Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/321/04

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6015 – Banco Santander/Bank Zachodni WBK/BZWBK AIB Asset Management) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 321, 26.11.2010, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 321/8


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6015 – Banco Santander/Bank Zachodni WBK/BZWBK AIB Asset Management)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2010/C 321/04

    1.

    Fis-17 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Banco Santander SA (“Santander”, Spanja) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta' Zachodni WBK SA (“BZWBK”, il-Polonja) permezz ta' offerta pubblika fl-10 ta’ Settembru 2010 u ta' BZWBK AIB Asset Management SA (“BZWBK Asset Management”, il-Polonja), permezz tax-xiri ta' ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Santander: grupp internazzjonali ta' kumpaniji bankarji u finanzjarji, attiv f'operazzjonijiet bankarji għal individwi, ġestjoni ta' assi, operazzjonijiet bankarji għal kumpaniji u ta' investiment, te¿or u assigurazzjoni, li jopera fuq livell internazzjonali,

    għal BZWBK: bank li jipprovdi firxa wiesgħa ta' servizzi għal entitajiet domestiċi, IM u kumpaniji kbar, f'attivitajiet bankarji, servizzi ta' senserija, fondi mutwi, assigurazzjoni, kiri u fatturmanet ta' prodotti fil-Polonja,

    għal BZWBK Asset Management : Sussidjarja ta' BZWBK, toffri servizzi ta' ġestjoni ta' assi fil-Polonja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6015 – Banco Santander/Bank Zachodni WBK/BZWBK AIB Asset Management, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top