Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/090/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6106 – Caterpillar/MWM) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 90, 22.3.2011, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6106 – Caterpillar/MWM)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 90/10

1.

Fl-14 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Caterpillar Inc. (“Caterpillar”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll sħiħ tal-impriża MWM Holding GmbH (“MWM”, il-Ġermanja) permezz ta' xiri ta' ishma. Il-konċentrazzjoni ġiet riferuta lill-Kummissjoni Ewropea mill-Awtorità Ġermaniża għall-Kompetizzjoni skont l-Artikolu 22(3) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Ir-referenza kienet suċċessivament konġunta mill-Awstrija u s-Slovakkja.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Caterpillar: attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ makkinarji u magni, inklużi magni reċiprokanti, kif ukoll fil-forniment ta’ prodotti finanzjarji,

għal MWM: kumpanija holding li tikkontrolla 100 % ta’ MWM GmbH, kumpanija li flimkien mas-sussidjarji tagħha, hija attiva fil-forniment ta’ prodotti, servizzi u teknoloġiji, għall-forniment deċentralizzat tal-elettriku bl-użu ta’ magni reċiprokanti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6106 – Caterpillar/MWM, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top