Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/156A/02

Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (Londra)

ĠU C 156A, 26.5.2011, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 156/3


Reklutaġġ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (Londra)

(2011/C 156 A/02)

L-Aġenzija hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-valutazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu tal-bniedem u veterinarju fl-Unjoni Ewropea (ara r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1)). L-Aġenzija ġiet imwaqqfa f'Jannar tal-1995. Hija għanda ħafna kuntatti mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea, is-27 Stat Membru tal-UE, il-pajjiżi taż-ŻEE/EFTA u ħafna gruppi oħra fis-settur pubbliku u privat.

Aktar informazzjoni dwar l-Aġenzija u l-attivitajiet tagħha hija disponibbli permezz tal-Internet; l-indirizz tal-website tagħna huwa http://www.ema.europa.eu

L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) qed torganizza proċeduri ta' selezzjoni bl-għan li titfassal lista ta' riserva għal:

EMA/AD/325: Uffiċjal tal-Komunikazzjonijiet Interni, Settur tal-Appoġġ Eżekuttiv, Unità tad-Direttorat (AD 6)

EMA/AD/326: Amministratur (Xjentifiku), Settur Regolamentazzjoni, Proċeduri u Kumitat għall-Unità għall-Protezzjoni tas-Saħħa tal-Pazjent (AD 6)

EMA/AD/327: Amministratur, Settur tad-Dejtabejż u tal-Livell Intermedju, Settur tal-Infrastruttura tal-ICT, Informazzjoni u Teknoloġija tal-Komunikazzjoni (AD 6)

Kandidati magħżula jitniżżlu fuq lista ta' riżerva u, skont is-sitwazzjoni finanzjarja, jista' jiġi offert lilhom kuntratt bħala Aġent Temporanju ta' ħames snin, li jista' jiġġedded, konformi mal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 56, 4.3.1968).

Il-post tal-impjieg ikun Londra.

Il-kandidati għandhom ikunu ċittadini ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Islanda jew tan-Norveġja jew tal-Liechtenstein, u jgawdu mid-drittijiet kollha bħala cittadini.

Il-kundizzjonijiet kollha u d-deskrizzjoni tal-impjieg għandhom jitniżżlu mill-website tal-Aġenzija:

http://www.ema.europa.eu/htms/general/admin/recruit/recruitnew.htm

L-applikazzjonijiet iridu jsiru b'mod elettroniku permezz tal-formola disponibbli fuq il-website tal-Aġenzija. L-iskadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet tagħlaq fis-7 ta' Lulju 2011 f'nofsillejl.

Jekk jogħġbok żomm f'moħħok illi minħabba fin-numru kbir ta' applikazzjonijiet li tirċievi l-Aġenzija, meta jasal iż-żmien tal-għeluq għall-applikazzjonijiet, is-sistema jista' jinqalalha problemi biex tiproċessa ammonti kbar ta' data. Għaldaqstant, huwa rakkomandabbli li min japplika jibgħat l-applikazzjoni tiegħu ferm aktar qabel mid-data perentorja

Jekk tixtieq tirċievi l-avviżi tal-pubblikazzjonijiet ta' impjiegi battala b'mod elettroniku jekk jogħġbok irreġistra online għal RSS fuq http://www.ema.europa.eu/ taħt “RSS news feeds”.


Top