This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2009/139/07
Call for proposals — DG ENTR No ENT/CIP/09/B/N10S00 — Satellite accounts for cooperatives and mutuals
Sejħa għal proposti – DG ENTR Nru ENT/CIP/09/B/N10S00 – Kontijiet satellitari għal kooperattivi u mutwalitajiet
Sejħa għal proposti – DG ENTR Nru ENT/CIP/09/B/N10S00 – Kontijiet satellitari għal kooperattivi u mutwalitajiet
ĠU C 139, 19.6.2009, p. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/8 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI – DG ENTR Nru ENT/CIP/09/B/N10S00
Kontijiet satellitari għal kooperattivi u mutwalitajiet
2009/C 139/07
1. Għanijiet u Deskrizzjoni
L-għan tas-sejħa huwa li tikkontribwixxi għall-eżistenza ta' statistika affidabbli dwar il-kooperattivi u l-mutwalitajiet fuq livelli nazzjonali u Ewropej. Dan ser jintlaħaq bit-twaqqif tal-kontijiet satellitari, bl-aġġornament, it-titjib u/jew l-adattament tal-kontijiet satellitari diġà eżistenti u bl-iżvilupp tal-kooperazzjoni transnazzjonali u l-iskambju ta' esperjenza u prattiċi tajbin (proġetti konġunti, tixrid tar-riżultati: Pubblikazzjonijiet, laqgħat ta' diskussjoni).
2. Applikanti eliġibbli
L-applikanti jistgħu jkunu uffiċċji statistiċi nazzjonali jew servizzi responsabbli għall-kontabilità nazzjonali, organizzazzjonijiet nazzjonali ta' kooperattivi u/jew mutwalitajiet, kif ukoll ċentri edukattivi u ta' riċerka, jew organizzazzjonijiet mhux għall-profitt jew kumpaniji privati, li huma involuti fil-ġbir ta' dejta ta' statistika. L-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika jew is-servizzi responsabbli għall-kontabilità nazzjonali għandhom ikunu involuti fil-proġetti kollha, kemm bħala applikanti individwali jew bħala koordinatur ma' sħab oħra jew bħala sħab f'konsorzju kkoordinat minn organizzazzjoni oħra.
L-applikanti jridu jkunu stabbiliti f’wieħed mill-pajjiżi li ġejjin:
— |
l-Istati Membri tal-UE; |
— |
Il-pajjiżi taż-ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja |
— |
Pajjiżi ta’ adeżjoni, pajjiżi kandidati u pajjiżi oħra li qed jipparteċipaw fil-PKI: l-Albanija, il-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; l-Iżrael, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija. |
3. Baġit u tul tal-proġett
Il-baġit totali ddestinat għall-kofinanzjar tal-proġetti jilħaq is-somma ta’ 200 000 Ewro. L-għajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni ma tistax tkun aktar minn 95 % tal-ispejjeż totali eliġibbli. L-għotja massima se tkun ta’ 66 500 Ewro.
L-attivitajiet iridu jibdew qabel Jannar 2010. L-attivitajiet għandhom jintemmu qabel il-31 ta’ Diċemrbu 2010. It-tul massimu tal-proġetti huwa ta' 12-il xahar.
4. Data tal-għeluq
L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-4 ta’ Settembru 2009.
5. Aktar tagħrif
It-test sħiħ tas-sejħa għal proposti u l-formoli tal-applikazzjoni huma disponibbli fil-websajt li ġejja: http://ec.europa.eu/enterprise/newsroom/cf/newsbytheme.cfm?displayType=fo&fosubType=p&lang=en
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-test sħiħ u għandhom jiġu ppreżentati bl-użu tal-formola pprovduta.