EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/189/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5605 – Credit Mutuel/Monabanq) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 189, 12.8.2009, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5605 – Credit Mutuel/Monabanq)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 189/09

1.

Fl-4 ta’ Awwissu 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Banque Federative du Credit Mutuel S.A. (“Credit Mutuel”, Franza) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll sħiħ tal-impriża Monabanq. (“Monabanq”, Franza), permezz tal-akkwist ta’ ishma..

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għall-impriża Credit Mutuel: prodotti u servizzi assoċjati mas-setturi tal-bank u tal-assigurazzjoni l-iktar fi Franza,

Għall-impriża Monabanq: Attività fis-servizzi bankarji ġenerali, u fl-assigurazzjoni, l-aktar fi Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l’operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5605 – Credit Mutuel/Monabanq, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top