfawx iktar l-obbligi tal-kariga tagħhom. L-Imħallef interessat ma jieħux parti f'deliberazzjoni bħal din. Jekk il-persuna kkonċernata tkun membru tal-Qorti Ġenerali jew ta’ qorti speċjalizzata, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi wara konsultazzjoni mal-qorti konċernata.
Ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jikkomunika din id-deċiżjoni tal-Qorti lill-President tal-Parlament Ewropew u lill-President tal-Kummissjoni u għandu jgħarraf ukoll lill-President tal-Kunsill.
F'każ ta’ deċiżjoni li jitneħħa Mħallef mill-kariga, in-notifika ġġib post battal fis-sedja.
Artikolu 7
L-Imħallfin li l-funzjoni tagħhom tintemm qabel l-iskadenza tal-mandat tagħhom jiġu sostitwiti għall-bqija taż-żmien tal-mandat.
Artikolu 8
Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 2 sa 7 japplikaw għall-Avukati Ġenerali.
TITOLU II
ORGANIZZAZZJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
Artikolu 9
Meta, kull tliet snin, ikun hemm sostituzzjoni parzjali ta’ l-Imħallfin, għandhom jiġu sostitwiti alternattivament erbatax u tlettax-il Imħallef.
Is-sostituzzjoni parzjali ta’ l-Avukati Ġenerali, li jseħħ kull tliet snin, imiss erba' Avukati Ġenerali kull darba.
Artikolu 10
Ir-Registratur jieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li jaqdi dmirijietu b’imparzjalità sħiħa u skond il-kuxjenza u li jħares is-segretezza tad-deliberazzjonijiet.
Artikolu 11
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha taħseb minn qabel għas-sostituzzjoni tar-Reġistratur f'każ ta’ l-impediment ta’ dan.
Artikolu 12
Għandhom jiġu addetti uffiċjali u impjegati oħra mal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex din tkun tista’ tiffunzjona. Huma għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà tar-Reġistratur taħt l-awtorità tal-President.
Artikolu 13
Fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jipprovdu sabiex jaħtru Assistenti Relaturi u jistabbilixxu r-regoli dwar is-servizz tagħhom. L-Assistenti Relaturi jistgħu jiġu msejħa, skond il-kondizzjonijiet stipulati fir-Regoli tal-Proċedura, sabiex jipparteċipaw fl-istruzzjoni tal-kawzi miġjuba quddiem il-Qorti u sabiex jikkoperaw ma’ l-Imħallef Relatur.
L-Assistenti Relaturi, li għandhom jintgħażlu minn persuni li ma jkun hemm l-ebda dubbju mill-indipendenza tagħhom u li jippossedu l-kwalifiki legali meħtieġa, jiġu maħtura mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi. Huma għandhom jaħilfu quddiem il-Qorti li jwettqu d-dmirijiet tagħhom b’imparzjalità sħiħa u skond il-kuxjenza u li jħarsu s-segretezza tad-deliberazzjonijiet.
Artikolu 14
L-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali u r-Reġistratur għandhom joqogħdu fil-lokalità fejn tiltaqa’ l-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 15
Il-Qorti tal-Ġustizzja tiltaqa’ b’mod permanenti. It-tul tal-vaganzi ġudizzjarji jiġi stabbilit mill-Qorti billi tqis il-ħtiġijiet tax-xogħol tagħha.
Artikolu 16
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tistitwixxi fi ħdanha awli komposti minn tlieta u ħames Imħallfin. L-Imħallfin għandhom jaħtru minn fosthom il-Presidenti ta’ l-awli. Il-Presidenti ta’ l-awli ta’ ħames Imħallfin jiġu eletti għal tliet snin. Jistgħu jerġgħu jiġu eletti darba biss.
L-Awla Manja tikkonsisti minn tlettax-il Imħallef. Din tkun presjeduta mill-President tal-Qorti. Jagħmlu parti ta’ l-Awla Manja l-Presidenti ta’ l-awli ta’ ħames Imħallfin kif ukoll Imħallfin oħra maħtura skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.
Il-Qorti tiltaqa’ f’ Awla Manja meta Stat Membru jew istituzzjoni ta’ l-Unjoni li jkunu parti fil-kawża hekk jitolbu.
Il-Qorti tiltaqa’ bħala Qorti plenarja meta jinġiebu quddiemha kawżi skond l-Artikolu 228(2), l-Artikolu 245(2), l-Artikolu 247 jew l-Artikolu 286(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk, meta jidhrilha li każ pendenti quddiemha jkun ta’ importanza eċċezzjonali, il-Qorti tista’ tiddeċiedi, wara li tisma’ l-Avukat Ġenerali, li tirriferi l-kawża lill-Qorti plenarja.
Artikolu 17
Il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi validament biss meta tkun komposta bil-fard.
Id-deċiżjonijiet ta’ l-awli li jikkonsistu minn tlieta jew minn ħames Imħallfin ikunu validi biss jekk mogħtija minn tliet Imħallfin.
Id-deċiżjonijiet ta’ l-Awla Manja jkunu validi biss jekk l-Imħallfin fis-sedja jkunu disgħa.
Id-deċizjonijiet tal-Qorti plenarja jkunu validi biss jekk ikun hemm ħmistax-il Imħallef fis-sedja.
Fil-każ ta’ impediment ta’ wieħed mill-Imħallfin ta’ awla li jattendi, Imħallef ta’ awla oħra jista’ jissejjaħ sabiex jieħu s-sedja skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.
Artikolu 18
Ebda Mħallef jew Avukat Ġenerali ma jista’ jieħu parti fit-trattazzjoni ta’ kawża li jista' jkun ħa parti fiha qabel bħala aġent jew konsulent jew ikun aġixxa għal waħda mill-partijiet, jew li jkun ġie msejjaħ sabiex jippronunzja ruħu bħala membru tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tribunal, ta’ Kummissjoni ta’ inkjesta jew f’kapaċità oħra.
Jekk, għal xi raġuni speċjali, xi Mħallef jew Avukat Ġenerali jikkonsidra li m’għandux jieħu parti f’ġudizzju jew eżami ta’ xi kawża partikolari, hu għandu jinforma lill-President. Jekk il-President jikkonsidra li xi Mħallef jew Avukat Ġenerali għal xi raġuni speċjali m’għandux jisma’ jew jippreżenta konklużjonijiet f’kawża partikolari, huwa għandu jgħarraf b’dan lill-persuna interessata.
F'każ ta diffikultà dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu din għandha tiġi deċiża mill-Qorti.
Parti ma tistax titlob il-bidla fil-kompożizzjoni tal-Qorti jew ta’ waħda mill-awli tagħha la għar-raġuni kemm taċ-ċittadinanza ta’ Imħallef u l-anqas ta’ l-assenza mill-Qorti jew mill-awla ta’ Mħallef taċ-ċittadinanza ta’ dik il-parti.
TITOLU III
PROĊEDURA QUDDIEM IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA
Artikolu 19
L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni ikunu rappreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja minn aġent maħtur għal kull każ; l-aġent jista’ jkun assistit minn konsulent jew minn avukat.
Minbarra l-Istati Membri, l-Istati li huma parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u wkoll ta’ l-Awtorità għas-Sorveljanza ta’ l-EFTA msemmija f’dak il-Ftehim għandhom ikunu rappreżentati bl-istess mod.
Partijiet oħra għandhom ikunu rappreżentati minn avukat.
Avukat biss, li jkun awtorizzat sabiex jipprattika quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li huwa parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, jista’ jirrappreżenta jew jassisti parti quddiem il-Qorti.
Dawn l-aġenti, konsulenti u avukati, meta jidhru quddiem il-qorti, igawdu mid-drittijiet u l-immunitajiet meħtieġa għall-eżerċizzju indipendenti tad-doveri tagħhom, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.
Fir-rigward ta’ dawn il-konsulenti u l-avukati li jidhru quddiemha, il-Qorti għandha jkollha s-setgħat li normalment igawdu qrati u tribunali, skond il-kondizzjonijet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.
Għalliema ta’ l-Università li jkunu ċittadini ta’ l-Istati Membri li l-liġi tagħhom tagħtihom id-dritt ta’ udjenza għandu jkollhom l-istess drittijiet quddiem il-Qorti li dan l-Artikolu jagħti lill-avukati.
Artikolu 20
Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonsisti f’żewġ partijiet: dik miktuba u dik orali.
Il-proċedura miktuba tikkonsisti fil-komunikazzjoni lill-partijiet u lill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni li d-deċiżjoni tagħhom tkun qiegħda tiġi mistħarrġa, ta’ applikazzjonijiet, stqarrijiet dwar il-każ, difiżi u osservazzjonijiet, u ta’ repliki, jekk ikun hemm, kif ukoll ta’ skritti u dokumenti miġjuba sabiex isaħħu l-każ jew ta’ kopji awtentikati tagħhom.
Il-komunikazzjonijiet isiru permezz tar-Reġistratur fl-ordni u fit-termini stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.
Il-proċedura orali tkun tikkonsisti fil-qari tar-rapport ippreżentat minn Imħallef li jkun jaġixxi bħala Relatur, fis-smigħ mill-Qorti ta’ aġenti, konsultenti u avukati u fil-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet ta’ l-Avukat Ġenerali, kif ukoll fis-smigħ, jekk ikun il-każ, ta’ xhieda u esperti.
Meta l-Qorti tqis li l-kawża ma tqajjimx xi punt ġdid ta’ dritt, hija tista’ tiddeċiedi, wara li tisma’ l-Avukat Ġenerali, illi l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali.
Artikolu 21
Każ jista’ jitressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ rikors bil-miktub indirizzat lir-Reġistratur. Fir-rikors għandu jkun hemm l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u l-kwalità tal-firmatarju, l-isem tal-parti jew tal-partijiet avversarji, is-suġġett tal-kwistjoni, it-talbiet, u espożizzjoni fil-qosor tal-motivi tat-talba.
Ir-rikors għandu jkun akkompanjat, meta ikun il-każ, mill-att li tiegħu jintalab l-annullament jew fl-ipotesi kontemplata fl-Artikolu 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, minn dokument li jiċċertifika d-data tat-talba prevista f'dawn l-Artikoli. Jekk dawn id-dokumenti ma jkunux ġew preżentati mar-rikors, ir-Reġistratur għandu jsejjaħ lil parti nteressata sabiex iġġibhom fi żmien raġonevoli, bla ma iżda tkun tista tiġi eċċepita d-dekadenza f'każ li d-dokumenti jinġiebu wara li jkun għalaq iż-żmien li fih kellu jsir ir-rikors.
Artikolu 22
Il-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 18 tat-Trattat tal-KEEA għandhom jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja permezz ta’ appell indirizzat lir-Reġistratur. L-appell għandu jkun fih l-isem u l-indirizz tar-rikorrent u l-kwalità tal-firmatarju, referenza għad-deċiżjoni li minnha jkun qed isir l-appell, l-ismijiet tal-partijiet avversarji, is-suġġett tal-kawża, it-talbiet u espożizzjoni fil-qosor tal-motivi tat-talba.
Mar-rikors għandu jkun hemm kopja awtentika tad-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ li tkun qed tiġi kontestata.
Jekk il-Qorti tiċħad l-appell, is-sentenza tal-Kumitat ta’ l-Abitraġġ tkun definittiva.
Jekk il-Qorti tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ, il-kwistjoni tista’ tarġa’ tinfetaħ jekk ikun il-każ, fuq l-inizjattiva ta’ waħda mill-partijiet fil-kawża, quddiem il-Kumitat ta’ l-Arbitraġġ. Dan ta’ l-aħħar għandu jikkonforma ruħu mal-punti ta’ dritt deċiżi mill-Qorti.
Artikolu 23
Fil-każijiet previsti mill-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tal-qorti jew tribunal nazzjonali li tissospendi l-proċedimenti u tirriferi l-każ lill-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiġi notifikata lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti jew tribunal nazzjonali. Din id-deċiżjoni għandha tiġi mbagħad notifikata mir-Reġistratur tal-Qorti lill-partijiet, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjoni, lill-korp jew lill-organu ta’ l-Unjoni li adottaw l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu tkun kontestata.
Fi żmien xahrejn minn din in-notifika, il-partijiet, l-Istati Membri, l-Kummisjoni u meta jkun il-każ, l-istituzzjoni, l-korp jew l-organu ta’ l-Unjoni li adottaw l-att li l-validità jew l-interpretazzjoni tiegħu tkun kontestata jkollhom id-dritt li jippreżentaw noti jew osservazzjonijiet bil-miktub lill-Qorti.
F’każijiet kontemplati fl-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tal-qorti jew tribunal nazzjonali għandha tiġi notifikata mir-Reġistratur tal-Qorti ukoll lill-Istati li ffirmaw il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, barra mill-Istati Membri, kif ukoll lill-Awtorita' ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA prevista f'dak il-ftehim, li fi żmien xahrejn min-notifika, meta jkollu x' jaqsam wieħed mill-oqsma ta’ l-applikazzjoni tal-Ftehim, ikunu jistgħu jippreżentaw lill-Qorti, noti jew osservazzjonijiet bil-miktub.
Fejn ftehim relatat ma’ suġġett speċifiku, konkluż mill-Kunsill u Stat wieħed jew aktar li mhux membri, jipprovdi li dawk l-Istati jkunu intitolati li jippreżentaw noti jew osservazzjoni bil-miktub meta qorti jew tribunal ta’ Stat Membru tirriferi għall-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari kwistjoni li taqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim, id-deċiżjoni tal-qorti jew tribunal nazzjonali li fiha dik il-kwistjoni għandha tkun innotifikata lill-Istati mhux membri kkonċernati. Fi żmien xahrejn minn din in-notifika, dawk l-Istati jistgħu jippreżentaw lill-Qorti noti jew osservazzjonijiet bil-miktub.
Artikolu 23a (1)
Ir-Regoli tal-Proċedura jistgħu jipprovdu għal proċedura mħaffa u, fir-rigward ta’ rinviji preliminari li jirrigwardaw l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, għal proċedura b'urġenza.
Dawn il-proċeduri jistgħu jipprovdu, fir-rigward tal-preżentata ta’ noti jew ta’ osservazzjonijiet bil-miktub, għal terminu iqsar minn dak previst mill-Artikolu 23, u, b'deroga mir-raba' subparagrafu ta’ l-Artikolu 20, li ma jiġux ippreżantati konklużjonijiet mill-Avukat Ġenerali.
Il-proċedura b’ urġenza tista' wkoll tipprovdi għal-limitazzjoni tal-partijiet u ta’ dawk l-oħrajn interessati msemmija fl-Artikolu 23, awtorizzati li jippreżentaw noti jew osservazzjonijiet bil-miktub, u, f'każijiet ta’ urġenza estrema, għad-dispensa mill-fażi bil-miktub tal-proċedura.
Artikolu 24
Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ titlob lill-partijiet sabiex iġibu d-dokumenti kollha u sabiex jagħtu l-informazzjoni kollha li l-Qorti tkun tixtieq. F' każ ta’ rifjut, tieħu nota formali.
Il-Qorti tista’ wkoll teħtieġ li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, korpi jew organi li ma jkunux parti fil-kawża jagħtu l-informazzjoni kollha li l-Qorti tqis meħtieġa għall-fini tal-proċess.
Artikolu 25
Il-Qorti tal-Ġustizzja tista' f’kull żmien tagħti perizja lil kull persuna, korp, uffiċju, kummissjoni jew organu li tagħżel hi.
Artikolu 26
Jistgħu jinstemgħu xhieda skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.
Artikolu 27
Rigward xhieda li jonqsu li jidhru, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-poteri li ġeneralment jingħataw lill-qrati u lit-tribunali u tista’ timponi pieni ta’ flus skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.
Artikolu 28
Ix-xhieda u l-periti jistgħu jinstemgħu bil-ġurament li jittieħed skond il-forma stabbilita fir-Regoli tal-Proċedura jew bil-mod kif stabbilit fil-liġijiet tal-pajjiż tax-xhud jew tal-perit.
Artikolu 29
Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tordna li xhud jew perit jinstama’ mill-awtorità ġudizzjarja tal-post fejn ikun joqgħod.
L-ordni tintbagħat għall-esekuzzjoni lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura. L-atti riżultanti mill-esekuzzjoni tar-rogatorji għandhom jiġu rritornati lill-Qorti bl-istess kondizzjonijiet.
Il-Qorti għandha tħallas l-ispejjeż, b'dan li tgħaddihom, jekk ikun il-każ, lill-partijiet.
Artikolu 30
Kull Stat Membru għandu jqis kull vjolazzjoni tal-ġurament minn xhud jew minn perit bħala l-istess reat kommess quddiem Qorti tal-Ġustizzja nazzjonali tiegħu f'materji ċivili. Fuq denunzja tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istat Membru konċernat għandu jipproċedi kontra l-awturi ta’ dak ir-reat quddiem il-qorti kompetenti nazzjonali.
Artikolu 31
Is-smigħ fil-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkun pubbliku, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja, fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba tal-partijiet konċernati, ma tiddeċidix mod ieħor għal raġunijiet serji.
Artikolu 32
Waqt is-smigħ il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ teżamina l-periti, ix-xhieda u l-partijiet infushom. Madanakollu dawn ta’ l-aħħar jistgħu jindirizzaw il-Qorti tal-Ġustizzja biss permezz tar-rappreżentanti tagħhom.
Artikolu 33
Għandu jinżamm verbal ta’ kull smigħ li jiġi ffirmat mill-President u mir-Reġistratur.
Artikolu 34
Il-lista tal-kawżi għandha tiġi ffissata mill-President.
Artikolu 35
Id-deliberazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom ikunu u jibqgħu sigrieti.
Artikolu 36
Is-sentenzi għandhom ikunu motivati. Għandu jkollhom l-ismijiet ta’ l-Imħallfin li jkunu ħadu parti fid-deliberazzjonijiet.
Artikolu 37
Is-sentenzi għandhom jiġu ffirmati mill-President u mir-Reġistratur. Għandhom jinqraw fil-Qorti bil-miftuħ.
Artikolu 38
Il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.
Artikolu 39
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista' jiddeċiedi, skond proċedura sommarja li tkun tista' tidderoga safejn meħtieġ minn xi wħud mir-regoli li fih dan l-Istatut u li għandha tiġi stabbilita mir-Regoli tal-Proċedura, fuq talbiet intiżi kemm għas-sospensjoni previsti fl-Artikolu 278 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 157 tat-Trattat KEEA, kemm fuq l-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji skond l-Artikolu 279 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq is-sospensjoni ta’ l-esekuzzjoni furzata skond ir-raba' subparagrafu ta’ l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea jew it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 164 tat-Trattat KEEA.
F'każ ta impediment tal-President, jiġi sostitwit minn Imħallef ieħor skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura.
Id-deċiżjoni tal-President jew ta’ l-Imħallef li jkun issostitwih tkun biss ta’ karattru provviżorju u bl-ebda mod ma tippreġudika d-deċiżjoni tal-Qorti dwar il-meritu.
Artikolu 40
L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni jistgħu jintervjenu fil-kawżi li jkunu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
L-istess dritt jappartjeni lill-korpi u lill-organi ta’ l-Unjoni u lil kull persuna oħra li tista' turi li għandha interess fir-riżultat ta’ xi kawża miġjuba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi ma jistgħux jintervjenu f'kawżi bejn Stati Membri, bejn istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni jew bejn Stati Membri u istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni.
Mingħajr preġudizzju għat-tieni paragrafu, l-Istati, barra mill-Istati Membri, li ffirmaw il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ukoll l-Awtorita ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA prevista f'dan il-ftehim, jistgħu jintervjenu fil-kawżi li jkunu quddiem il-Qorti meta dawn jirrigwardaw wieħed mill-oqsma ta’ l-applikazzjoni ta’ l-istess Ftehim.
It-talbiet fir-rikorsi għal intervent jistgħu jkollhom biss bħala suġġett is-sostenn tat-talbiet ta’ waħda mill-partijiet.
Artikolu 41
Meta l-parti konvenuta, regolarment imħarrka, tonqos milli tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub tingħata s-sentenza fil-kontumaċja tagħha. Is-sentenza tkun suġġetta għall-oppożizzjoni fi żmien xahar min-notifika tagħha. Salv deċiżjoni kuntrarja tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-oppożizzjoni ma twaqqafx l-esekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-kontumaċja.
Artikolu 42
L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, korpi u organi ta’ l-Unjoni u kull persuna oħra fisika jew ġuridika jistgħu, fil-każijiet u skond il-kondizzjonijiet li jiġu stabbiliti mir-Regoli tal-Proċedura, jibdew proċedimenti ta’ terzi kontra sentenzi mogħtija mingħajr ma huma jkunu ġew imsejħa fil-kawża, meta dik is-sentenza tkun ta’ preġudizzju għad-drittijiet tagħhom.
Artikolu 43
F' każ ta’ dubju dwar it-tifsir jew il-portata ta’ sentenza, ikun imiss lill-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpretaha fuq talba ta’ xi parti jew ta’ xi istituzzjoni ta’ l-Unjoni li turi li jkollha interess f'dan.
Artikolu 44
Ir-reviżjoni ta’ sentenza tista' tintalab lill-Qorti tal-Ġustizzja biss għar-raġuni li jiġi skopert fatt ta’ natura tali li jkollu influwenza deċiżiva u li, qabel il-għoti tas-sentenza ma kienx magħruf lill-Qorti u lill-parti li titlob ir-reviżjoni.
Il-proċedura tar-reviżjoni tinfetaħ b'sentenza tal-Qorti li tikkonstata espressament l-eżistenza ta’ fatt ġdid, tirrikonoxxi li jkun ta’ karattru li jagħti lok għar-reviżjoni u tiddikjara li fuq dan il-motiv it-talba tkun ammissibli.
Ebda talba għar-reviżjoni ma tista’ ssir wara li jgħaddu għaxar snin mid-data tas-sentenza.
Artikolu 45
Ir-Regoli tal-Proċedura jistabbilixxu perijodi ta’ grazzja fuq konsiderazzjonijiet ta’ distanza.
Ebda dritt ma jintilef bħala riżultat ta’ l-iskadenza tat-termini, jekk il-parti interessata tipprova l-eżistenza ta’ każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri.
Artikolu 46
L-azzjonijiet kontra l-Unjoni f' materja ta’ responsabbilltà non-kontrattwali jiġu preskritti b'ħames snin li jingħaddu minn meta jiġri l-fatt li jagħti lok għalihom. Il-preskrizzjoni tiġi nterrotta kemm bil-preżentata tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll bit-talba qabel il-preżentata li tista' tagħmel il-parti leża lill-istituzzjonijiet kompetenti ta’ l-Unjoni. F' dan l-aħħar każ, ir-rikors għandu jiġi preżentat fit-terminu ta’ xahrejn previst fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea; japplikaw meta jkun il-każ, rispettivament id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikoli 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal rikorsi kontra l-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tar-responsabbiltà non-kontrattwali.
TITOLU IV
QORTI ĠENERALI
Artikolu 47
L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 9, l-Artikoli 14 u 15, l-ewwel, it-tieni, ir-raba' u l-ħames subparagrafi ta’ l-Artikolu 17, u l-Artikolu 18 għandhom japplikaw għall-Qorti Ġenerali u għall-membri tagħha.
Ir-raba’ paragrafu ta’ l-Artikolu 3 u l-Artikoli 10, 11 u 14 japplikaw mutatis mutandis għar-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali.
Artikolu 48
Il-Qorti Ġenerali għandha tikkonsisti f'sebgħa u għoxrin Imħallef.
Artikolu 49
Il-membri tal-Qorti Ġenerali jistgħu jissejħu sabiex jeżerċitaw il-funzjoni ta’ Avukat Ġenerali.
L-Avukat Ġenerali għandu l-funzjoni li jippreżenta pubblikament, bl-imparzjalità kollha u bl-indipendenza kollha, konklużjonijiet motivati fuq ċerti kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali bl-għan li jassisti lilha fix-xogħol tagħha.
Il-kriterji tal-għażla ta’ dawn il-kawżi, kif ukoll il-modalitajiet sabiex jiġu nominati l-Avukati Ġenerali, huma stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Membru tal-Qorti Ġenerali li jiġi msejjaħ sabiex jeżerċita l-funzjoni ta’ Avukat Ġenerali f’kawża ma jistax jieħu sehem fid-deċizjoni ta’ dik il-kawża.
Artikolu 50
Il-Qorti Ġenerali tiltaqa' f’awli komposti minn tlieta jew ħames Imħallfin. L-Imħallfin jeleġġu minn fosthom il-Presidenti ta’ l-awli. Il-Presidenti ta’ l-awli ta’ ħames Imħallfin jiġu eletti għal tliet snin. Jistgħu jerġgħu jiġu eletti għal darba oħra.
Il-kompożizzjoni ta’ l-awli u t-tqassim tal-kawżi bejniethom isiru skond ir-Regoli tal-Proċedura. F’ċerti każi, determinati mir-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali tista’ tiltaqa’ f’seduta plenarja jew tkun kostitwita minn Imħallef wieħed.
Ir-Regoli tal-Proċedura jistgħu ukoll jipprovdu li l-Qorti Ġenerali tiltaqa’ f'Awla Manja fil-każi u skond il-kondizzjonijiet speċifikati fihom.
Artikolu 51
B'deroga mir-regola stabbilita fl-Artikolu 256(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, ġurisdizzjoni għandha tkun riservata għall-Qorti tal-Ġustizzja fl-azzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 263 u 265 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea meta jitressqu minn Stat Membru kontra:
(a) |
xi azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, jew minn dawk iż-żewġ istituzzjonijiet f'azzjoni konġunta, ħlief għal:
|
(b) |
kontra xi azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 331(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea. |
Ġurisdizzjoni għandha tkun ukoll riservata għall-Qorti tal-Ġustizzja fl-azzjonijiet imsemmija fl-istess Artikoli meta dawn jitressqu minn xi istituzzjoni ta’ l-Unjoni kontra xi azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, minn dawk iż-żewġ istituzzjonijiet f'azzjoni konġunta, jew mill-Kummissjoni, jew jitressqu minn xi istituzzjoni ta’ l-Unjoni kontra xi azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Artikolu 52
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-President tal-Qorti Ġenerali għandhom jistabbilixxu, bi qbil bejniethom, il-kondizzjonijiet li taħthom l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra adetti mal-Qorti tal-Ġustizzja jagħtu s-servizzi tagħhom lill-Qorti Ġenerali sabiex jassiguraw il-funzjonament tagħha. Ċerti uffiċjali jew impjegati oħra jkunu responsabbli lejn ir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali taħt l-awtorità tal-President tal-Qorti Ġenerali.
Artikolu 53
Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tiġi regolata bit-Titolu III.
Il-Proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tiġi preċizata u kompletata, safejn ikun meħtieġ, mir-Regoli tal-Proċedura. Ir-Regoli tal-Proċedura jistgħu jidderogaw mir-raba' subparagrafu ta’ l-Artikolu 40 u mill-Artikolu 41 sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tal-litigazzjoni fil-qasam tal-proprjetà intellettwali.
B'deroga mir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 20, l-Avukat Ġenerali jista’ jippreżenta l-konklużjonijiet motivati tiegħu bil-miktub.
Artikolu 54
Jekk rikors jew att proċedurali ieħor indirizzat lill-Qorti Ġenerali jiġi preżentat bi żball lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan għandu jgħaddih immedjatament lir-Reġistratur ta-Qorti Ġenerali; bl-istess mod, jekk rikors jew att proċedurali ieħor indirizzat lill-Qorti tal-Ġustizzja jiġi preżentat bi żball lir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali, dan għandu jgħaddih immedjatament lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Meta l-Qorti Ġenerali ssib li ma tkunx kompetenti sabiex tieħu konjizzjoni ta’ rikors li jidħol fil-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, hija tirriferi l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja; bl-istess mod meta l-Qorti tal-Ġustizzja ssib li rikors jidħol fil-kompetenza tal-Qorti Ġenerali, hija tirriferi lil din ta’ l-aħħar, li mbagħad ma tkunx tista' tirrifjuta l-kompetenza tagħha.
Meta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jinġiebu kawżi fejn tkun qed issir l-istess talba, fejn titqajjem l-istess kwistjoni ta’ interpretazzjoni jew jitqanqal dubbju dwar il-validita' ta’ l-istess att, il-Qorti Ġenerali tista', wara li tkun semgħet il-partijiet, twaqqaf il-proċedimenti sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tat sentenza, jew, fejn l-azzjoni titressaq skond l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, ma taċċettax il-ġurisdizzjoni sabiex hekk il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' tiddeċiedi dwar dawk l-applikazzjonijiet. Fl-istess ċirkostanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista' wkoll tiddeċiedi li twaqqaf il-proċedimenti li jkun hemm quddiemha; f'dak il-każ il-proċedimenti ta’ quddiem il-Qorti Ġenerali għandhom jitkomplew.
Meta Stat Membru u istituzzjoni ta’ l-Unjoni jkunu jirrikużaw l-istess att, il-Qorti Ġenerali m'għandhiex taċċetta ġurisdizzjoni sabiex hekk il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista' tiddeċiedi dawk il-kontestazzjonijiet.
Artikolu 55
Id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jikkonkludu l-proċediment, deċiżjonijiet li jaqtgħu parzjalment kwistjonijiet fil-mertu, jew li jikkonkludu kwistjoni ta’ proċedura dwar eċċezzjoni ta’ inkompetenza jew ta’ inammissibbiltà għandhom jiġu notifikati mir-Reġistratur tal-Qorti Ġenerali lill-partijiet kollha kif ukoll lill-Istati Membri kollha u lill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni anke jekk dawn ma kinux intervjenew fil-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.
Artikolu 56
Jista’ jiġi ppreżentat appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fi żmien xahrejn li jiddekorru min-notifika tad-deċiżjoni appellata, mid-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jikkonkludu l-proċediment kif ukoll mid-deċiżjonijiet tagħha li jaqtgħu parzjalment kwistjonijiet fil-mertu, jew li jikkonkludu kwistjoni ta’ proċedura dwar eċċezzjoni ta’ inkompetenza jew ta’ inammissibbiltà.
Dan l-appell jista’ jitressaq minn kwalunkwe parti li tkun tilfet parzjalment jew għal kollox, fit-talbiet tagħha. B'danakollu dawk li jintervjenu ħlief l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Komuntajiet, jistgħu jressqu dan l-appell biss meta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali taffettwahom direttament.
Ħlief fil-każ ta’ kawżi bejn l-Unjoni u l-impjegati tagħhom, appell jista wkoll jitressaq minn Stati Membri u istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni li ma kinux intervjenew fil-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali. F'dan il-każ l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ikunu fl-istess pożizzjoni bħal dik ta’ Stati Membri jew istituzzjonijiet li jkunu intervjenew fi Prim' Istanza.
Artikolu 57
Jista' jsir appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jkunu ċaħdu talba għall-intervent fi żmien ġimgħatejn li jmissu min-notifika tad-deċiżjoni taċ-ċaħda, minn kull persuna li t-talba tagħha tkun ġiet miċħuda.
Il-partijiet fil-proċedimenti jistgħu jappellaw quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija skond l-Artikolu 278 jew l-Artikolu 279 jew ir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea jew skond l-Artikolu 157 jew it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 164 tat-Trattat KEEA fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika tagħha.
L-appell imsemmi fl-ewwel żewġ paragrafi ta’ dan l-Artikolu jiġi deċiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 39.
Artikolu 58
Appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkun limitat għal punti ta’ dritt. Jista’ jkun ibbażat fuq motivi ta’ l-inkompetenza tal-Qorti Ġenerali, ta’ ksur tal-proċedura quddiemha li tagħmel ħsara lill-interessi ta’ l-appellant kif ukoll il-ksur tad-dritt ta’ l-Unjoni mill-Qorti Ġenerali.
L-appell ma jistax isir biss fuq l-ammont ta’ l-ispejjeż u fuq min għandu jħallashom
Artikolu 59
Fil-każ ta’ appell kontra deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tkun tikkonsisti f’parti bil-miktub u parti orali. Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li tkun semgħet lill-Avukat Ġenerali u lill-partijiet, tkun tista’ tiddeċiedi mingħajr il-proċedura orali.
Artikolu 60
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 278 u 279 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea jew għall-Artikolu 157 tat-Trattat KEEA, l-appell ma jkollux effett sospensiv.
B'deroga għall-Artikolu 280 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, id-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali li jannullaw regolament ikollhom effett biss mid-data ta’ skadenza tat-terminu previst fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 56 ta’ dan l-Istatut jew, jekk jitressaq appell f'dak it-terminu, mid-data taċ-ċaħda ta’ l-appell, mingħajr preġudizzju għall-fakulta ta’ parti li tagħmel talba lill-Qorti tal-Ġustizzja, skond l-Artikoli 278 u 279 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea jew skond l-Artikolu 157 tat-Trattat KEEA, għas-sospensjoni ta’ l-effetti tar-regolament annullat jew għall-adozzjoni ta’ kull provvediment ieħor provviżorju.
Artikolu 61
Jekk l-appell ikun fondat sewwa, il-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. Tista’ allura jew hija stess tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċidiha.
F' każ ta’ rinviju, fuq punti ta’ dritt il-Qorti Ġenerali tkun marbuta bid-deċizjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Meta appell magħmul minn Stat Membru jew minn istituzzjoni ta’ l-Unjoni li ma jkunux intervjenew fil-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, ikun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista', jekk ikun jidhrilha meħtieġ, tindika dawk l-effetti tad-deċiżjoni annullata tal-Qorti Ġenerali li jkollhom jiġu konsidrati definittivi di fronti l-partijiet fil-kawża.
Artikolu 62
Fil-każijiet previsti fl-Artikolu 256(2) u (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, l-Avukat Ġenerali Ewlieni jista', meta jidhirlu li jkun hemm riskju serju ta’ preġudizzju għall-unità jew il-koerenza tad-dritt ta’ l-Unjoni, jipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.
Il-proposta għandha ssir fi żmien xahar mill-għoti tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. Fi zmien xahar minn meta tirċievi l-proposta magħmula mill-Avukat Ġenerali Ewlieni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi jekk ikunx hemm lok jew le għall-eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni.
Artikolu 62a
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu deċiżjonijiet fuq il-kwistjonijiet li huma suġġetti għal eżami mill-ġdid permezz ta’ proċedura b’ urġenza abbażi ta’ inkartament li jkun intbagħatilha mill-Qorti Ġenerali.
Il-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 ta’ dan l-Istatut kif ukoll, fil-każijiet previsti mill-Artikolu 256(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, il-partijiet fil-proċediment quddiem il-Qorti Ġenerali għandhom id-dritt li jressqu, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, noti jew osservazzjonijiet bil-miktub dwar kwistjonijiet li għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid fi żmien stipulat għal dan il-għan.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tista' tiddeċiedi li tiftaħ il-proċedura orali qabel ma tieħu deċiżjoni.
Artikolu 62b
Fil-każijiet previsti mill-Artikolu 256(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 278 u 279 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, il-proposta ta’ eżami mill-ġdid u d-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ eżami mill-ġdid m' għandhomx natura sospensiva. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tipperikola l-unità jew il-koerenza tad-Dritt ta’ l-Unjoni, hija għandha tirriferi l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali li tkun marbuta bil-punti ta’ liġi deċiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja; il-Qorti tal-Ġustizzja tista' tindika liema mill-effetti tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali għandhom jitqiesu bħala definittivi fir-rigward tal-partijiet involuti fit-tilwima. Madankollu, jekk, b'konsiderazzjoni tar-riżultat ta’ l-eżami mill-ġdid, is-soluzzjoni tal-kwistjoni toħroġ minn konstatazzjonijiet ta’ fatt li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu deċiżjoni li ma tkunx appellabbli.
Fil-każijiet previsti fl-Artikolu 256(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, fin-nuqqas ta’ proposta ta’ eżami mill-ġdid jew ta’ deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid, ir-risposta jew ir-risposti mogħtija mill-Qorti Ġenerali għall-kwistjonijiet li jkunu ġew imressqa lilha jkollhom effett minn meta jiskadu l-perijodi previsti għal dan il-għan mill-Artikolu 62, it-tieni subparagrafu. F'każ ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ eżami mill-ġdid, ir-risposta jew risposti li jkunu suġġetti għal eżami mill-ġdid għandu jkollhom effett meta tintemm din il-proċedura, ħlief jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi mod ieħor. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tipperikola l-unità jew il-koerenza tad-dritt ta’ l-Unjoni, ir-risposta mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-kwistjonijiet li jkunu suġġetti għal eżami mill-ġdid tieħu post dik tal-Qorti Ġenerali.
TITOLU IVa
QRATI SPEĊJALIZZATI
Artikolu 62c
Id-dispożizzjonijiet dwar il-kompetenzi, il-kompożizzjoni, l-organizzazzjoni u l-proċedura ta’ l-qrati speċjalizzati stabbiliti bis-saħħa ta’ l-Artikoli 257 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea huma annessi ma’ dan l-Istatut.
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 63
Ir-regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali għandu jkun fihom id-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiġi applikat u, fejn hemm bżonn, kompletat dan l-Istatut.
Artikolu 64
Ir-regoli dwar l-arranġamenti lingwistiċi applikabbli għall-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom jiġu stabbiliti b'regolament tal-Kunsill li jaġixxi b'mod unanimu. Dan ir-Regolament għandu jiġi adottat fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew, jew fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja u mal-Parlament Ewropew.
Sakemm dawn ir-regoli jiġu adottati id-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja u r-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali relattivi għal-lingwa għandhom ikomplu japplikaw. B'deroga mill-Artikoli 253 u 254 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu emendati jew revokati biss bl-approvazzjoni unanima tal-Kunsill.
ANNESS I
IT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TA' L-UNJONI EWROPEA
Artikolu 1
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku”, għandu jeżerċita fl-ewwel istanza l-kompetenza li jiddeċiedi dwar kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-impjegati tagħhom skond l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, inklużi dawk il-kwistjonijiet bejn il-korpi jew aġenziji kollha u l-impjegati tagħhom li fir-rigward tagħhom il-kompetenza hija attribwita lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jkun kompost minn seba' mħallfin. Fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jżid in-numru ta’ mħallfin.
L-imħallfin għandhom jiġu maħtura għal perjodu ta’ sitt snin. L-imħallfin li jispiċċaw il-mandat tagħhom jistgħu jiġu maħtura mill-ġdid.
Kull post vakanti għandu jimtela bil-ħatra ta’ mħallef ġdid għal perjodu ta’ sitt snin.
Artikolu 3
1. L-imħallfin għandhom jiġu maħtura mill-Kunsill, li jaġixxi skond ir-raba' subparagrafu ta’ l-Artikolu 257 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst f'dan l-Artikolu. Fil-ħatra ta’ l-imħallfin, il-Kunsill għandu jiżgura li jkun hemm kompożizzjoni ekwilibrata tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fuq bażi ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli minn fost ċittadini ta’ l-Istati Membri u fir-rigward tas-sistemi legali rappreżentati.
2. Kull persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ l-Unjoni u li tissodisfa l-kondizzjonijiet previsti fir-raba' subparagrafu ta’ l-Artikolu 257 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea tista' tippreżenta l-kandidatura tagħha. Il-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiffissa l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tal-preżentazzjoni u l-ipproċessar tal-kandidaturi.
3. Għandu jiġi stabbilit kumitat kompost minn seba' persuni magħżula minn fost ex membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali u avukati ta’ kompetenza rikonoxxuta. Il-ħatra tal-membri tal-kumitat u r-regoli tal-ħidma tiegħu għandhom jiġu deċiżi mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.
4. Il-kumitat għandu jagħti opinjoni dwar l-idoneità tal-kandidati sabiex jeżerċitaw il-funzjoni ta’ mħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-kumitat għandu jannetti ma’ din l-opinjoni lista tal-kandidati li għandhom l-esperjenza ta’ livell għoli l-aktar adegwata. Tali lista għandha tikkonsisti f'numru ta’ kandidati li jikkorrispondi għall-inqas għad-doppju tan-numru ta’ mħallfin li għandhom jiġu maħtura mill-Kunsill.
Artikolu 4
1. L-Imħallfin għandhom jaħtru minn fosthom il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għal perjodu ta’ tliet snin. Il-mandat tiegħu jista' jiġi mġedded.
2. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jkun kompost minn awli bi tliet imħallfin. Hu jista', f'ċerti każijiet determinati mir-regoli tiegħu ta’ proċedura, jiltaqa' f'seduta plenarja, f'awla ta’ ħames imħallfin jew f'awla ta’ mħallef wieħed.
3. Il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jippresjedi seduta plenarja u fl-awla ta’ ħames imħallfin. Il-Presidenti ta’ l-awli ta’ tliet imħallfin għandhom jinħatru skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Jekk il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jiġi assenjat għal awla ta’ tliet imħallfin, għandu jkun hu li jippresjedi f'din l-awla.
4. Il-kompetenzi u l-kworum tas-seduta plenarja kif ukoll il-kompożizzjoni ta’ l-awli u l-assenjazzjoni tal-kawżi lil dawn ta’ l-aħħar għandhom jkunu stabbiliti mir-regoli ta’ proċedura.
Artikolu 5
L-Artikoli 2 sa 6, 14, 15, l-ewwel, it-tieni u l-ħames paragrafi ta’ l-Artikolu 17, kif ukoll l-Artikolu 18 ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u għall-membri tiegħu.
Il-ġurament previst fl-Artikolu 2 ta’ l-Istatut għandu jittieħed quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u d-deċiżjonijiet previsti fl-Artikoli tiegħu 3, 4 u 6 għandhom jiġu adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja wara konsultazzjoni mat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
Artikolu 6
1. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jkun appoġġat mid-dipartimenti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali. Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jew, meta jkun il-każ, il-President tal-Qorti Ġenerali, għandu jistabbilixxi bi qbil komuni mal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku l-kondizzjonijiet li taħthom l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra, addetti mal-Qorti tal-Ġustizzja jew mal-Qorti Ġenerali, għandhom jagħtu s-servizzi tagħhom lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sabiex jassiguraw il-funzjonament tiegħu. Ċerti uffiċjali jew impjegati oħra huma responsabbli lejn ir-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku taħt l-awtorità tal-President ta’ dan it-Tribunal.
2. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jaħtar ir-Reġistratur tiegħu u jippreskrivi r-regoli tas-servizz tiegħu. Ir-raba' subparagrafu ta’ l-Artikolu 3, l-Artikoli 10, 11 u 14 ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom japplikaw għar-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
Artikolu 7
1. Il-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandha tkun iggvernata mit-Titolu III ta’ l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, ħlief għall-Artikoli tiegħu 22 u 23. Aktar preċiżjoni u kompletezza, skond il-bżonn, jistgħu jiġu stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tat-Tribunal.
2. Id-dispożizzjonijiet tar-reġim lingwistiku tal-Qorti Ġenerali għandhom ikunu applikabbli għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
3. L-istadju bil-miktub tal-proċedura għandu jinkludi l-preżentata tat-talba u l-eċċezzjonijiet tal-konvenut, sakemm it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma jiddeċidix li hemm bżonn ta’ skambju ieħor ta’ skritturi. Fejn isir it-tieni skambju ta’ skritturi, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista', bil-qbil tal-partijiet, jiddeċiedi li jaqta' l-kawża mingħajr ma ssir il-proċedura orali.
4. F'kull stadju tal-proċedura, inkluża l-preżentata tat-talba, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jista' jeżamina l-possibbiltajiet ta’ soluzzjoni bi ftehim tal-kwistjoni u jista' jipprova jiffaċilita tali soluzzjoni.
5. It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jiddeċiedi dwar l-ispejjeż tal-kawża. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet partikolari tar-regoli ta’ proċedura, il-parti telliefa għandha tħallas l-ispejjeż jekk hekk ikun deċiż.
Artikolu 8
1. Fejn xi talba jew att proċedurali ieħor li jkunu indirizzati lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jiġu preżentati bi żball lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali, dawn għandhom jiġu trasmessi immedjatament minn dan ir-Reġistratur lir-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Bl-istess mod, fejn xi talba jew att proċedurali ieħor li jkunu indirizzati lill-Qorti tal-Ġustizzja jew lill-Qorti Ġenerali jiġu preżentati bi żball lir-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, dawn għandhom jiġu trasmessi immedjatament minn dan ir-Reġistratur lir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali.
2. Fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku isib li mhuwiex kompetenti sabiex jieħu konjizzjoni ta’ kawża li taqa' fil-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jew tal-Qorti Ġenerali, huwa għandu jirriferi l-kawża lill-Qorti tal-Ġustizzja jew lill-Qorti Ġenerali. Bl-istess mod, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja jew il-Qorti Ġenerali jsibu li kawża taqa' fil-kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, il-Qorti mitluba għandha tirriferi l-kawża lil dan ta’ l-aħħar li ma jistax, f'dak il-każ, jiċħad il-kompetenza tiegħu.
3. Fejn quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-Qorti Ġenerali jinġiebu kawżi li fihom titqajjem l-istess kwistjoni ta’ interpretazzjoni jew li fihom jitqanqal dubbju dwar il-validità ta’ l-istess att, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, wara li jisma' l-partijiet, jista' jissospendi l-proċedimenti sakemm il-Qorti Ġenerali tagħti d-deċiżjoni tagħha.
Fejn quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-Qorti Ġenerali jinġiebu kawżi li jkollhom l-istess oġġett, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jastjeni milli jassumi l-kompetenza tiegħu sabiex il-Qorti Ġenerali tiddeċiedi l-kawża.
Artikolu 9
Appell jista' jsir quddiem il-Qorti Ġenerali, fi żmien xahrejn li jiddekorru min-notifika tad-deċiżjoni impunjata, kontra d-deċiżjonijiet finali tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, u kontra d-deċiżjonijiet ta’ dak it-Tribunal li jaqtgħu parzjalment kwistjonijiet fil-mertu, jew li jikkonkludu kwistjoni ta’ proċedura dwar eċċezzjoni ta’ inkompetenza jew ta’ inammissibbiltà.
Dan l-appell jista' jitressaq minn kwalunkwe parti li ma tkunx irnexxiet, parzjalment jew għal kollox, fit-talbiet tagħha. Madankollu, dawk li jintervjenu, ħlief l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni, jistgħu jressqu dan l-appell biss meta d-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tolqothom direttament.
Artikolu 10
1. Jista' jsir appell quddiem il-Qorti Ġenerali kontra d-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jkunu ċaħdu talba għall-intervent fi żmien ġimgħatejn min-notifika tad-deċiżjoni li tiċħad, minn kull persuna li t-talba tagħha tkun ġiet miċħuda.
2. Il-partijiet fil-proċedimenti jistgħu jappellaw quddiem il-Qorti Ġenerali mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mogħtija skond l-Artikolu 278 jew l-Artikolu 279, jew skond ir-raba' subparagrafu ta’ l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea jew skond l-Artikolu 157 jew it-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 164 tat-Trattat KEEA fi żmien xahrejn min-notifika tagħha.
3. Il-President tal-Qorti Ġenerali jista' jiddeċiedi appelli previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Aritkolu, skond proċedura sommarja li tkun tista' tidderoga, safejn meħtieġ, minn xi wħud mir-regoli li fih dan l-Anness u li għandha tiġi stabbilita minn Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.
Artikolu 11
1. Appell quddiem il-Qorti Ġenerali jista' jitressaq biss fuq punti ta’ liġi. L-appell jista' jitressaq għal motivi ta’ l-inkompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ta’ ksur tal-proċedura quddiemha li jista' jagħmel ħsara lill-interessi ta’ l-appellant kif ukoll ksur tad-dritt ta’ l-Unjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
2. Ma jistax isir appell fuq il-kap ta’ l-ispejjeż biss, dwar min ibagħtihom u l-ammonti tagħhom.
Artikolu 12
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 278 u 279 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea u għall-Artikolu 157 tat-Trattat KEEA, l-appell quddiem il-Qorti Ġenerali ma għandux ikollu effett sospensiv.
2. Fejn jitressaq appell minn deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali għandha tikkonsisti f'parti bil-miktub u parti orali. Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti Ġenerali, wara li tkun semgħet lill-partijiet, tista' tiddeċiedi mingħajr il-proċedura orali.
Artikolu 13
1. Jekk l-appell ikun fondat, il-Qorti Ġenerali għandha tħassar id-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u tiddeċiedi l-kawża hija stess. Jekk il-kawża tkun f'punt fejn għad ma tistax tinqata', il-Qorti Ġenerali għandha tibgħat l-atti lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
2. Fejn il-kawża tiġi rinvjata kif indikat fil-paragrafu preċedenti, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għandu jibqa' marbut bid-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali fuq il-punti ta’ liġi.
PROTOKOLL DWAR IL-LOKALITÀ TAS-SEDE TA' L-ISTITUZZJONIJIET U TA' ĊERTI ORGANI, KORPI U DIPARTIMENTI TA' L-UNJONI EWROPEA
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI,
WARA LI KKUNSIDRAW l-Artikolu 341 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 189 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika,
WAQT LI JFAKKRU U JIKKONFERMAW id-Deċiżjoni tat-8 ta'April 1965, u mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li jikkonċernaw is-sede ta’ istituzzjonijiet, organi, korpi u dipartimenti futuri,
QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea;
Artikolu Uniku
(a) |
Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Strasburgu fejn it-tnax-il perijodu tas-sessjonijiet plenarji ta’ kull xahar, inkluża s-sessjoni tal-baġit, għandhom jinżammu. Il-perjodi tas-sessjonijiet plenarji addizzjonali għandhom jinżammu fi Brussell. Il-kumitati tal-Parlament Ewropew għandhom jiltaqgħu fi Brussell. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew u d-dipartimenti tiegħu għandhom jibqgħu fil-Lussemburgu. |
(b) |
Il-Kunsill għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussell. Matul ix-xhur ta’ April, Ġunju u Ottubru, il-Kunsill għandu jżomm il-laqgħat tiegħu fil-Lussemburgu. |
(c) |
Il-Kummissjoni għandha jkollha s-sede tagħha fi Brussell. Id-dipartimenti elenkati fl-Artikoli 7, 8 u 9 tad-Deċiżjoni tat-8 ta'April 1965 għandhom ikunu stabbiliti fil-Lussemburgu. |
(d) |
Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea għandha jkollha s-sede tagħha fil-Lussemburgu. |
(e) |
Il-Qorti ta’ l-Awdituri għandha jkollha s-sede tagħha fil-Lussemburgu. |
(f) |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussell. |
(g) |
Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkollu s-sede tiegħu fi Brussell. |
(h) |
Il-Bank Ewropew ta’ l-Investiment għandu jkollu s-sede tiegħu fil-Lussemburgu. |
(i) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkollu s-sede tiegħu fi Frankfurt. |
(j) |
L-Uffiċju tal-Pulizija Ewropea (Europol) għandu jkollu s-sede tiegħu fl-Aja. |
PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TA' L-UNJONI EWROPEA
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
FILWAQT LI KKUNSIDRAW li, skond l-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika (KEEA), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji ta’ l-Istati Membri dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq ta’ l-attivitajiet tagħhom,
QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika:
KAPITOLU I
Proprjetà, fondi, assi u ħidmiet ta' l-Unjoni Ewropea
Artikolu 1
Il-postijiet u l-bini ta’ l-Unjoni ikunu invjolabbli. Ikunu eżenti minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi ta’ l-Unjoni ma jkunu suġġetti għal ebda miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġihom mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Artikolu 2
L-arkivji ta’ l-Unjoni ikunu invjolabbli.
Artikolu 3
L-Unjoni, l-assi, id-dħul finanzjarju u proprjetà oħra tagħha ikunu eżenti minn kull taxxa diretta.
Il-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri għandhom, kull meta possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jirrinunzjaw għal jew iħallsu lura l-ammont ta’ taxxi indiretti jew taxxi fuq il-bejgħ inklużi fil-prezz ta’ proprjetà mobbli jew immobbli, meta l-Unjoni tagħmel, għall-użu uffiċjali tagħha, xirjiet sostanzjali li l-prezz tagħhom ikun jinkludi taxxi ta’ din ix-xorta. Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx japplikaw, madankollu, b’ mod li jkollhom l-effett li jfixklu l-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni.
L-ebda eżenzjoni m'għandha tingħata għar-rigward ta’ taxxi u ammonti dovuti li jkunu biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika.
Artikolu 4
L-Unjoni tkun eżenti mid-dazji kollha tad-dwana, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti intiżi għall-użu uffiċjali tagħhom; ħadd ma għandu jiddisponi minn oġġetti hekk importati, sew bi ħlas sew bla ħlas, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief taħt kondizzjonijiet approvati mill-Gvern ta’ dak il-pajjiż.
L-Unjoni tkun ukoll eżenti minn kull dazju tad-dwana u minn kull projbizzjoni u restrizzjoni fuq importazzjonijiet u esportazzjonijiet għar-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.
KAPITOLU II
Komunikazzjonijiet u laissez-passer
Artikolu 5
(ex Artikolu 6)
Għall-komunikazzjonijiet uffiċċjali u t-trasmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni igawdu fit-territorju ta’ kull Stat Membru it-trattament mogħti minn dak l-Istat lil missjonijiet diplomatiċi.
Korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħra ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni ma jkunux suġġetti għal ċensura.
Artikolu 6
(ex Artikolu 7)
Laissez-passer f'għamla li tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi, li għandhom ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti validi ta’ l-ivvjaġġar mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri, jistgħu jinħarġu lill-membri u lill-impjegati ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni mill-Presidenti ta’ dawn l-istituzzjonijiet. Dawn il-laissez-passer għandhom jinħarġu lill-uffiċjali u lill-impjegati oħra taħt kondizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti dwar il-Persunal ta’ l-uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ impjegati oħra ta’ l-Unjoni.
Il-Kummissjoni tista' tagħmel kull ftehim sabiex dawn il-laissez-passer ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti validi għall-ivvjaġġar fit-territorju ta’ pajjiżi terzi.
KAPITOLU III
Membri tal-Parlament Ewropew
Artikolu 7
(ex Artikolu 8)
M'għandha tiġi imposta ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta’ xort'oħra fuq il-moviment liberu ta’ membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.
Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward ta’ dwana u kontroll fuq il-kambju, jingħataw:
(a) |
mill-Gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil uffiċjali għolja li jkunu qed jivvjaġġaw barra mill-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji; |
(b) |
mill-Gvernijiet ta’ Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta’ Gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji. |
Artikolu 8
(ex Artikolu 9)
Membri tal-Parlament Ewropew m'għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.
Artikolu 9
(ex Artikolu 10)
Waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-membri tiegħu, għandhom igawdu:
(a) |
fit-territorju ta’ l-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom; |
(b) |
fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni u minn proċeduri legali. |
L-immunità bl-istess mod tkun tgħodd għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.
L-immunità ma tistax tintalab meta membru jinqabad fil-fatt ta’ reat u ma tipprekludix lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja għall-immunità ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu.
KAPITOLU IV
Rappreżentanti ta’ Stati Membri li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea
Artikolu 10
(ex Artikolu 11)
Rappreżentanti ta’ Stati Membri li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi tad-doveri tagħhom u waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post tal-laqgħa jgawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet konswetudinarji.
Dan l-Artikolu japplika wkoll għal membri ta’ korpi ta’ konsulenza ta’ l-Unjoni.
KAPITOLU V
Uffiċjali u impjegati oħra ta’ l-Unjoni Ewropea
Artikolu 11
(ex Artikolu 12)
Fit-terrritorju ta’ kull Stat Membru u tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, uffiċjali u impjegati oħra ta’ l-Unjoni:
(a) |
mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li għandhom x'jaqsmu, min-naħa l-waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta’ uffiċjali u impjegati oħra lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea fi kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-uffiċjali u impjegati oħra tagħha, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward ta’ atti magħmulin minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inklużi kliem li jkunu qalu jew kitbu. Ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu temmew il-kariga tagħhom; |
(b) |
flimkien mal-konjuġi tagħhom u membri dipendenti tal-familji tagħhom, ma jkunux suġġetti għal restrizzjonijiet fl-immigrazzjoni jew għal formalitajiet fir-reġistrazzjoni ta’ frustieri; |
(c) |
fir-rigward ta’ regolamenti dwar il-valuta jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet bħal ma s-soltu jingħataw lil uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(d) |
igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom meta jibdew il-kariga tagħhom għall-ewwel darba f'dak il-pajjiż u d-dritt li jerġgħu jesportaw l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom mingħajr ebda dazju, meta jtemmu d-doveri tagħhom f'dak il-pajjiż, mingħajr preġudizzju, f'kull każ, għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern tal-pajjiż, fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat; |
(e) |
ikollhom id-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju karrozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata jew fil-pajjiż fejn l-aħħar kellhom ir-residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma jkollhom ċittadinanza skond il-pattijiet viġenti fis-suq lokali ta’ dak il-pajjiż, u li jerġgħu jesportawha mingħajr ebda dazju, mingħajr preġudizzju f'kull każ għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern ta’ dak il-pajjiż. |
Artikolu 12
(ex Artikolu 13)
L-uffiċjali u impjegati oħra ta’ l-Unjoni għandhom ikunu suġġetti għal taxxa għall-benefiċċju ta’ l-Unjoni fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, skond il-kondizzjonijiet u l-proċedura stabbilita mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni ma’ l-istituzzjonijiet konċernati.
Ikunu eżenti minn taxxi nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Unjoni.
Artikolu 13
(ex Artikolu 14)
Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni u fl-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja magħmulin bejn Stati Membri ta’ l-Unjoni, uffiċjali u impjegati oħra ta’ l-Unjoni li, unikament minħabba fil-qadi tad-doveri tagħhom fis-servizz ta’ l-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż ta’ domiċilju tagħhom għal finijiet ta’ taxxa, meta jidħlu fis-servizz ta’ l-Unjoni, jiġu kunsidrati, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom sew fil-pajjiż tad-domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, bħala li jkunu żammew id-domiċilju tagħhom f'dan l-aħħar pajjiż basta li dan ikun membru ta’ l-Unjoni. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għall-konjuġi, safejn il-konjuġi ma jkollux jew ma jkollhiex separatament xi okkupazzjoni bi qligħ, u għal ulied dipendenti fuq u taħt ir-responsabbiltà tal-persuni msemmija f'dan l-Artikolu.
Il-proprjetà mobbli, li tappartjeni lil persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn dawn ikunu qegħdin joqgħodu, tkun eżenti minn kull taxxa tas-suċċessjoni f'dak il-pajjiż; dik il-proprjetà għandha, għall-kalkolu ta’ dik it-taxxa, tiġi meqjusa bħala li tinsab fil-pajjiż ta’ domiċilju għal finijiet ta’ taxxa, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli ta’ provvedimenti ta’ konvenzjonijiet internazzjonali fuq it-tassazzjoni doppja.
Kull domiċilju miksub unikament minħabba l-qadi ta’ dmirijiet fis-servizz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra m'għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 14
(ex Artikolu 15)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara konsultazzjoni ma’ l-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għall-impjegati l-oħra ta’ l-Unjoni.
Artikolu 15
(ex Artikolu 16)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti, għandhom jistabbilixxu l-kategoriji ta’ uffiċjali u impjegati oħra ta’ l-Unjoni li għalihom id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11, tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12, u ta’ l-Artikolu 13 għandhom japplikaw, kollha kemm huma jew f'parti minnhom.
L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi ta’ uffiċjali u impjegati oħra mdaħħla f'dawk il-kategoriji għandhom jiġu komunikati perjodikament lill-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri.
KAPITOLU VI
Privileġġi u immunitajiet ta’ missjonijiet ta’ pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni Ewropea
Artikolu 16
(ex Artikolu 17)
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni ikollha s-sede tagħha għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi konswetudinarji lil missjonijiet ta’ pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.
KAPITOLU VII
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 17
(ex Artikolu 18)
Privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet jingħataw lill-uffiċjali u l-impjegati oħra ta’ l-Unjoni unikament fl-interessi ta’ l-Unjoni.
Kull istituzzjoni ta’ l-Unjoni tkun meħtieġa li tirrinunzja għall-immunità mogħtija lil xi uffiċjal jew impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni jidhrilha li r-rinunzja għal dik l-immunità ma tkunx kontra l-interessi ta’ l-Unjoni.
Artikolu 18
(ex Artikolu 19)
L-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni għandhom, bl-għan li jiġi applikat dan il-Protokoll, jikkoperaw ma’ l-awtoritajiet responsabbli ta’ l-Istati Membri involuti.
Artikolu 19
(ex Artikolu 20)
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-President tal-Kunsill Ewropew.
Huma għandhom japplikaw ukoll għall-membri tal-Kummissjoni.
Artikolu 20
(ex Artikolu 21)
L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistraturi u l-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu ma’ l-immunità minn proċedimenti legali għall-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.
Artikolu 21
(ex Artikolu 22)
Dan il-Protokoll japplika wkoll għall-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, għall-membri ta’ l-organi tiegħu, għall-persunal u r-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.
Il-Bank Ewropew ta’ l-Investiment għandu barra minn dan jiġi eżentat minn kull forma ta’ tassazzjoni jew impożizzjoni ta’ xorta simili f'każ ta’ xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu ma’ dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew stralċ tiegħu ma għandha tagħti lok għal ebda impożizzjoni. Fl-aħħarnett, l-attivitajiet tal-Bank u ta’ l-organi tiegħu imwettqa skond l-Istatut tiegħu ma jkunux suġġetti għal xi taxxa fuq il-bejgħ.
Artikolu 22
(ex Artikolu 23)
Dan il-Protokoll għandu jkun japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri ta’ l-organi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll fuq l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu, ukoll, ikun eżenti minn kull għamla ta’ tassazzjoni jew impożizzjoni ta’ xorta simili, f'każ ta’ xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkollhom x'jaqsmu, fl-Istat fejn il-bank ikollu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-fergħat tiegħu li jaħdmu skond l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew m'għandhomx ikunu suġġetti għal xi taxxa fuq it-turnover.
PROTOKOLL DWAR L-ARTIKOLU 40.3.3 TAL-KOSTITUZZJONI TA' L-IRLANDA
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
QABLU dwar id-dispożizzjoni li ġejja, li tkun annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika:
Xejn fit-Trattati, fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, jew fit-Trattati jew Atti li jimmodifikaw jew jissupplimentaw dawk it-Trattati, ma għandu jeffettwa l-applikazzjoni fl-Irlanda ta’ l-Artikolu 40.3.3. tal-Kostituzzjoni ta’ l-Irlanda.
PROTOKOLL DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
BILLI, sabiex tiġi organizzata t-transizzjoni bejn id-dispożizzjonijiet istituzzjonali tat-Trattati applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u dawk previsti mill-imsemmi Trattat huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet transitorji,
FTIEHMU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika:
Artikolu 1
F'dan il-Protokoll, il-kliem “it-Trattati” jfissru t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika.
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARLAMENT EWROPEW
Artikolu 2
1. Għall-perijodu tal-leġislatura 2009-2014 li jkun jifdal fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Artikolu, u b'deroga mill-Artikoli 189, it-tieni subparagrafu, u 190(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u mill-Artikoli 107, it-tieni subparagrafu, u 108(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, li kienu fis-seħħ meta saru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'Ġunju 2009, u b'deroga min-numru ta’ siġġijiet previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-18-il siġġu li ġejjin għandhom jiżdiedu mas-736 siġġu eżistenti, sabiex b'hekk in-numru totali ta’ membri tal-Parlament Ewropew isir provviżorjament 754 sat-tmiem tal-leġislatura 2009-2014:
Bulgarija |
1 |
Spanja |
4 |
Franza |
2 |
Italja |
1 |
Latvja |
1 |
Malta |
1 |
Olanda |
1 |
Awstrija |
2 |
Polonja |
1 |
Slovenja |
1 |
Svezja |
2 |
Renju Unit |
1 |
2. B'deroga għall-Artikolu 14(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaħtru l-persuni li ser jimlew is-siġġijiet addizzjonali msemmijin fil-paragrafu 1, f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati u sakemm il-persuni kkonċernati jkunu ġew eletti b'vot dirett universali:
(a) |
f'elezzjonijiet ad hoc b'vot dirett universali fl-Istat Membru kkonċernat, f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew; jew |
(b) |
b'referenza għar-riżultati tal-elezzjonijet tal-Parlament Ewropew tal-4 sas-7 ta’ Ġunju 2009; jew |
(c) |
b'ħatra mill-Parlament nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, minn fost il-membri tiegħu, tan-numru meħtieġ ta’ membri, skont il-proċedura stabbilita minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. |
3. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fi żmien opportun qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014.
TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-MAĠĠORANZA KWALIFIKATA
Artikolu 3
1. Skond l-Artikolu 14(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu u d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 238(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-definizzjoni tal-maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill Ewropew u fil-Kunsill, għandu jkollhom effett mill-1 ta’ Novembru 2014.
2. Bejn l-1 ta’ Novembru 2014 u l-31 ta’ Marzu 2017, meta att ikollu jiġi adottat bil-maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob li l-att jiġi adottat bil-maġġoranza kwalifikata kif definita fil-paragrafu 3. F'dak il-każ, għandhom japplikaw il-paragrafi 3 u 4.
3. Sal-31 ta’ Ottubru 2014, għandhom ikunu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li ġejjin, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 235(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea:
Fejn il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu bil-maġġoranza kwalifikata, il-voti tal-membri għandhom jitqiesu li għandhom il-piż kif ġej:
Belġju |
12 |
Bulgarija |
10 |
Repubblika Ċeka |
12 |
Danimarka |
7 |
Ġermanja |
29 |
Estonja |
4 |
Irlanda |
7 |
Greċja |
12 |
Spanja |
27 |
Franza |
29 |
Italja |
29 |
Ċipru |
4 |
Latvja |
4 |
Litwanja |
7 |
Lussemburgu |
4 |
Ungerija |
12 |
Malta |
3 |
Olanda |
13 |
Awstrija |
10 |
Polonja |
27 |
Portugall |
12 |
Rumanija |
14 |
Slovenja |
4 |
Slovakkja |
7 |
Finlandja |
7 |
Svezja |
10 |
Renju Unit |
29 |
L-atti għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 255 vot favur li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-membri meta, skond it-Trattati, għandhom jiġu adottati fuq proposta tal-Kummissjoni. F'każijiet oħra l-atti għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 255 vot favur li jirrappreżentaw mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri.
Membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill jista' jitlob li, fejn att huwa adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, jiġi verifikat jekk l-Istati Membri li jiffurmaw din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentawx mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta’ l-Unjoni. Jekk jinstab li dan ma jkunx il-każ, l-att m'għandux ikun adottat.
4. Sal-31 ta’ Ottubru 2014, fil-każijiet fejn, skond it-Trattati mhux il-membri kollha tal-Kunsill jipparteċipaw fil-vot, jiġifieri fil-każijiet fejn issir referenza għall-maġġoranza kwalifikata definita skond l-Artikolu 238(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun imfissra bħala li hija l-istess proporzjon tal-voti peżati u l-istess proporzjon tan-numru tal-membri tal-Kunsill u, jekk ikun xieraq, l-istess perċentwali tal-popolazzjoni ta’ l-Istati Membri konċernati kif stabbilit fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-FORMAZZJONIJIET TAL-KUNSILL
Artikolu 4
Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jista' jiltaqa' fil-konfigurazzjonijiet previsti fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dak il-paragrafu kif ukoll fil-konfigurazzjonijiet l-oħra fuq il-lista stabbilita b'deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi.
TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KUMMISSJONI, INKLUŻ IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TA' L-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA' SIGURTÀ
Artikolu 5
Il-Membri tal-Kummissjoni fil-kariga fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona għandhom jibqgħu fil-kariga sat-tmiem tal-mandat tagħhom. Madankollu, fil-jum tal-ħatra tar-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, għandu jintemm il-mandat tal-membru li jkollu l-istess nazzjonalità tar-Rappreżentant Għoli.
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-KUNSILL, IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI GĦALL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI U D-DEPUTAT SEGRETARJU ĠENERALI TAL-KUNSILL
Artikolu 6
Il-mandati tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni u d-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandhom jintemmu fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Il-Kunsill għandu jaħtar Segretarju Ġenerali skond l-Artikolu 240(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.
TITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KORPI KONSULTATTIVI
Artikolu 7
Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 301 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandha tkun kif ġej:
Belġju |
12 |
Bulgarija |
12 |
Repubblika Ċeka |
12 |
Danimarka |
9 |
Ġermanja |
24 |
Estonja |
7 |
Irlanda |
9 |
Greċja |
12 |
Spanja |
21 |
Franza |
24 |
Italja |
24 |
Ċipru |
6 |
Latvja |
7 |
Litwanja |
9 |
Lussemburgu |
6 |
Ungerija |
12 |
Malta |
5 |
Olanda |
12 |
Awstrija |
12 |
Polonja |
21 |
Portugall |
12 |
Rumanija |
15 |
Slovenja |
7 |
Slovakkja |
9 |
Finlandja |
9 |
Svezja |
12 |
Renju Unit |
24 |
Artikolu 8
Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 305 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għandha tkun kif ġej:
Belġju |
12 |
Bulgarija |
12 |
Repubblika Ċeka |
12 |
Danimarka |
9 |
Ġermanja |
24 |
Estonja |
7 |
Irlanda |
9 |
Greċja |
12 |
Spanja |
21 |
Franza |
24 |
Italja |
24 |
Ċipru |
6 |
Latvja |
7 |
Litwanja |
9 |
Lussemburgu |
6 |
Ungerija |
12 |
Malta |
5 |
Olanda |
12 |
Awstrija |
12 |
Polonja |
21 |
Portugall |
12 |
Rumanija |
15 |
Slovenja |
7 |
Slovakkja |
9 |
Finlandja |
9 |
Svezja |
12 |
Renju Unit |
24 |
TITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI DWAR L-ATTI ADOTTATI ABBAŻI TAT-TITOLI V U VI TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA QABEL ID-DĦUL FIS-SEĦĦ TAT-TRATTAT TA' LISBONA
Artikolu 9
L-effetti legali ta’ l-atti ta’ l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni adottati abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona għandhom jiġu preservati sakemm dawk l-atti jiġu revokati, isiru nulli jew jiġu emendati fl-implementazzjoni ta’ dawn it-Trattati. L-istess japplika għall-konvenzjonijiet konklużi bejn l-Istati Membri abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 10
1. Bħala miżura transitorja, u fir-rigward ta’ atti ta’ l-Unjoni fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-kompetenzi ta’ l-istituzzjonijiet fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak it-Trattat għandhom ikunu dawn li ġejjin: il-kompetenzi tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea m'għandhomx ikunu applikabbli u s-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattatta' Lisbona, għandhom jibqgħu l-istess, inkluż fejn dawn ġew aċċettati taħt l-Artikolu 35(2) ta’ l-imsemmi Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
2. L-emendar ta’ att imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvolvi l-applikabbiltà tas-setgħat ta’ l-istituzzjonijiet imsemmija f'dak il-paragrafu kif stabbilit fit-Trattati fir-rigward ta’ l-att emendat u għal dawk l-Istati Membri li għalihom għandu japplika dak l-att emendat.
3. Fi kwalunkwe każ, il-miżura transitorja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieqaf milli jkollha effett ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattatta' Lisbona.
4. Sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza tal-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafu 3, ir-Renju Unit jista' jinnotifika lill-Kunsill li dan ma jaċċettax, fir-rigward ta’ l-atti msemmija fil-paragrafu 1, is-setgħat ta’ l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u kif previsti fit-Trattati. Fil-każ li r-Renju Unit ikun għamel dik in-notifika, l-atti kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieqfu milli japplikaw għalih mid-data ta’ l-iskadenza tal-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafu 3. Dan is-subparagrafu m'għandux japplika fir-rigward ta’ l-atti emendati li huma applikabbli għar-Renju Unit kif imsemmi fil-paragrafu 2.
Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina l-arranġamenti ta’ konsegwenza u transitorji meħtieġa. Ir-Renju Unit m'għandux jipparteċipa fl-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 238(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' wkoll jadotta deċiżjoni li tiddetermina li r-Renju Unit għandu jkun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tiegħu f'dawk l-atti.
5. Ir-Renju Unit jista', fi kwalunkwe ħin wara, jinnotifika lill-Kunsill bix-xewqa tiegħu li jipparteċipa f'atti li waqfu milli japplikaw għalih skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4. F'dak il-każ għandhom japplikaw, skond il-każ, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea jew tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta’ l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Is-setgħat ta’ l-istituzzjonijiet fir-rigward ta’ dawk l-atti għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Trattati. Meta jaġixxu skond il-Protokolli rilevanti, l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom ifittxu li jerġgħu jistabbilixxu l-akbar livell possibbli ta’ parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-acquis ta’ l-Unjoni fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr ma tintlaqat l-operabbiltà prattika tad-diversi partijiet tiegħu u filwaqt li tiġi rispettata l-koerenza tagħhom.
(1) Artikolu mdaħħal bid-Deċiżjoni 2008/79/KE, Euratom (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 42).