This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2010/056/09
Prior notification of a concentration (Case COMP/M.5751 — Euroports/DP World/Trilogiport JV) — Candidate case for simplified procedure Text with EEA relevance
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5751 – Euroports/DP World/Trilogiport JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5751 – Euroports/DP World/Trilogiport JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 56, 6.3.2010, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 56/16 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.5751 – Euroports/DP World/Trilogiport JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2010/C 56/09
1. |
Fis-26 ta’ Frar 2010 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Euroports Holdings S.à r.l (“Euroports”, il-Lussemburgu), Manuport Group NV (“Manuport”, il-Belġju), it-tnejn li huma proprjetà tal-grupp Euroports, li hu nnifsu fl-aħħar mill-aħħar huwa kkontrollat b'mod konġunt minn BNP Paribas (Franza), PRIME Europe Holdings (MALTA II) Ltd (Malta) u ARCUS Infrastructure Partners LLP (il-Guernsey), u DP World NV (“DP World”, il-Belġju), li huma proprjetà tal-grupp DP World li huwa bbażat f'Dubai, jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Trilogiport Container Terminal SA (“Trilogiport”, il-Bejġju) permezz tax-xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f'impriża konġunta. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5751 – Euroports/DP World/Trilogiport JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).