EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2010/068/01

Minuti tas-seduta tat-tnejn, 30 ta’ novembru 2009

ĠU C 68, 18.3.2010, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/1


MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TNEJN, 30 TA’ NOVEMBRU 2009

(2010/C 68/01)

(Is-seduta nfetħet fid-11.05 a.m.)

Seduta inawgurali formali

Indirizzaw l-Assemblea dawn li ġejjin:

is-Sur Fernando da Piedade Dias dos Santos, l-Ispiker tal-Assemblea Nazzjonali tal-Angola, is-Sur Wilkie Rasmussen, Ko-President tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, is-Sur Louis Michel, Ko-President tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u s-Sur José Eduardo dos Santos, President tar-Repubblika tal-Angola.

(Is-seduta ġiet aġġornata f'12.15 u kompliet fit-15.05)

IPPRESIEDA: Is-Sur RASMUSSEN

Ko-President

Seduta tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Il-Ko-President ta merħba lill-parteċipanti kollha.

1.   Kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Il-Ko-President ħabbar li l-lista tal-Membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, kif imressqa mill-awtoritajiet tal-Istati tal-AKP u l-President tal-Parlament Ewropew, se tkun annessa mal-minuti.

2.   Akkreditar tar-rappreżentanti mhux parlamentari

Il-Ko-President ħabbar li l-awtoritajiet tal-Istati tal-AKP kienu bagħtu lista ta' rappreżentanti mhux parlamentari. Bi qbil mal-Artikolu 17(1) tal-Ftehim ta' Sħubija u mal-Artikolu 1 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, ippropona li dawn ir-rappreżentanti jiġu reġistrati u ismijithom jitniżżlu f'anness għall-minuti.

L-Assemblea Parlamentari Konġunta qablet ma' dan.

Il-Membri li ġejjin tkellmu dwar id-definizzjoni tan-“nuqqas ta’ Parlament” skont l-Artikolu 17(1) tal-Ftehim ta’ Sħubija u l-akkreditar ta’ rappreżentanti tan-Niġer, il-Ginea u l-Madagaskar: Lutundula (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Assarid (Mali), Sall (is-Senegal), il-Ko-President Michel, Striffler, Speroni u Baldeh (il-Gambja).

L-Assemblea Parlamentari Konġunta ddeċidiet li r-rappreżentanti min-Niġer, il-Ginea u l-Madagaskar preżenti f’dik is-sessjoni għandu jkollhom status ta’ osservatur.

3.   Sostituti

Il-Ko-President ħabbar is-sostituti li ġejjin: Attard-Montalto (għal Scicluna), Bastos (għal Carvalho), Binev (għal McMillan-Scott), Cashman (għal Toia), Czarnecki (għal Legutko), Fox (għal Sturdy), Girling (għal Ford), Goebbels (għal Bullmann), Gomes (għal Moreira), Gurmai (għal De Keyser), Jäätteenmäki (għal Jensen), Kastler (għal Caspary), Leinen (għal Ferreira E.), Migalski (għal Vlasák), Ponga (għal De Mita), Rinaldi (għal Griesbeck), Sargentini (għal Jadot), Theocharous (għal Kuhn) u Włosowicz (għal Hannan).

4.   Adozzjoni tal-abbozz ta’ aġenda (AP/100.586)

Is-Sur William (Seychelles) talab li jitkellem dwar kwistjonijiet varji.

L-abbozz ta' aġenda ġie adottat hekk kif jidher f'dawn il-minuti.

5.   Approvazzjoni tal-minuti tas-17-il sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE (ĠU C 221, 14.9.2009)

Il-minuti ġew approvati.

6.   Avviżi tal-Ko-Presidenti, inklużi d-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa tal-Bureau tad-29 ta’ Novembru 2009

Il-Ko-President irrapporta dwar ir-riżultati tal-laqgħa tal-Bureau li saret fid-29 ta' Novembru 2009.

Il-Ko-President Michel u s-Sur Tapsoba (Burkina Faso) tkellmu dwar il-laqgħa reġjonali reċenti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta li saret f’Burkino Faso.

Il-Ko-President ħabbar li d-dati ta' skadenzi kienu kif ġejjin:

rigward emendi għall-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet inklużi fir-rapporti ppreżentati mill-kumitati permanenti: it-Tnejn, 30 ta' Novembru fis-18.00

rigward emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoni ta' kompromess u għal mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet urġenti oħra li se ssir votazzjoni dwarhom: it-Tlieta, 1 ta' Diċembru fit-15.00

rigward mistoqsijiet dwar metodi ta' votazzjoni: l-Erbgħa, 2 ta' Diċembru fis-18.00 bil-miktub.

7.   Stqarrija mis-Sur Karel De Gucht, Membru tal-Kummissjoni b'responsabilità għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja

Il-Ko-President laqa’ lill-Kummissarju u rringrazzjah għall-impenn tiegħu lejn l-Assemblea Parlamentari Konġunta.

Il-Kummissarju għamel l-istqarrija tagħha.

8.   Ħin għall-Mistoqsijiet lill-Kummissjoni

Il-Ko-President introduċa s-suġġett.

B'kollox saru 23 mistoqsija lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni kienet wieġbet preċedentement għall-mistoqsijiet bil-miktub u l-Kummissarju De Gucht ta tweġibiet orali għall-mistoqsijiet supplementari mressqa minn dawn li ġejjin:

Mistoqsija Nru 2 mis-Sur Guerrero Salom dwar Il-Migrazzjoni u r-Reviżjoni tal-Ftehim ta’ Kotonu.

Mistoqsija Nru 9 mis-Sur William (Seychelles) dwar L-Istrument ta’ Vulnerabilità FLEX.

Mistoqsija Nru 10 mis-Sur Assarid (Mali) dwar L-Istrument ta’ Vulnerabilità FLEX.

Mistoqsija Nru 11 mis-Sa Joly dwar L-Istrument ta’ Vulnerabilità FLEX.

Mistoqsija Nru 12 mis-Sa Zimmer dwar Il-Faċilità tal-Ikel tal-UE.

Mistoqsija Nru 4 mis-Sur Mitchell dwar Is-Sjieda tal-Proprjetà.

Mistoqsija Nru 5 mis-Sa Ronzulli dwar Proġett ta’ Djar għall-Afrika.

Mistoqsija Nru 17 mis-Sur Martin dwar L-Aċċess għall-Mediċini.

Mistoqsija Nru 19 mis-Sa Bearder dwar Id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità.

Mistoqsija Nru 23 mis-Sur Cashman dwar Id-dekriminalizzazzjoni tal-omosesswalità.

Mistoqsija Nru 6 mis-Sur Arif dwar Il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika u l-integrazzjoni reġjonali.

Mistoqsija Nru 13 mis-Sa Rivasi dwar Is-sussidji għall-esportazzjoni tal-ħalib.

Il-Ko-President iddeċieda li l-mistoqsija supplementari ma kinetx inammissibbli.

Mistoqsija Nru 21 mis-Sa Sargentini dwar is-Somalja.

L-awturi tal-mistoqsijiet Nru 1, 7, 8, 14, 15, 18, 20 u 22 ma kellhom ebda mistoqsija supplementari.

L-awtur tal-mistoqsija Nru 12 ma kienx preżenti.

L-awtur tal-mistoqsija Nru 3 - is-Sur Goerens, rappreżentat mis-Sa Jäätteenmäki – għamel ukoll mistoqsija supplementari.

9.   Azzjoni meħuda mill-Kummissjoni dwar ir-riżoluzzjonijiet adottati waqt is-17-il sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, li saret fi Praga (ir-Repubblika Ċeka)

Il-Kummissarju De Gucht irrefera għad-dokument li tqassam bid-dettalji tas-segwitu tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjonijiet adottati fi Praga (ir-Repubblika Ċeka).

10.   Dibattitu mal-Kummissjoni - proċedura “catch-the-eye”

Kelliema: Leinen, Martínez Martínez, Assarid (Mali), il-Ko-President Michel, Gomes, Durant, Ramotar (il-Gujana), Schmidt, McAvan, Owona (il-Kamerun), Ferreira J., Kastler, Engel, William (Seychelles), Sall (is-Senegal), Mafura (il-Lesoto), Attard-Montalto, Lutundula (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Tapsoba (Burkina Faso) u Solamalemalo (Samoa).

Il-Kummissarju wieġeb għall-punti li tqajmu minn kull Membru.

11.   Reviżjoni tal-tal-Ftehim ta' Sħubija ta’ Kotonu.

Il-Ko-President ħabbar li l-Assemblea Parlamentari Konġunta se tadotta dikjarazzjoni dwar din il-kwistjoni waqt dik is-sessjoni.

Stefano Manservisi, Direttur Ġenerali għall-Iżvilupp tal-Kummissjoni Ewropea u Brave Ndisale, President tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP u kap negozjatur tal-AKP, taw sommarju tal-progress tan-negozjati tar-reviżjoni ta’ Kotonu.

Kelliema: Kaczmarek, Mugambe (l-Uganda), Arif, Owona Kono (il-Kamerun), il-Ko-President Michel, Joly, Lutundula (ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo), Zimmer, William (Seychelles), Nedelcheva, Assarid (Mali), McAvan u Sall (isSenegal).

Is-Sur Manservisi u s-Sa Ndisale wieġbu għall-kummenti u l-mistoqsijiet tal-Membri.

(Is-seduta ntemmet fis-19.00)

Wilkie RASMUSSEN u

Louis MICHEL

Ko-Presidenti

Sir John KAPUTIN u

Dietmar NICKEL

Ko-Segretarji Ġenerali


Top