EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2009/174/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5528 – Mubadala/UTC/JV) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 174, 28.7.2009, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 174/16


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5528 – Mubadala/UTC/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 174/08

1.

Fil-15 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Mubadala Development Company PJSC (“Mubadala”, Abu Dhabi) u Sikorsky Aircraft Corporation (“Sikorsky”, l-Istati Uniti tal-Amerika, proprjetà ta’ United Technologies (“UTC”) group) jakkwistaw, skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża MIL MRO JV (“JV”, l-Emirati Għarab Magħquda), permezz tax-xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li jikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

UTC: Prodotti ta’ teknoloġija għolja u servizzi għas-sistemi ta’ bini u industriji aerospazjali madwar id-dinja,

Mubadala: investiment globali f’firxa wiesgħa ta' setturi strateġiċi, inklużi l-enerġija, l-utilitajiet, il-qasam immobiljari, sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat, il-qasam aerospazjali, l-industriji bażiċi u s-servizzi,

JV: manutenzjoni, tiswija u servizzi ta’ reviżjoni ġenerali (“MRO”) għal ajruplani miltari bi gwienaħ fissi u bi ġwienaħ rotanti kif ukoll servizzi relatati ta’ modifika u potenzjament, servizzi ta’ ġestjoni tal-katina ta’ forniment u servizzi ġestjoni ta’ kuntratt ta’ manutenzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301 jew 22967244) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5528 – Mubadala/UTC/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.


Top